This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R2334
Council Regulation (EEC) No 2334/92 of 7 August 1992 amending Regulation (EEC) No 3906/89 in order to extend economic aid to include Slovenia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2334/92 tas-7 ta' Awissu 1992 li jemenda r- Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Islovenja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2334/92 tas-7 ta' Awissu 1992 li jemenda r- Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Islovenja
ĠU L 227, 11.8.1992, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31989R3906 | Tlestija | anness | 14/08/1992 | |
Partial adoption | 51992PC0156 | ||||
51992PC0156 |
Official Journal L 227 , 11/08/1992 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0268
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0268
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2334/92 tas-7 ta' Awissu 1992 li jemenda r- Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Islovenja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3], jipprovdi għal għajnuna ekonomika w umanitarja biex tassisti l-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali f'numru ta' pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant; Billi l-pajjiżi li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna huma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi, minħabba li s-Slovenja kisbet l-indipendenza, dan l-istat ġdid imissu jkun inkluż fil-lista ta' pajjiżi eliġibbli biex tħallih ikompli jirċievi għajnuniet taħt il-ftehim magħmul b’ Regolament (KEE) Nru 3906/89 li ġie estiż, mis-17 ta' Settembru 1990, biex jinkludi l-Jugoslavja, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-pajjiż li ġej għandu jkun inkluż fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Is-SLOVENJA" . Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Awissu 1992. Għall-Kunsill Il-President N. Lamont [1] ĠU C 120, tat-12.5.1992, p. 26. [2] Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 3800/91 (ĠU L 357, tat-28.12.1991, p. 10). --------------------------------------------------