Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0086

    Il-ħmistax-il Direttiva tal-Kummissjoni 92/86/KEE tal-21 ta' Ottubru 1992 li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    ĠU L 325, 11.11.1992, p. 18–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/86/oj

    31992L0086



    Official Journal L 325 , 11/11/1992 P. 0018 - 0022
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0199
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0199


    Il-ħmistax-il Direttiva tal-Kummissjoni 92/86/KEE

    tal-21 ta' Ottubru 1992

    li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/8/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

    Billi, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, ċerti aġenti koloranti, preservattivi u filters ultra-vjola permissibbli temporanjament jistgħu jiġu permissibbli definittivament, waqt li oħrajn għandhom jiġu projbiti definittivament jew ikunu permissibli għal perijodu speċifiku ieħor;

    Billi, biex tkun protetta s-saħħa pubblika, huwa meħtieġ li jkun ipprojbit l-użu ta' 1,2-epoxybutane, CI 15585, strontium lactate, strontium nitrate, strontium polycarboxylate, pramocaine, 4-ethoxy-m-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu, 2,4-diaminophenylethanol u l-imluħa tiegħu, catechol, pyrogallol, nitrosamines u dialkanolamines;

    Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-akter riċenti, l-użu tal-klorur tal-istrontium, strontium acetate, l-aċidu mxaħħam tad-dialkanolamides, monoalkanolamines, trialkanolamines u hydrated magnesium silicate jista' jkun permissibli b'ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet u bl-inklużjoni obbligatorja ta' twissija għas-saħħa fuq it-tikketti;

    Billi, fuq il-bażi tar-riċerki xjentifiċi u tekniċi l-aktar riċenti, 3-iodo-2-propynybutyl carbamate u sodium hydroxymethylaminoacetate jistgħu jkunu wżati bħala preseravativi fi prodotti kosmetiċi sat-30 ta' Ġunju 1993 suġġetti għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi fil-Kummerċ tas-Settur tal-Kosmetika,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

    1. in-numri li ġejjin huma miżjuda mal-Anness II:

    "400 . 1,2-epoxybutane

    401. Aġent kolorant CI 15585

    402. Strontium lactate

    403. Strontium nitrate

    404. Strontium polycarboxylate

    405. Pramocaine

    406. 4-ethoxy-m-phenylenediamine u l-imluħ tiegħu

    407, 2,4-diaminophenylethanol u l-imluħ tiegħu

    408. Catechol

    409. Pyrogallol

    410. Nitrosamines

    411. Dialkanolamines sekondarji";

    2. fl-Anness III, il-Parti 1:

    (a) in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

    "a | b | ċ | d | e | f |

    57 | Strontium chloride hexahydrate | Toothpaste | 3,5%, ikkalkulat bħala strontium. Meta mħallat ma' prodotti oħra tal-istrontium, il-kontenut totali tal-istrontium m'għandux jeccedi it-3,5% | | Fih il-klorur tal-istrontium. L-użu frekwenti mit-tfal mhux irrakkomandat |

    58 | Strontium acetate hemihydrate | Toothpaste | 3,5%, ikkalkulat bħala strontium. Meta mħallat ma' prodotti oħra tal-istrontium, il-kontenut totali tal-istrontium m'għandux jeċċedi it-3,5% | | Fih l-acetat tal-istrontium. L-użu frekwenti mit-tfal mhux irrakkomandat |

    59 | Terra: Hydrate magne-sium silicate Prodotti tat-trab: | | | | Żomm it-trab 'il bogħod mill-imnieħer u l-ħalq tat-trabi |

    60 | Acidu mxaħħam tal-dialkanolamides | | Kontenut massimu ta' dialkanolamine: 0,5% | Tużax ma' sistemi nitrosatiniciKontenut massimu ta' dialkanolamine: 5% (jikkonċerna materja prima)Kontenut massimu ta' N-nitroso-dialkanolamine: 50ug/kgŻomm f'kontenituri ħielsa min-nitrat | |

    61 | Monoalkanolamines | | Kontenut massimu ta' dialkanolamine: 0,5% | Tużax ma' sistemi nitrosatiniċiPurità minima: 99%Kontenut massimu ta' alkanolamine sekondarju: 0,5 % (jikkoncerna materja prima)Kontenut massimu ta' N-nitroso-dialkanolamine: 50μg/kgŻomm f'kontenituri ħielsa min-nitrat | |

    62 | Trialkanolamines | (a)prodotti li ma jitlaħlaħx(b)prodotti oħra | (a)2,5 % | (a) (b): Tużax ma' sistemi nitrostaniciPurita minima: 99%Kontenut massimu ta' alkanolamine sekondarju: 0,5 % (jikkoncerna materja prima)Kontenut massimu ta' N-nitroso-dialkanolamine: 50ug/kgŻomm f'kontenituri ħielsa min-nitrate" | |

    (b) in-numru ta' referenza 20 huwa mħassar;

    (c) 'it-test tas-sensitività huwa irrakkomandat qabel l-użu "fil-kolonna f (a) u (b) fin-numri ta" referenza 8, 9 u 10 hija mħassra;

    (d) numru ta' referenza 12 jinbidel bin-numru li ġej:

    "a | b | ċ | d | e | f |

    12 | Perossidu tal-idroġenu u l-komponenti jew taħlit ieħor li joħorġu l-perossidu ta’ l-idroġenu inkluż il-perossidu karbamide u l-perossidu taż-żingu | (a)Preparazzjoni għall-kura tax-xagħar(b)Preparazzjoni għall-kura tal-ġilda(c)Preparazzjoni għat-tisħiħ tad-dwiefer(d)Prodotti għall-iġene orali | 12 % ta' H2O2 (40 volum) preżenti jew rilaxxat 4 % ta' H2O2 preżenti jew rilaxxat 2% ta' H2O2 preżenti jew rilaxxat 0,1% ta' H2O2 preżenti jew rilaxxat | | (a) (b) ċ: Fih il-perossidu ta’ l-idrogenu. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Laħlaħ malajr jekk il-prodotti jiġi f'kuntatt magħhom" |

    3. fl-Anness III, il-Parti 2, in-numru ta' referenza 2 huwa mħassar;

    4. fl-Anness IV, il-Parti 1:

    (a) in-numru ta' referenza li ġej huwa miżjud:

    "Numru jew denominazzjoni ta’ l-indiċi tal-kulur | Kulur | Qasam ta' l-applikazzjoni | Limitazzjonijiet u ħtigiet oħra |

    1 | 2 | 3 | 4 |

    '26100 | Aħmar | | | X | | Kriterju ta' purità: aniline ≤ 0,2% 2-naphtol ≤ 0,2 % 4-aminoazobenzene ≤ 0,1% 1-(phenylazo)-2-naphtol ≤ 3% 1-ġ2-(phenylazo)phenylazoħ-2-naphthalenol ≤ 2%;" |

    (b) 'ara l-Anness IV, il-Parti 2' fil-kolonna 'limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra' hija mħassra fin-numri CI 73900 u CI 74180;

    5. fl-Anness IV, il-Parti 2, l-aġenti koloranti CI 26100, CI 73900, CI 74180, CI 15585 u s-Solvent Isfar 98 huma mħassra;

    6. fl-Anness V, in-numru ta' referenza 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "5. L-istrontium u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-lattat tal-istrontium, in-nitrat tal-istrontium u l-polycarboxylate tal-istrontium elenkati fl-Anness II, is-sulfid tal-istrontium, il-klorur tal-istrontium u l-aċetat tal-istrontium, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, il-Parti 1, u tal-lakki, l-pigmenti u l-imluħ tal-istrontium ta’ l-aġenti koloranti elenkati mar-referenza (3) fl-Anness IV, il-Parti 1.";

    7. fl-Anness VI, il-Parti 1:

    (a) il-limitazzjoni "m'għandhiex tintuża fi prodotti kosmetiċi ta' għal kontra x-xemx’ in-numru ta' referenza 36 huwa mibdul bi 'm'għandhiex tintuża fi prodotti kosmetiċi ta' kontra x-xemx f'konċentrazzjoni li teċċedi 0,025 %"

    (b) is-sustanza li ġejja hija miżjuda:

    "a | b | ċ | d | e |

    47 | 1,6-Di (4-amidinopheoxy)-n-hexane (Hexamidine) u l-imluħ tiegħu (inklużi l-isethionate u p-hydroxybenzoate (+) | 0,1%"; | | |

    8. fl-Anness VI, il-Parti 2:

    (a) '30. 6. 1992' fin-numri ta' referenza 2, 21, 26, 27 hija mibdula bi '30. 6. 1993';

    (b) '31. 12. 1992' fin-numru ta' referenza 28 hija mibdula bi '30. 6. 1993';

    (c) in-numru ta' referenza 20 huwa mħassar;

    (d) in-numru ta' referenza 15 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "a | b | ċ | d | e | f |

    15 | Diisobutyl-phenoxy-ethoxy-ethyl dime-Thyl benzyl ammonium chloride (Ben-Zethonium chloride) | 0,1% | Biss għad-deodoranti, prodotti għal-kura tax-xagħar U prodotti ta’ wara l-leħja. Mhux permissibli fi prodotti intiżi biex jiġu f'kuntatt mal-membrana mukuża | | 30.6.1993"; |

    (e) in-numru ta' referenza 16 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "a | b | ċ | d | e | f |

    16 | Alkyl (C8-C18) dimethyl benzyl ammonium chloride Bromide u saccharinate (+) (Benzalkonium Chloride, bromide u saccharinate) | 0,1% | | | 30.6.1993"; |

    (f) in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

    "a | b | ċ | d | e | f |

    29 | 3-lodo-2-propynyl-butyl carbamate | 0,1% | | | 30.6.1993 |

    30 | Sodium hydorxymethyl aminoacetate | 0,1% | | | 30.6.1993"; |

    9. fl-Anness VII, il-Parti 2:

    (a) in-numri ta' referenza li ġejjin huma mħassra: 1, 4 u 16;

    (b) '30. 6. 1992' hija mibdula bi '30. 6. 1993' għan-numri ta' referenza li ġejjin: 2, 5, 6, 12, 13, 17, 24, 25, 26, 28, 29, 31 u 32.

    Artikolu 2

    1. Minkejja d-dati li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li mill-1 ta' Lulju 1993 għas-sustanzi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1, la l-manifatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità m’għandhom ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jaraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li fihom is-sustanzi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 ma jiġux mibjugħa jew mogħtija lill-konsumatur finali mill-1 ta' Lulju 1994 jekk ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1993. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta xi Stati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dawn ir-referenzi għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-21 ta' Ottubru 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Karel van Miert

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 262, 27. 9. 1976, p. 169.

    [2] ĠU Nru L 70, 17. 3. 1992, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top