EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0493

Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tal-ħut

ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32004L0041

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/493/oj

31991L0493



Official Journal L 268 , 24/09/1991 P. 0015 - 0034
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0192


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-22 ta’ Lulju 1991

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tal-ħut

(91/493/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi, bil-għan li jinkiseb is-suq intern u aktar speċjalment li jassiguraw l-operazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tal-prodotti tal-ħut stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 3796/81 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2886/89 [5], huwa essenzjali li s-suq tal-ħut u l-prodotti tal-ħut ma jkunx aktar imfixkel bil-problemi li jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tal-bżonnijiet tas-saħħa; billi dan se jħalli l-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq li jkun armonizzat aħjar u jġib kompetizzjoni fuq termini ugwali, filwaqt li jassigura prodotti ta’ kwalita għall-konsumatur;

Billi l-Parlament Ewropew fir-resoluzzjoni leġislattiva tas-17 ta’ Marzu 1989 [6] talab lill-Kummissjoni li tressaq proposti komprensivi dwar il-produzzjoni iġjenika u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tal-ħut, li jinkludu s-soluzzjonijiet għall-problema tan-nematodes;

Billi l-prodotti tal-ħut li jinqabdu friski huma prinċipalment ħelsien minn kontaminazzjoni minn mikro-orġaniżmi; billi b’dankollu kontaminazzjoni u dikompożizzjoni susegwenti tista’ sseħħ meta jitmissu u jkunu ttrattati b’mod mhux iġjeniku;

Billi għalhekk il-bżonnijiet essenzjali iridu jkunu stabbiliti għall-iġjene korretta u għat-tqandil prodotti tal-ħut frisk u pproċessat fl-istadji kollha tal-produzzjoni u matul il-ħażna u t-trasport;

Billi huwa xieraq li japplikaw b’analoġija ċerti normi ta’ marketing li jkunu stabbiliti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81, sabiex jirranġaw il-kwalità tas-saħħa ta’ dawn il-prodotti;

Billi hija r-responsabbiltà primarja ta’ l-industrija tal-ħut li tassigura li l-prodotti tal-ħut jilħqu l-ħtiġiet tas-saħħa stabbiliti f’din id-Direttiva;

Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom, billi jagħmlu kontrolli u spezzjonijiet, jassiguraw li l-produtturi u l-fabbrikanti jkunu konformi mal-ħtiġiet imsemmija;

Billi l-miżuri ta’ kontroll tal-Komunità iridu jkunu introdotti biex jagħtu garanzija ta’ l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha tan-normi stabbiliti f’din id-Direttiva;

Billi, sabiex jassiguraw l-operazzjoni ħielsa tas-suq intern, il-miżuri għandhom japplikaw f’manjiera identika mal-kummerċ fl-Istati Membri u għal kummerċ bejn l-Istati Membri;

Billi fil-kuntest tal-kummerċ intra-Komunitarju, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE ta’ l-11 ta’ Diċembru 1989 li jikkonċernaw l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li titħares il-kompletazzjoni tas-suq intern [7] kif emendata bid-Direttiva 90/675/KEE [8] tapplika għall-prodotti tal-ħut;

Billi prodotti tal-ħut minn pajjiżi terzi maħsub li jitpoġġew fuq is-suq tal-Komunità m’għandhomx jikwalifikaw għall-arranġamenti aktar favorevoli minn dawk applikati fil-Komunità; billi dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru għall-proċedura tal-Komunità għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi tal-kondizzjonijiet tal-prodotti u t-tpoġġija fuq is-suq sabiex jippermettu l-applikazzjoni ta’ sistema komuni ta’ l-importazzjoni bbażata fuq kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza;

Billi l-prodotti f’dan il-każ huma suġġetti għar-regoli li jikkonċernaw kontrolli u l-miżuri ta’ salvagwardja koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi;

Billi, sabiex ikun jista’ jittiħed akkont ta’ ċirkustanzi partikolari, derogi iridu jingħataw lil xi stabbilimenti li diġà joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1993 sabiex iħalluhom jadattaw għall-ħtiġiet kollha elenkati f’din id-Direttiva;

Billi l-Kummissjoni għandha tingħata d-dover li tadotta ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id- Direttiva; billi, għal dak il-għan, proċeduri għandhom ikunu stabbiliti li jintroduċu kooperazzjoni mil-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Billi l-ħtiġiet essenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva jistgħu jirrikjedu aktar speċifikazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq tal-prodotti tal-ħut għal konsum uman.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. "prodotti tal-ħut" ifisser l-annimali kollha ta’ l-ilma baħar jew ta’ l-ilma ħelu jew parti minnhom, li jinkludu l-bajd tagħhom, jeskludu l-mammiferi akwatiċi, iż-żrinġijiet u l-annimali akwatiċi koperti minn atti oħrajn tal-Kommunità;

