This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0307
95/307/EC: Commission Decision of 24 July 1995 determining the specimen animal health certificate for trade in semen of the equine species
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ispeċi ekwinaTest b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ispeċi ekwinaTest b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 185, 4.8.1995, p. 58–61
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32010D0470 | 01/09/2010 |
Official Journal L 185 , 04/08/1995 P. 0058 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ispeċi ekwina (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (95/307/KE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregola l-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni li m’humiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jinsabu f’ regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha, Wara li kkunsidrat l-kondizzjonijiet għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ekwide li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE; billi l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen frisk, imkessaħ u ffriżat ta’ l-ispeċi ekwini jrid jiġi stabbilit skond ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva; Wara li kkunsidrat li ċertu mard infettiv ta’ ekwide jista’ jixtered permezz ta’ semen; billi t-testijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali li huma meħtieġa sabiex jidentifikaw dan il-mard jridu jitwettqu skond programmi speċifiċi ta’ testijiet li jirriflettu l-moviment ta’ żwiemel tat-tgħammir donaturi qabel u matul il-perjodu tat-teħid tas-semen; Billi d-Deċiżjoni 95/176/KE li temenda l-Annessi tad-Direttiva 92/65/KEE għal dak li jirrigwarda s-semen, l-ova u l-embrijoni ta’ l-ispeċi ekwini hija applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 1995; billi ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall- kummerċ ta’ semen ta’ speċi ekwini għandha tapplika fl-istess ħin; Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-semen ta’ l-ispeċi ekwini li jintbagħat mit-territorju tagħhom lejn it-territorju ta’ Stat Membru ikun dejjem akkumpanjat matul it-trasport b’ċertifikat tas-saħħa mimli kif suppost u li jaqbel mal-kampjun li jinsab fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 1995. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. [2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------