Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0161

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 Jannar 1996 dwar il-konklużjoni mill-Kumitat Ewropew tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

    ĠU L 40, 17.2.1996, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/161/oj

    Related international agreement

    31996D0161



    Official Journal L 040 , 17/02/1996 P. 0010 - 0010


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 Jannar 1996

    dwar il-konklużjoni mill-Kumitat Ewropew tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

    (96/161/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ffirmat fi Brussel fit-28 ta' Novembru 1994, huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, minn naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-2 ta' Ottubru 1995,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità għall-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, minn naħa l-oħra, flimkien mal-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

    Dawn it-testi huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifiki msemmija fl-Artikolu 35 tal-Ftehim Interim f'isem il-Komunitajiet Ewropej [2].

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 1996.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    S. Agnelli

    [1] ĠU C 339, tat-18.12.1995.

    [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Proviżorju se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top