2. "prodotti ta’ l-akwakultura" ifisser il-prodotti kollha tal-ħut li twieldu u tkabbru f’kondizzjonijiet ikkontrollati sakemm tpoġġew fuq is-suq bħala ikel. B’dankollu ħut ta’ l-ilma baħar jew ta’ l-ilma ħelu jew krustaċej li jinqabdu fl-ambjent naturali tagħhom meta jkunu zgħar u jinżammu sakemm jilħqu d-daqs kummerċjali li hu meħtieġ għal konsum uman huma kkunsidrati wkoll li jkunu prodotti ta’ l-akwakultura. Ħut u krustaċej ta’ daqs kummerċjali li jinqabdu fl-ambjent naturali tagħhom u li jinżammu ħajjin biex jinbiegħu f’data aktar tard mhumiex ikkunsidrati li huma prodotti ta’ l-akwakultura jekk jinżammu ħajjin biss mingħajr sforz biex jiżdied id-daqs jew il-piż tagħhom;

3. "tkessiħ" ifisser il-proċess tat-tkessieħ tal-prodotti tal-ħut għal temperatura li tilħaq dik tas-silġ qed idub;

4. "prodotti friski" ifisser xi prodott tal-ħut jekk sħiħ jew ippreparat, li jinkludi prodotti f’pakketti f’vakum jew f’atmosfera mmodifikata, li m’għaddewx minn xi trattament biex jassiguraw il-preżervazzjoni apparti milli t-tkessiħ;

5. "prodotti ppreparati" ifisser xi prodott tal-ħut li għadda minn operazzjoni li taffettwa l-qofol anatomiku tiegħu, bħal m’huma t-tneħħija tal-garġi, il-qtugħ tar-ras, miftuħ min-nofs, tqattigħ fi strippi, tqattigħ, eċċ.;

6. "prodotti pproċessati" ifisser xi prodotti tal-ħut li għaddew minn proċess kimiku jew fiżiku bħalma hu bis-sħana, bid-duħħan, bil-melħ, bit-tqaddid jew bil-marinazzjoni, eċċ., ta’ prodotti mkessħa jew iffrizati, sew jekk jew le ma jkunux assoċjati ma ikel ieħor, jew għaqda ta’ dawn il-varji proċessi;

7. "preżervazzjoni" ifisser il-proċess li bih dawn il-prodotti huma ppakkjati u ssiġillata b’mod ermetiku u suġġetti għal trattament ta’ sħana sal-punt li xi mikro-organiżmi li jistgħu jipprolifikaw ikunu meqruda jew inattivati, irrespettivament mit-temperatura li fiha l-prodott għandu jkun maħżun;

8. "prodotti ffriżati" ifisser xi prodotti tal-ħut li għaddew minn proċess ta’ l-iffriżar biex jilħqu temperatura interna ta’ - 18oC jew inqas wara l-istabbilizzazzjoni tat-temperatura;

9. "imballaġġ" ifisser il-proċedura li jipproteġi l-prodotti tal-ħut bi tqartis, kontenitur jew xi metodu ieħor xieraq;

10. "grupp" ifisser il-kwantità ta’ prodotti tal-ħut akkwistati permezz ta’ ċirkustanzi prattikament identiċi;

11. "konsenja" tfisser xi kwantità ta’ prodotti tal-ħut maħsuba għal konsumatur wieħed jew aktar fil-pajjiż tad-destinazzjoni u b’mezz ta’ trasport wieħed biss;

12. "meżż ta’ trasport" ifisser dawk il-partijiet imwarrba għal oġġetti f’vetturi awtomatiċi, vetturi tal-ferroviji u ajruplani, l-istivi ta’ dgħajjes, u kontenituri għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru;

13. "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti li twettaq verifiki veterinarji jew xi awtorità li lilha jkun ddelega dik il-kompetenza;

14. "stabbiliment" ifisser xi post fejn prodotti tal-ħut huma ppreparati, pproċessati, imkessħa, iffrizati, ippakkjati jew maħżuna. Irkant u swieq bl-ingrossa li fihom l-eżibizzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa li fihom iseħħ mhumiex meqjusa li huma stabbilimenti;

