Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0194

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ mejju 1995 li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/455/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer Test b’relevenza ġħall-FEE

ĠU L 124, 7.6.1995, p. 38–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/194/oj

31995D0194



Official Journal L 124 , 07/06/1995 P. 0038 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ mejju 1995

li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/455/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

(Test b’relevenza ġħall-ŻEE)

(95/194/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ l-annimali ta’ l-ifrat u tal-majjali ġewwa l-Komunità u d-Direttiva 72/462/KEE dwar problemi ta’ spezzjonijiet sanitarji u veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat u tal-majjali u ta’ laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn terzi pajjizi [1], u partikolarment l-Artikolu 5(4),

Billi l-Kummissjoni diġà stipulat il-kriterji li għandhom jiġu applikati fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/42/KEE tat-8 ta’ Jannar 1991 li tistipula l-kriterji li għandhom jiġu applikati fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE [2];

Billi l-Olanda ppreżentat għall-approvazzjoni pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali; billi, wara eżaminazzjoni rriżulta li dawn il-pjanijiet jippermettu li jintlaħaq l-għan mixtieq u jwettqu l-kriterji kollha stipulati fid-Deċiżjoni 91/42/KEE;

Billi pjanijiet ta’ kontinġenza għal ċerti Stati Membri ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/455/KEE tat-23 ta’ Lulju 1993 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [3]; billi, għaldaqstant, hu meħtieġ li tkun emendata din id-Deċiżjoni;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċiżjoni huma b’konformita’ ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 93/455/KEE qiegħda tiġi emendata minnufih skond kif ġej:

"L-Olanda" qiegħda tiġi miżjuda ma’ l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni qiegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Mejju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-13.8.1990, p. 13.

[2] ĠU L 23, tad-29.1.1991, p. 29.

[3] ĠU L 213, tat-23.7.1993, p. 20.

--------------------------------------------------

Top