This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995L0011
Commission Directive 95/11/EC of 4 May 1995 amending Council Directive 87/153/EEC fixing guidelines for the assessment of additives in animal nutrition (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/11/KE ta’ l-4 ta’ Mejju 1995 li temenda lid-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE li tiffissa gwidi għall-istima ta’ adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali Test b’relevanza għall-FEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/11/KE ta’ l-4 ta’ Mejju 1995 li temenda lid-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE li tiffissa gwidi għall-istima ta’ adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali Test b’relevanza għall-FEE
ĠU L 106, 11.5.1995, p. 23–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 17/10/2004
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987L0153 | Emenda | anness | 31/05/1995 |
Official Journal L 106 , 11/05/1995 P. 0023 - 0024
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/11/KE ta’ l-4 ta’ Mejju 1995 li temenda lid-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE li tiffissa gwidi għall-istima ta’ adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-adittivi fl-affarijiet ta’ l-ikel [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Aċċessjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, b’mod partikolari l-Artikolu 9(2), Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tipprovdi għal gwidi għall-istima ta’ adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali adottata sussegwentement bid-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE tas-16 ta’ Frar 1987 li tiffissa gwidi għall-istima ta’ adittivi fin-nutriment ta’ l-annimali [2], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/40/KE [3], u kull emenda għaliha fid-dawl ta’ l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku; Billi sabiex ikun hemm garanzija fuq il-konservazzjoni mingħajr tibdil tat-tendenzi mikrobiċi u konsegwentement kontinwità waqt l-użu industrijali, huwa meħtieġ li l-materjal ta’ referenza jiġi depożitat f’kollezzjoni ta’ kultura stabbilitt bħala Awtorità Depożitarja Internazzjonali f’konformità mat-Trattat ta’ Budapest; billi din id-disposizzjoni tippermetti, aktar minn hekk, ir-referenzi preċiżi tat-tendenzi mikrobiċi użati; Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet ta’ l-Ikel, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness lid-Direttiva 87/153/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Diċembru 1995. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew toħroġ referenza għalihom fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura tar-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, 4 ta’ Mejju, 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12,1970, pġ. 1. [2] ĠU L 64, tas-7.3,1987, pġ. 19. [3] ĠU L 206, tal-11.8,1994, pġ. 15. -------------------------------------------------- ANNESS 1. "2.2 Formula, piż empiriku u strutturali, u piż molekulari. Komposizzjoni kwalitattivà u kwantitattivà tal-komponenti ewlenin, jekk is-sustanza attiva hija prodott tal-fermentazzjoni. Għall-mikro-organiżmi: isem u post tal-kollezzjoni ta' kultura stabbilit bħala Awtorità Depożitarja Internazzjonali [1], jekk huwa possibbli fl-Unjoni Ewropea, fejn hija depożitata t-tendenza u numru ta' aċċessjoni, modifikazzjoni ġenetika u l-proprjetajiet relevanti kollha għall-identifikazzjoni tagħha. Barraminhekk, l-oriġini, karatteristiċi morfoloġiċi u fiżjoloġiċi xierqa, stadji ta' l-iżvilupp, fatturi relevanti li jistgħu jkunu involuti fl-attività bijoloġika tagħha (bħala adittiv) u data ġenetika oħra għall-identifikazzjoni. Numru ta' units li jiffurmaw il-kolonji (UJK) għal kull gramma. Għal preparamenti ta' l-enżimi: Oriġini bioloġika (fil-każ ta' oriġini mikrobijoloġika: isem u post tal-kollezzjoni ta' kultura stabbilit bħala Awtorità Depożitarja Internazzjonali, jekk huwa possibbli fl-Unjoni Ewropea, fejn hija depożitata t-tendenza u numru ta' aċċessjoni, modifikazzjoni ġenetika u l-proprjetajiet relevanti kollha għall-identifikazzjoni tagħha li tinkludi data ġenetika), l-attivitajiet lejn is-substrates mudelli puri kimikament relevanti u kull karattestika fiżiko-kimiċi oħra. Kopja tar-riċevuta tad-depożitu tal-mikro-organiżmu ma' Awtorità Depożitarja Internazzjonali, bl-isem u d-deskrizzjoni tassonomika tal-mikro-organiżmu preċiż kif stipulat fil-Kodiċi internazzjonali tan-Nomenklatura għandhom, fil-każijiet kolha, ikunu provduti.' 2. Fis-Sezzjoni V, it-test tal-punt 2.2 jinbidel bit-test li ġej:" 2. "2.2 Formula, piż empiriku u strutturali, u piż molekulari. Komposizzjoni kwalitattivà u kwantitattivà tal-komponenti ewlenin, jekk is-sustanza attiva hija prodott tal-fermentazzjoni. Għall-mikro-organiżmi: isem u post tal-kollezzjoni ta' kultura stabbilit bħala Awtorità Depożitarja Internazzjonali, jekk huwa possibbli fl-Unjoni Ewropea, fejn hija depożitata t-tendenza u numru ta' aċċessjoni, modifikazzjoni ġenetika u l-proprjetajiet relevanti kollha għall-identifikazzjoni tagħha. Għal preparamenti ta' l-enżimi: Oriġini bioloġika (fil-każ ta' oriġini mikrobijoloġika: isem u post tal-kollezzjoni ta' kultura stabbilit bħala Awtorità Depożitarja Internazzjonali, jekk huwa possibbli fl-Unjoni Ewropea, fejn hija depożitata t-tendenza u numru ta' aċċessjoni, modifikazzjoni ġenetika u l-proprjetajiet relevanti kollha għall-identifikazzjoni tagħha li tinkludi data ġenetika), l-attivitajiet lejn is-substrates mudelli puri kimikament relevanti u kull karattestika fiżiko-kimiċi oħra." [1] Awtorità Depożitarja Internazzjonali skond Artikolu 7 tat-Trattat ta' Budapest dwar ir-Rikonoxximent Internazzjonali ta' Micro Arganiżmi rigward il-proċedura ta' pazjenti. --------------------------------------------------