15. "tpoġġija fuq is-suq" ifisser iz-zamma jew il-wiri għall-bejgħ, offerti għall-bejgħ, bejgħ, forniment jew xi forma oħra ta’ tpoġġija fuq is-suq fil-Komunità, eskluż il-bejgħ bl-imnut u t-trasferimenti diretti fuq swieqi lokali ta’ kwantitajiet żgħar mis-sajjieda lejn il-bejjiegħa bl-imnut jew lejn il-konsumaturi, li jridu jkunu suġġetti għall-kontrolli tas-saħħa stabbiliti mir-regoli nazzjonali biex jivverifikaw il-kummerċ bl-imnut;

16. "importazzjoni" tfisser l-introduzzjoni fit-territorju tal-Komunità ta’ prodotti tal-ħut minn pajjiżi terzi;

17. "ilma baħar nadif" ifisser ilma baħar jew ilma tas-salmura li hu ħieles minn kontaminazzjoni mikrobioloġika, sostanzi perikolużi u/jew organiżmi marittimu fi kwantitajiet li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-saħħa tal-prodotti tal-ħut u li huwa użat permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva;

18. "dgħajsa fabbrikanti" tfisser xi dgħajsa li fiha prodotti tal-ħut jgħaddu minn wieħed jew aktar mill-operazzjonijiet segwenti imsegwi bil-imballaġġ: qtugħ f’filletti, qsim min-nofs, tneħija tal-ġilda, tqattigħ f’kappuljat, iffrizar jew ipproċessar.

Is-segwenti mhumiex meqjusa li huma "dgħajjes fabbrikanti":

- dgħajjes tal-ħut li fiħom gambli u molluski biss ikunu msajra abbord;

- dgħajjes tal-ħut li fuqhom l-iffrizar biss ikun imwettaq.

L-Artikolu 3

1. It-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tal-ħut maqbuda fl-ambjent naturali tagħhom għandu jkunu suġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) iridu jkunu:

(i) ġew maqbuda u fejn xieraq imqandla għall-iskarnar, għall-qtugħ tar-ras, it-tneħħija tal-garġi u t-tneħħija tax-xewka tad-dar, imkessħa jew iffrizati, abbord dgħajjes bi qbil mar-regoli ta’ l-iġjene li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għal dak l-effett qabel l-1 ta’ Ottubru 1992;

(ii) fejn xieraq, imqandla abbord dgħajjes fabbrikanti approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 7, u bi qbil mal-ħtiġiet tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.

It-tisjir ta’ gambli u molluskoli abbord għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, it-taqsima I(5), jew il-Kapitolu IV, it-taqsima IV(7), ta’ l-Anness. Dgħajjes bħal dawn għandhom ikunu speċifikament irreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b) matul u wara li jitniżżlu l-art kellhom ikunu mqandla bi qbil mal-Kapitolu II ta’ l-Anness;

(ċ) riedu li jkunu tqandlu u, fejn xieraq, ippakkjati, ippreparati, ipproċessati, iffriżati, imsewba mill-friża jew maħżuna iġjenikament fi stabbilimenti approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 7, b’konformità mal-ħtiġiet tal-Kapitoli III u IV ta’ l-Anness.

L-awtorità kompetenti tista’, minkejja l-Kapitolu II, it-taqsima 2 ta’ l-Anness, tawtoriżża t-trasferiment tal-prodotti tal-ħut minn fuq il-moll lejn kontenituri għat-tqassim immedjat lejn stabbiliment approvat jew irkant irreġistrat jew f’suq bl-ingrossa li għandu jkun ivverifikat hemmhekk;

(d) ikunu għaddew minn kontrolli tas-saħħa bi qbil mal-Kapitolu V ta’ l-Anness;

(e) riedu li kienu ġew ippakkjati b’mod xieraq bi qbil mal-Kapitolu VI ta’ l-Anness;

(f) riedu li kienu ġew mogħtija marka ta’ l-identifikazzjoni bi qbil mal-Kapitolu VII ta’ l-Anness;

(g) riedu li kienu ġew maħżuna u ttrasportati skond kondizzjonijiet sodisfaċjenti ta’ iġjene, bi qbil mal-Kapitolu VIII ta’ l-Anness.

2. Meta t-tneħħija tal-garġi tkun possibbli mill-aspett tekniku u kummerċjali, dan għandu jsir malajr kemm jista’ jkun wara li l-prodotti ġew maqbuda jew imniżżla l-art.

3. It-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti ta’ l-akwakultura għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) riedu li kienu nqatlu taħt kondizzjonijiet xierqa ta’ iġjene. Ma jridux jkunu maħmuġin b’xi trab, ħama jew ħmieġ. Jekk mhux ipproċessati immedjatament wara li jkunu ġew maqtula jridu jinzammu mkessħin;

(b) riedu, b’żieda, li jkunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti permezz ta’ 1(ċ) sa (g).

