EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1312

Commission Regulation (EEC) No 1312/91 of 17 May 1991 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 597/91 for the supply of sunflower oil to Romania

ĠU L 123, 18.5.1991, p. 40–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1312/oj

31991R1312



Official Journal L 123 , 18/05/1991 P. 0040 - 0043


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1312/91

tas-17 ta' Mejju 1991

li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 597/91 dwar il-provista taż-żejt mill-ward tax-xemx lir-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 597/91 tal-5 ta' Marzu 1991 dwar azzjoni urġenti għall-provvista ta' prodotti agrikoli u mediċinali maħsuba għall-popli tar-Rumanija u tal-Bulgarija([1]), u b'mod partikolari Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta' Ġunju 1985 dwar l-unità tal-kontjiet u r-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni([2]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2205/90([3]), u b'mod partikolari Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 597/91 jipprovdi għal azzjoni urġenti għall-provvista bla ħlas ta' prodotti agrikoli lill-Bulgarija u r-Rumanija; billi l-ispejjeż sabiex jiġu forniti dawn il-prodotti jridu jinġarru mill-Komunità Ewropea;

Billi r-Rumanija talbet il-provista ta' 20 000 tunnellata metrika ta' żejt mhux raffinat mill-ward tax-xemx, minħabba s-sitwazzjoni uġenti u l-kapaċità tal-impjanti tagħha sabiex jipproċessawh; billi din it-talba għandha tiġi konċessa u għandhom jiġu stabbiliti regoli ddettaljati għall-provvista ta' lott inizjali fuq prova; billi, ġa ladarba dan il-prodott mhux disposnibbli mill-ħażniet tal-intervent, irid jiġi mmobilizzat mis-suq Komunitarju;

Billi, skond ir-Regolament (KEE) Nru 597/91, il-provvedituri jridu jingħażlu bi proċedura għall-offerti; billi din il-proċedura trid tgħin li jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-iktar provvista vantaġġuża, b'mod partikolari rigward il-prezz tal-prodott u l-ispejjeż tat-trasport tal-kunsinna fid-destinazzjoni indikata fir-Rumanija;

Billi, sabiex jiġi żgurat illi l-provvisti jiġu effettwati kif jixraq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet sabiex jiġu ddepożitati l-garanziji flimkien mar-regoli ddettaljati meħtieġa sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli([4]), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3745/89([5]);

Billi, għall-għanijiet sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-provvista u l-granziji li jridu jiġu ddepożitati, u sabiex jiġi evitat it-tagħwiġ tas-suq bħala riżultat tal-fatturi monetarji, għandha ssir dispożizzjoni sabiex jintużaw ir-rati rappreżentattivi tas-suq riferiti fl-Artikolu 3a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3152/85 tal-11 ta' Novembru 1985 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 dar il-valur tal-unità tal-kontijiet u r-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni([6]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3237/90([7]);

Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Hija hawnhekk mibdija proċedura għall-offerti rigward il-provvista ta' 5 000 tunnellata metrika ta' żejt krud (mhux irraffinat) tal-ward tax-xemx lir-Rumanija skond ir-Regolament (KEE) Nru 597/91 u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Il-provvista għandha tinkludi:

- il-mobilizzazzjoni fuq is-suq Komunitarju taż-żejt mhux irraffinat tal-ward tax-xemx, ta' kwalità soda, tajba u li tista' tiġi kummerċjalizzata bil-karatteristiċi li ġejjin:

- aċidità bażika (FFA) ta' 2 %, mhux iktar minn 3 %

- ta' ilma u impuritajiet: mhux iktar minn 0,5 %;

- kunsinna bil-massa,

- jekk bil-baħar:

għall-port ta' Kostanta, prodott maħtut fuq il-moll (FRIAL A.A., Kostanta, Tel. 915/83300)

- fil-każijiet l-oħra:

lejn id-destinazzjoni, prodott maħtut (ULCOM S.S., Sloboyia, Chaussée AMARA, 3 Tel. 910/13650) qabel il-10 ta' Marzu 1991.

