This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R0593
Council Regulation (EEC) No 593/92 of 3 March 1992 amending Regulation (EEC) No 2262/84 laying down special measures in respect of olive oil
Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 593/92 tat-3 ta' Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2262/84 li jistabilixxi miżuri speċjali għaż-żejt taż-żebbuġa
Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 593/92 tat-3 ta' Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2262/84 li jistabilixxi miżuri speċjali għaż-żejt taż-żebbuġa
ĠU L 64, 10.3.1992, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31984R2262 | Tlestija | artikolu 1.3 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Emenda | artikolu 1.6 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Emenda | artikolu 2.B | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Emenda | artikolu 1.1 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Tlestija | artikolu 1.4 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Emenda | artikolu 1.5 | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Emenda | artikolu 2.D | 01/01/1992 | |
Modifies | 31984R2262 | Żieda | artikolu 2BIS | 01/01/1992 | |
Implicit repeal | 31990R0200 | 02/01/1992 |
Official Journal L 064 , 10/03/1992 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0085
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 593/92 tat-3 ta' Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2262/84 li jistabilixxi miżuri speċjali għaż-żejt taż-żebbuġa IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali Artikolu 43 tat-Trattat, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1]; Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2]; Billi, sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb u effettiv tar-regoli tal-Komunità fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, huwa siewi li l-aġenziji jingħataw is-setgħa li jagħmlu l-ispezzjonijiet dwar l-għajnuna tal-Komunità mħallsa f'dan is-settur, ħlief fil-każ tar-refużjoni ta' fondi għall-esportazzjoni; Billi, sabiex il-Kummissjoni ttejjeb is-sorveljanza tal-ħidma u l-attivitajiet tal-aġenzija, irid isir provediment biex il-Kummissjoni jkollha r-rappreżentanti tagħha fl-aġenziji; Billi, sabiex ittejjeb il-follow up mogħti lir-riżultati tal-ispezzjonijiet magħmula mill-aġenziji, irid ikun hemm komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni; Billi, skond Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2262/84 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 200/90, il-Kunsill, b’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni, irid jadotta metodu biex iħallas in-nefqa proprja tal-aġenziji mis-sena ta' bejgħ 1992/1993; billi, minħabba d-daqs tax-xogħlijiet mogħtija lill-aġenziji u minħabba l-importanza tagħhom għat-tħaddim ugwali u korrett tar-regoli tal-Komunità fis-settur, iridu jsiru provedimenti biex, għal perjodu ġdid ta' ħames snin, ikun hemm kontribuzzjoni tal-Komunità għan-nefqa tal-aġenziji biex tgħinhom jiffunzjonaw b'mod effettiv u regolari filwaqt li jżommu l-awtonomija amministrattiva maħsuba bir-regoli, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 2262/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. l-ewwel sottoparagrafu ta' Artikolu 1(1) se jinbidel b'dan li ġej: "1. Kull Stat Membru produttur irid, skond l-istruttura legali tiegħu, iwaqqaf aġenzija speċifika biex twettaq ċerti attivitajiet u spezzjonijiet marbuta ma’ l-għajnuna tal-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa, ħlief fil-każ ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni."; 2. Artikolu 1(2) se jinbidel b'dan li ġej: "2. Sabiex ikun żgurat li r-regoli tal-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa huma mħaddma sew, aġenzija kif imsemmi fil-paragrafu 1 trid, skond l-iskeda ta' xogħol imsemmija fil-paragrafu 4: - tara li x-xogħol tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal- produtturi iħarsu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta' Lulju 1984 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [4]; - tivverifika l-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tal-uċuh tar-raba’, mingħajr preġudizzju għall-ispezzjonijiet magħmula mill-Istat Membru skond Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84; - tagħmel spezzjonijiet tal-imtieħen approvati; - tagħmel spezzjonijiet dwar l-użu aħħari taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u l-użu aħħari tal-prodotti magħmula minnhom; - tissorvelja l-impjanti fejn isir l-ippakkjar, skond Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3089/78 tad-19 ta' Diċembru 1978 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għajnuna mogħtija għall-konsum taż-żejt taż-żebbuġa [5] u, fejn meħtieġ, il-korpi professjonali magħrufa skond Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 136/66/KEE; - tiġbor, tivverifika u tipproċessa, fuq livell