4. (a) It-tpoġġija fuq is-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin għandha tkun suġġetta għall-bżonnijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [9].

(b) Meta pproċessati, molluski bivalvi għandhom, b’żieda mal-ħtiġiet fil-punt (a), jissodisfaw dawk tal-paragrafu 1(ċ) sa (g).

L-Artikolu 4

Prodotti tal-ħut li jkunu sejrin jitpoġġew ħajjin fuq is-suq għandhom fil-ħinijiet kollha jinzammu taħt il-kondizzjonijiet l-aktar xierqa ta’ sopravivenza.

L-Artikolu 5

It-tpoġġija fuq is-suq tal-prodotti li ġejjin għandha tkun ipprojbita:

- ħut velenuz tal-familji li ġejjin: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae, Canthigasteridae,

- prodotti tal-ħut li fihom il-biotossini bħalma huma t-tossini ċiguatera jew it-tossini li jipparaliżżaw il-muskoli.

Ħtiġiet iddettaljati li jikkonċernaw l-ispeċi koperti minn dan l-Artikolu u li jikkonċernaw il-metodi ta’ l-analiżi għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 15.

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuni responsabbli għal stabbilimenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, sabiex, fl-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħut, l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu mħarsa.

Għal dak il-għan, l-imsemmija persuni responsabbli għandhom jagħmlu l-kontrolli tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin;

- l-identifikazzjoni tal-punti kritiċi fl-istabbiliment tagħhom fuq il-bażi tal-proċessi tal-fabbrikazzjoni użati;

- l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-metodi għall-monitoraġġ u l-kontrolli ta’ punti kritiċi bħal dawn;

- jieħdu kampjuni għall-analiżi f’laboratorju approvat mill-awtorità kompetenti għall-iskop li jivverifikaw it-tindif u l-metodi tad-diżinfetazzjoni u għall-iskopijiet li jivverifikaw il-konformità man-normi stabbiliti b’din id-Direttiva;

- jżommu rekord bil-miktub jew rekord irreġistrat f’manjiera indelibbli tal-punti preċedenti bil-għan li jissottumetuhom lejn l-awtorità kompetenti. Ir-riżultati tal-verifiki u t-testijiet differenti għandhom partikolarment jinzammu għall-perjodu ta’ mill inqas sentejn.

2. Jekk ir-riżultati tal-verifiki tagħhom jew xi informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-persuni responsabbli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jiżvelaw ir-riskju tas-saħħa jew jisuġġerixxu li wieħed jista’ jeżisti u mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 89/662/KEE, il-miżuri xierqa għandhom jittieħdu, taħt is-superviżjoni uffiċjali.

3. Regoli għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

L-Artikolu 7

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw l-istabbilimenti la darba jkunu ivverifikaw li dawn l-istabbilimenti jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, b’rigward tan-natura ta’ l-attivitajiet li huma jwettqu. L-approvazzjoni għandha tkun imġedda jekk l-stabbiliment jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet apparti dawk li dwarhom ikun irċieva l-approvazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk il-bżonnijiet jieqfu milli jintlaħqu. Għal dan il-għan, għandhom jieħdu akkont partikolari tal-konklużjonijiet ta’ xi verifika mwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 8.

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra dawk is-swieq bl-irkantijiet u bl-ingrossa li mhumiex suġġetti għal approvazzjoni wara li tivverifika li dawk l-installazzjonijiet ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’dankollu, suġġett għal kondizzjoni espressa li prodotti li jiġu minn dgħajjes fabbrikanti u stabbilimenti, is-swieqi bl-irkant u bl-ingrossa jilħqu n-normi iġjeniċi stabbiliti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, għall-ħtiġiet irrelatati mat-tagħmir u l-istrutturi elenkati fil-Kapitoli I sa IV ta’ l-Anness, jagħtu lid-dgħajjes fabbrikanti u l-istabbilimenti, l-irkant u swieq bl-ingrossa perjodu ieħor li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1995 li fih ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni stabbilit fil-Kapitolu IX. Derogi bħal dawn jistgħu jingħataw biss lid-dgħajjes fabbrikanti u l-istabbilimenti, tas-swieq bl-irkant u bl-ingrossa, li diġà joperaw fil-31 ta’ Diċembru 1991, li kienu, qabel l-1 ta’ Lulju 1992, issottemettew applikazzjoni ġġustifikata għal deroga lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkompanjata bi pjan ta’ xogħol u programm li jindika l-perjodu li fih ikun possibbli għalihom biex ikunu konformi mal-ħtiġiet imsemmija. Meta l-assistenza finanzjarja hija mitluba mill-Komunità, talbiet biss fir-rigward ta’ proġetti li huma konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu aċċettati.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju lista ta’ l-istabbilimenti approvati tagħhom, kull wieħed minnhom ikollu numru uffiċjali.

Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni bil-lista tiegħu ta’ l-istabbilimenti approvati u ta’ xi emendi sussegwenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lejn l-Istati Membri l-oħra.

4. L-ispezzjonar u l-monitoraġġ ta’ stabbilimenti għandu jkun imwettaq regolarment permezz tar-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti, li għandha tkun fil-ħinijiet kollha jkollha aċċess ħieles lejn il-partijiet kollha ta’ l-istabbilimenti, sabiex jassiguraw il-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Jekk dawk l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ jiżvelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux jintlaħqu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni xierqa.

5. Il-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta’ dgħajjes fabbrikkanti.

6. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll għas-swieqi bl-ingrossa u bl-irkant.

L-Artikolu 8

1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, jagħmlu kontrolli fuq il-post sakemm dan ikun meħtieġ biex jassiguraw l-uniformità ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huma jistgħu partikolarment jivverifikaw jekk l-istabbilimenti humiex fil-fatt konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Stat Membru li fit-territorju tiegħu verifika tkun qiegħda titwettaq għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-esperti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet.

2. L-arranġamenti għall-implementazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikun addottat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

L-Artikolu 9

1. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE, fir-rigward tal-prodotti tal-ħut li huma intenzjonati għal konsum uman, għandhom japplikaw, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’ u l-azzjoni li għandha tittieħed b’segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jittwettqu mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u l-miżuri protettivi li għandhom ikunu implimentati.

2. Id-Direttiva 89/662/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

(a) fl-Anness A is-subinċiż segwenti għandu jkun miżjud:

"— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqiegħid fuq is-suq ta’ prodotti tal-ħut (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15);"

(b) Fl-Anness B is-subinċiż segwenti għandu jkun imħassar:

"— il-prodotti tal-ħut intenzjonati għall-konsum uman."

IL-KAPITOLU II

Importazzjonijiet mit-tielet pajjiżi

L-Artikolu 10

Provvedimenti applikati għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut minn pajjiżi terzi għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tal-Komunità.

Prodotti tal-ħut maqbudin fl-ambjent naturali tagħhom minn dgħajsa tas-sajd li ttajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz trid tgħaddi mill-verifiki stabbiliti fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 90/675/KEE.

L-Artikolu 11

1. Għall kull pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi, prodotti tal-ħut iridu jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-importazzjoni stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, jiddependi fuq is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-pajjiż terz ikkonċernat.

2. Sabiex jippermettu li l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ikunu stabbiliti, u sabiex jivverifikaw il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni, tal-ħażna u tal-konsenja ta’ prodotti tal-ħut għal konsenja lejn il-Komunità, l-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq il-post minn esperti tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri.

L-esperti ta’ l-Istati Membri li għandhom ikunu fdati b’dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu appuntati mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa xi nefqa involuta.

Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għall-dawn l-ispezzjonijiet għandha tkun iddeterminata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

3. Meta jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-prodotti tal-ħut imsemmija fil-paragrafu 1, akkont partikolari għandu jittieħed ta’:

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u tas-serviżżi ta’ l-ispezzjoni tiegħu, il-poteri ta’ serviżżi bħal dawn u s-superviżjoni li huma suġġetti għalihom, kif ukoll il-faċilitajiet tagħhom għall-verifikazzjoni effiċjenti ta’ l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom fis-seħħ;

(ċ) il-kondizzjonijiet attwali tas-saħħa matul il-produzzjoni, il-ħażna u l-forniment ta’ prodotti tal-ħut intenzjonati għal Komunità;

(d) l-assiguranzi li l-pajjiż terz jista’ jagħti dwar il-konformità man-normi stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness.