Artikolu 2

1. Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura għall-offerti kif ġej:

- l-offerti jistgħu jintbagħtu bil-miktub bil-posta rreġistrata lill-ufiċċju tal-Kummissjoni indikat hawn taħt jew tista' tiġi ddepożitata offerta bil-miktub, fuq il-għarfien ta' rċevuta, f'dan l-uffiċċju. F'dawn il-każijiet l-offerti jistgħu jitqiegħdu f'envelop bil-kliem "Għajnuna ta' emerġenza għar-Rumanija, ir-Regolament (KEE) Nru 1312/91', bl-envelop li jrid ikun issiġillat u mqiegħed f'envelop ieħor bl-indirizz mogħti hawn taħt;

- l-offerti jistgħu jintbagħtu wkoll bit-telekomunikazzjoni fil-għamla miktuba.

Sabiex jiġu kunsidrati aċċettabbli, l-offerti jridu jiġu riċevuti bil-posta jew depożitati fl-intier tagħhom qabel nofs in-nhar tat-28 ta' Meju 1991:

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Taqsima taż-Żerriegħa taż-Żejt u l-Uċuħ tal-Proteini,

Loi 120, uffiċċju 7/132

Rue de la Loi 200,

B-1049 Brussels;

(Telefax: AGREC 22037B jew 25670B),

Nru tal-Fax Brussel 2364317 jew 2362005).

2. L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk:

(a) jirreferu biċ-ċar għall-provista provvduta f'Artikolu 1 u f'dan ir-Regolament;

(b) jindikaw l-isem u l-indirizz ta' min jitfa' l-offerta stabbilit fil-Komunità;

(ċ) ikopru l-kwantità totali stabbilita f'Artikolu 1;

(d) jispeċifikaw ammont fl-ecu għal kull tunnellata metrika sabiex tiġi effettwata l-provvista intiera. Min jitfa' l-offerti jrid jindika l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar separatament;

(e) jindikaw il-mezzi tat-trasport li jrid jiġi wżat u l-indirizz tal-maħżen tat-tluq; fil-każ tat-trasport bil-baħar, iridu jindikaw il-port tal-imbark fil-Komunità;

(f) ikunu akkumpanjati bi prova illi min jitfa' l-offerta jkun iddepożita garanzija fuq l-offerta ta' 15-il Ecu għal kull tunnellata metrika favur il-Kummissjoni.

Offerta li ma tkunx issottomessa skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jew li jkun fiha kondizjonijiet oħra għajr dawk stabbiliti rigward il-proċedura għall-offerti ma għandhiex tkun valida.

L-ebda offerta ma tista' tiġi mibdula jew irtirata.

Artikolu 3

1. Fuq il-bażi tal-offerti rċevuti,

- il-kuntratt tal-provvista għandu jiġi mogħti lil dak li jitfa' l-offerta li l-offerta tiegħu tikkwota l-ammont l-iktar baxx,

- jew, meta meħtieġ, ma għandu jiġi konċess l-ebda kuntratt tal-provvista, b'mod partikolari meta l-offerti ssottomessi jaqbżu l-prezzijiet li normalment jinġiebu fis-suq.

2. Fi żmien tlitt ijiem wara d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil dawk kolha li jkunu tefgħu offerta b'telekomunikazzjoni bil-miktub dwar ir-riżultat tal-proċedura tal-offerti. Meta jingħata kuntratt, dak li jirbaħ l-offerta għandu jiġi mgħarraf b'dan mingħajr dewmien permezz ta' telekomunikazzjoni bil-miktub.

Artikolu 4

1. Il-garanzija fuq l-offerta provduta f'Artikolu 2(2)(f) għandha tiġi rrilaxxjata mingħajr dewmien jekk offerta ma tiġix aċċettata jew jekk ma jingħata l-ebda kuntratt tal-provista.