nazzjonali, l-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura l-produzzjoni msemmija f'Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84; - tagħmel spezzjonijiet, jekk hemm bżonn, dwar minn fejn ġie ż-żejt taż-żebbuġa impurtat u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa. Fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista’ jġiegħel lill-aġenzija, skond l-iskeda tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 4, biex: - tagħmel servejs statistiċi dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-konsum taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa; - tissorvelja x-xiri, il-ħżin u l-bejgħ taż-żejt taż-żebbuġa mill-aġenziji ta' intervent imsemmija f'Artikoli 12 u13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE; - jissorvelja l-ħidmiet tal-ħżin magħmula skond Artikolu 20(d)3 tar-Regolament Nru 136/66/KEE; - tissorvelja d-ditti li jagħmlu l-prodotti priservati skond Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 591/79 tas-26 ta' Marzu 1979 li jistabilixxi regoli ġenerali rigward ir-refuzjoni tal-produzzjoni għaż-żjut taż-żebbuġ użati fil-produzzjoni ta' ċertu ikel priservat [6]; - tagħmel stħarriġ speċifiċi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa."; 3. is-sottoparagrafu li jmiss se jinżdied ma' Artikolu 1(3): "Il-Kummissjoni tista’ tieħu sehem fid-diskussjonijiet imnedija mill-management tal-aġenzija. Ir-rappreżentant tagħha ma jistax jivvota."; 4. fl-ewwel sottoparagrafu ta' Artikolu 1(4), il-kliem "l-iskema ta' għajnuna għall-produzzjoni" se tinbidel bil-kliem "ir-regoli tal-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa huma"; 5. is-sottoparagrafi li jmiss se jiżdiedu ma Artikolu 1(4): "L-Istati Membri jridu jaġixxu kemm jista’ jkun malajr fuq ir-riżultanzi tal-aġenzija. Huma jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni minn żmien għal żmien bid-dettalji tal-azzjonijiet meħuda u s-sanzjonijiet imħaddma riżultanti mis-sejbien tal-aġenzija a bażi tal-ispezzjonijiet tagħha. Il-komunikazzjoni li jgħaddu ma taffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 tal-4 ta' Marzu 1991 rigward l-irregolarijiet u l-ġbir lura tal-flus imħallsa bi żball fil-każ tal-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola u l-organizzazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u tħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 [7]."; 6. l-aħħar żewġ sottoparagrafi ta' Artikolu 1(5) se jinbidlu b'dan li ġej: "Fuq perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Novembru 1992, 50 % tan-nefqa proprja tal-aġenzija se titħallas mill-baġitt ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kunsill, jaġixxi b’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni, għandu jadotta sa l-1 ta' Jannar 1997 il-metodu biex jiffinanzja n-nefqa mis-sena tas-suq 1997/98. L-Istati Membri se jkunu intitolati, skond kundizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 38 tar-Regolament Nru136/66/KEE, biex ikopru part jew il-piż finanzjarju kollu billi jsir tnaqqis mill-għajnuna tal-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa." 7. fl-ewwel sottoparagrafu ta' Artikolu 1(6), il-kliem "ġie stabbilit u" se jitħassru. Fit-tieni sottoparagrafu, il-kliem "stabbiliment u" se jitħassar; 8. il-kliem "li jappartjenu għal organizzazzjoni tal-produtturi" se jitħassru minn Artikolu 2(b); 9. f'Artikolu 2(d), il-kliem "dan ir-Regolament" se jinbidel bil-kliem "Regolament (KEE) Nru 2261/84"; 10. l-Artikolu li ġej se jkun infilsat: "Artikolu 2a Skond Artikolu 11a tar-Regolament Nru 136/66/KEE, l-Istati Membri jridu jieħdu miżuri xierqa u speċifiċi biex iħaddnu s-sanzjonijiet fil-każ ta' xi ksur tal-ftehim ta' għajnuna għall-konsum, b’ mod partikolari fejn hu nnuttat li: - impjant tal-ippakkjar approvat ma onorax l-obbligazzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3089/78, b'mod partikulari fil-każijiet imsemmija f'Artikolu 3; - organizzazzjoni professjonali magħrufa ma onoratx l-obbligazzjonijiet tar-Regolament imsemmi. L-Istati Membri, fejn huma konċernati, iridu jieħdu l-miżuri speċifiċi u xierqa biex japplikaw sanzjonijiet fil-każ ta' xi ksur tal-provvedimenti stabbiliti f'Artikoli 12, 13, 20a u 20d tar-Regolament Nru 136/66/KEE." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Marzu 1992. F'isem il-Kunsill Il-President Arlindo Marques Cunha [1] ĠU Ċ 206, tas- 7.8.1991, p. 6. [2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Frar 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 11. [4] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3500/90 (ĠU L 338, tal-5.12.1990, p. 3). [5] ĠU L 369, 29. 1978. 11, p. 12. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3461/87 (ĠU L 329, tal-20.11.1987, p. 1). [6] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 2. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2903/89 (ĠU L 280, tad-29.9.1989, p. 3). [7] ĠU L 67, tal-14.3.1991, p. 11. --------------------------------------------------