4. Il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) il-proċedura biex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-konsenji meta jintbagħat lejn il-Komunità;

(b) it-tqegħid ta’ marka li tidentifika l-prodotti tal-ħut, partikolarment man-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini, minbarra fil-kas ta’ prodotti tal-ħut iffrizati, maħtuta immedjatament għalbiex jiddaħħlu fil-landi u li għandhom iċ-ċertifikat li hemm provvediment dwaru taħt (a);

(ċ) iħejji lista ta’ stabbilimenti approvati u ta’ swieqi ta’ l-irkant u bl-ingrossa reġistrati u approvati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15;

Għal dak l-iskop, waħda jew aktar listi ta’ stabbilimenti bħal dawk għandha tkun imħejjija fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz lejn il-Kummissjoni. Stabbiliment ma jistax jidher fuq il-lista sakemm ma jkunx approvat uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta lejn il-Komunità. Approvazzjoni bħal din għandha tkun suġġett għall-osservanza tal-ħtiġiet segwenti:

- konformità mal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk elenkati f’din id-Direttiva,

- monitoraġġ minn servizz ta’ l-ispezzjoni uffiċjali mil-pajjiż terz.

5. Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4(a) u (b) jistgħu jkunu mmodifikata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15.

Il-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 4(ċ) tista’ tkun emendata mill-Kummissjoni, bi qbil mar-regoli stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/13/KEE [10].

6. Biex jittrattaw mas-sitwazzjonijiet speċifiċi u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, importazzjoni jistgħu jkunu awtorizzati direttament minn stabbiliment jew dgħajsa fabbrikanti ta’ pajjiż term meta dan ta’ l-aħħar ma jkunx jista jipprovdi l-garanziji stabbiliti fil-paragrafu 3, basta li l-istabbiliment jew id-dgħajsa fabbrikanti f’dak il-każ tkun irċeviet approvazzjoni speċjali wara l-ispezzjonijiet imwettqa bi qbil mal-paragrafu (2). Id-deċiżjoni ta’ l-awtorizazzjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu segwiti għal dawk il-prodotti li jkunu ġejjin minn dak l-istabbiliment jew dgħajsa fabbrikanti.

7. Sakemm ikunu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet applikati fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut minn pajjiżi terzi għandhom jkunu mill-inqas ekviwalenti għal dawk li jirrregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tal-Komunità.

L-Artikolu 12

1. Ir-regoli u l-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva 90/675/KEE għandhom japplikaw, notevolment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’ u s-segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

2. Mingħajr preġudizzju għal konformità mar-regoli u l-prinċipji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 90/675/KEE, u fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva, ir-regoli nazzjonali relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) ta’ din id-Direttiva għandhom jibqgħu li japplikaw.

IL-KAPITOLU III

Provvedimenti finali

L-Artikolu 13

L-Annessi għandhom ikunu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġorita kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 14

Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Istati Membri, għandha sa’ l-1 ta’ Lulju 1992 tissottometti rapport lill-Kunsill rigward il-ħtiġiet minimi strutturali u ta’ tagħmir li għandhom jintlaħqu minn stabbilimenti zgħar li jiddistribwixxu fuq is-suq lokali u li jinstabu f’reġjuni suġġetti għar-restrizzjonijiet partikolari tal-forniment, flimkien ma xi proposti, fuq liema il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, għandu jaġixxi qabel il-31 ta’ Diċembru 1992.

L-Artikolu 15

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-President għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [11] minn hawn’ il quddiem irreferut bħala il-Kumitat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ l-Istat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissotometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġorita stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikunu mgħobbija fil-manjiera kif stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li tirrigwarda l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza ikkwalifikata.

Jekk, meta jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur mid-data tar-riferiment lejn il-Kunsill, il-Kunsill ikun għandu m’aġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu addottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri imsemmija b’maġġorità sempliċi.

L-Artikolu 16

Sabiex jittieħed akkont tan-nuqqas possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1993, miżuri tranżizzjonali meħtieġa jistgħu jkunu addottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, għal perjodu ta’ sentejn.

L-Artikolu 17

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid qabel l-1 ta’ Jannar 1998 mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposti mill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba.

L-Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikun akkumpanjati minn referenzi bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif isir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 19

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] ĠU C 66, tal-11.3.1988, p. 2; ĠU C 282, tat-8.11.1989, p. 7 u ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 56.

[2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 29 u ĠU C 183, tal-15.7.1991.

[3] ĠU C 134, ta’ l-24.5.1988, p. 31 u ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 59.

[4] ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

[5] ĠU L 282, tat-2.10.1989, p. 1.

[6] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 199.

[7] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[8] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[9] ĠU L 268, tat-24.9.1991, p. 1

[10] ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 70.