2. Il-ħtiġiet ewliena fit-tifsira ta' Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu:

(a) għal dawk li jiftgħu l-offerti: iż-żamma tal-offerta tagħhom sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni provduta f'Artikolu 3(1);

(b) għal min jirbaħ l-offerta: id-depożitu tal-garanzija fuq l-offerta skond Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġi nnotifikat li ngħata l-kuntratt tal-provvista, dak li jirbaħ l-offerta għandu jikkomunika fl-indirizz indikat f'Artikolu 6 xiehda illi garanzija fuq il-provvista li tammonta għal 10 % tal-ammont ikkwotat fl-offerta ġiet depożitata favur il-Kummissjoni, kif stabbilit fit-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 6

Min jirbaħ l-offerta għandu jippreżenta qabel il-31 ta' Awissu 1991 applikazzjoni għall-ħlas tal-provvisti lill-aġenzija tal-intervent fl-Istat Membru fejn ikun lokat il-maħżen referit f'Artikolu 2(2)(e) jew lill-Istat Membru tal-port tat-tagħbija fil-każ tat-trasport bil-baħar. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi:

- l-oriġinal taċ-ċertifikat tat-teħid taħt kontroll imfassal fuq il-mudell fl-Anness u maħruġ mir-rappreżentant tal-Prodexport S.A., Misraħ Walter Marcineanu, Bucharest (tel. 15 55 95),

- kopja tad-dokument tat-trasport bil-baħar,

- iċ-ċertifikat imfassal mill-korp imsemmi f'Artikolu 7 mat-tkomplika tal-kontrolli mwettqa.

Il-ħlas għall-provisti jridu jiġu kalkolati għall-kwantità netta indikata fuq iċ-ċertifikat tat-teħid taħt kontroll riferit.

Artikolu 7

Min jirbaħ l-offerta għandu jissottometti għall-kontrolli mwettqa mill-aġenzija maħtura mill-Kummissjoni, wara li jkun ġie mgħarraf bl-identità tagħha fi żmien biżżejjed. Għal dan il-għan għandu jgħrraf lill-aġenzija bil-postijiet fejn il-prodott li jrid jiġi fornit ikun maħżun jew ippakkjat, meta japplika, kif ukoll billi jindika l-port tat-tagħbija, il-bastiment u d-data tat-tagħbija fil-port.

Artikolu 8

1. Il-ħtiġiet ewliena li għandhom x'jaqsmu mal-provista fit-tifsira ta' Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu l-kunsinna tal-kwantità kollha skond il-kondizzjonijiet stabbiliti. Il-kwantità kkunsinnata għandha titqies bħala sodisfaċenti meta l-piż nett aċċertat meta l-prodott jittieħed taħt kontroll mill-benefiċjarju, ma jkunx inqas minn 1 % tal-kwantità prevista.

2. Il-garanzija fuq il-provvista għandha tiġi rrilaxxjata meta min jirbaħ l-offerta jippreżenta d-dokumenti riferiti fl-Artikolu 6 lill-aġenzija tal-intervent interessata.

Artikolu 9

Ir-rati tal-kambju li jridu jitużaw għall-offerti u għat-tfigħ tal-offerti u għall-garanziji fuq il-provvista għandhom ikunu r-rati rappreżentattivi tas-suq riferiti f'Artiklu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 3152/85 li jkunu japplikaw fid-data finali għas-sottomissjoni tal-offerti.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Mejju 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray MAC SHARRY

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

IĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TEĦID TAĦT KONTROLL

Jiena, hawn taħt iffirmat:

________________________________

(il-kunjom, l-isem, l-isem kummerċjali)

filwaqt li qiegħed naġixxi f'isem akkont tal-Gvern ta' hawnhekk niċċertifika illi l-oġġetti riferiti hawn taħt, ikkunsinnati skond ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1312/91, ittieħdu taħt kontroll.

Il-post u data tat-teħid taħt kontroll:

It-tip tal-prodott:..

it-tunnellaġġ metriku, il-piż meħud taħt kontroll (gross):

Il-pakkeġġjar:...

Kummenti:

Firma:..

Data:

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 67, tal-14.3.1991, p. 17.

[2] ĠU L 164, tal-24.6.1985, p. 1.

[3] ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 9.

[4] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[5] ĠU L 364, tal-14.12.1989, p. 54.

[6] ĠU L 310, tal-21.11.1985, p. 1.

[7] ĠU L 310, tad-9.11.1990, p.18.

Top