[11] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL DGĦAJJES FABBRIKANTI

I. Kondizzjonijiet li jikkonċernaw id-disinn u t-tagħmir

1. Il-ħtiġiet minimi għal dgħajjes fabbrikanti huma kif ġej:

(a) żona maqtugħa waħedha biex jinġiebu l-prodotti tal-ħut abbord, iddisinjata u rranġata fi lqugħ jew gaġġeġ li huma kbar biżżejjed biex jippermettu li kull qabda suċċessiva tkun separata. Il-post ta’ l-ilqugħ u l-partijiet li jiċċaqalqu għandu ikunu li jistgħu jitnaddfu faċilment. Iridu jkunu ddisinjati b’mod li jipproteġu l-prodotti mix-xemx jew l-elementi u minn xi sorsi ta’ ħmieġ jew ta’ kontaminazzjoni;

(b) sistema għall-iskariġġ tal-prodotti tal-ħut miż-żona ta’ fejn ikunu nġiebu sal-post tax-xogħol li għandu jkun konformi mar-regoli ta’ l-iġjene;

(ċ) iż-żoni tax-xogħol li huma kbar biżżejjed għall-preparazzjoni u l-proċessar ta’ prodotti tal-ħut fil-kondizzjonijiet xierqa ta’ l-iġjene. Iridu jkunu disinjati u irranġati b’tali mod li ma jħallux li ssir xi kontaminazzjoni tal-prodotti;

(d) żoni tal-ħażna għall-prodotti mlestija li huma kbar biżżejjed u ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jiġu mnaddfa faċilment. Jekk unità ta’ l-ipproċessar ta’ skart tkun topera abbord, stiva separata trid tkun iddisinjata għall-ħażna ta’ dawn il-prodotti riżultanti;

(e) post għal ħażna ta’ materjali ta’ imballaġġ li hu separat miż-żoni tal-preparazzjoni u ta’ l-ipproċessar tal-prodotti;

(f) tagħmir speċjali biex jippompja l-iskart jew il-prodotti tal-ħut li mhumiex tajbin għall-konsum uman jew direttament lejn il-baħar jew, fejn ċirkustanzi hekk jirrikjedu, f’tank li ma jgħaddix ilma minnu irriservat għal dak l-iskop. Jekk l-iskart ikun maħżun u pproċessat abbord bil-għan li jitnaddaf, żoni separati għandhom ikunu allokati għal dak l-iskop;

(g) tagħmir li jipprovdi l-forniment ta’ ilma potabbli fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 li tirrigwarda l-kwalità ta’ l-ilma intenzjonat għall-konsum uman [1] jew ilma baħar nadif bil-pressa. Id-dħul ta’ l-ilma baħar għandu jkun jinstab f’pożizzjoni fejn ma jkunx possibbli għall-ilma li jkun miġbur li jkun affettwat minn rimi fil-baħar ta’ l-iskart ta’ l-ilma, skart u ħruġ tal-likwidu li jkessaħ il-magni;

(h) numru xieraq ta’ kmamar ta’ l-ilbies, friskaturi tal-ħasil u tojlits, dawn l-aħħar li ma jinfetħux direttament fuq iż-żoni ta’ fejn prodotti tal-ħut huma ppreparati, ipproċessati jew maħżuna. Il-friskaturi tal-ħasil iridu jkunu mgħammra b’apparat għall-ħasil u t-tnixxif ta’ l-idejn li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ l-iġjene; it-tappijiet tal-friskaturi tal-ħasil m’għandhomx ikunu operabbli bl-idejn.

2. Iż-żoni użati għall-preparazzjoni u l-ipproċessar jew l-iffrizar/l-iffrizar-malajr ta’ prodotti tal-ħut għandhom ikollhom:

(a) paviment li ma jizloqx li hu faċli li jitnaddaf u jkun iddiżinfettat u mgħammar għall-iskular faċli ta’ l-ilma. Strutturi u apparat imwaħħal għandhom ikollhom maqbad ta’ l-injam li jkunu kbar biżżejjed biex ma jkunux ostakolati bl-iskart tal-ħut u li jippermettu l-ilma li jiskula bil-libertà;

(b) ħitan u soqfa li huma faċli li jitnaddfu, partikolarment fejn ikun hemm il-pajpijiet, ktajjen jew il-kannen ta’ l-elettriku;

(ċ) iċ-ċirkuwiti idrawliċi għandhom jkunu rranġati jew protetti b’ tali mod hekk li jassiguraw li ma jkunx possibbli li jkun hemm ħruġ ta’ żejt li jista jikkontamina l-prodotti tal-ħut;

(d) ventilazzjoni adegwata u, fejn meħtieġ, estrazzjoni tajba tal-fwar;

(e) dawl adegwat;

(f) apparat għat-tindif u d-diżinfettar ta’ l-għodda, tagħmir u apparat;

(g) tagħmir għat-tindif u d-diżinfetar ta’ l-idejn b’viti li mhumiex operabbli bl-idejn u b’xugamani ta’ użu ta’ darba.

3. Tagħmir u għodda bħalma huma mwejjed għat-tqattigħ, kontenituri, ċineġ għall-ġarr, magni għat-tnaddif tal-garġi jew għal qtugħ ta’ filetti, eċċ., iridu jkunu reżistenti għas-sadid mil-ilma baħar, faċli li jitnaddfu u li jkunu iddiżinfettati u li jinzammu sewwa.

4. Dgħajjes fabbrikanti li jiffrizaw il-prodotti tal-ħut iridu jkollhom:

(a) impjant ta’ refriġerazzjoni qawwi biżżejjed li jbaxxi t-temperatura b’mod rapidu hekk li tikseb temperatura ġewwinija li tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) impjant tar-refriġerazzjoni qawwi biżżejjed biex iżomm il-prodotti tal-ħut fl-istivi tal-ħażna f’temperatura li tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-istivi tal-ħażna jridu jkunu mgħammra b’sistema li tirreġistra t-temperatura mqiegħda b’tali mod li tkun tista tiġi kkonsultata mingħajr tbatija.

II. Kondizzjonijiet ta’ l-iġjene rrelatati mat-tqandil abbord u l-ħażna tal-prodotti tal-ħut

1. Persuna kwalifikata abbord id-dgħajsa fabbrikanti għandha tkun responsabbli biex tapplika l-prattiċi tajba tal-fabbrikazzjoni għall-prodotti tal-ħut. Dik il-persuna għandha jkollha l-awtorità li tassigura li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati u għandha tipprovdi lill-ispetturi tal-programm għall-inspezzjoni u verifikazzjoni tal-punti kritiċi kif applikati abbord, reġistru li jkun fih il-kummenti ta’ dik il-persuna u r-reġistrazzjoni tat-temperatura, skond kif ikunu meħtieġa.

2. Il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene applikabbli għaż-żoni u t-tagħmir għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsima II(A), ta’ dan l-Anness.

3. Il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene applikabbli għall-ekwipaġġ għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsima II(B), ta’ dan l-Anness.

4. Il-qtugħ ta’ l-irjus, it-tneħħija tal-garġi u tqattigħ f’filletti jridu jsiru skond il-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu IV, it-taqsima I(2), (3) u (4) ta’ dan l-Anness.

5. L-ipproċessar abbord tal-prodotti tal-ħut iridu jsiru skond il-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu IV, it-taqsimiet III, IV u V ta’ dan l-Anness.

6. Il-prodotti tal-ħut iridu jkunu mkebba u ppakkjati skond il-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu VI ta’ dan l-Anness.

7. Il-ħażna abbord tal-prodotti tal-ħut trid issir skond il-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbilita fil-Kapitolu VIII, il-punti 1 u 2, ta’ dan l-Anness.

IL-KAPITOLU II

ĦTIĠIET MATUL U WARA T-TNIŻŻIL FL-ART

1. It-tagħmir tal-ħatt u tat-tniżżil fl-art irid ikun magħmul minn materjal li jkun faċli li jitnaddaf u li jkun iddiżinfettat u għandu jinżamm fi stat tajjeb ta’ reparazzjoni u ndafa.

2. Matul il-ħatt u t-tniżżil fl-art, il-kontaminazzjoni tal-prodotti tal-ħut għandha tkun evitata. Irid partikolarment ikun assigurat li:

- l-operazzjonijiet tal-ħatt u tat-tniżżil fl-art jipproċedu rapidament;

- il-prodotti tal-ħut ikunu mqiegħda mingħajr dewmien mhux meħtieġ f’temperatura ambjentali protetta li hi meħtieġa fuq il-bażi tan-natura tal-prodott u, fejn meħtieġ, fi trasport bis-silġ, ħażna jew faċilitajiet ta’ suq, jew fi stabbiliment;

- it-tagħmir u l-prattiċi tat-tqandil li jikawzaw ħsara mhux meħtieġa lill partijiet li jittieklu tal-prodotti tal-ħut mhumiex awtoriżżati.

3. Partijiet tas-swieqi tal-bejgħ bl-irkant jew bl-ingrossa fejn il-prodotti tal-ħut jintwerew għall-bejgħ iridu:

(a) jkunu mgħottija u jkollhom ħitan li jitnaddfu faċilment;

(b) ikollhom paviment li ma jgħaddix ilma minnu li jkun faċli biex jitnaddaf u li jkun iddiżinfettat u magħmul b’tali mod li jiffaċilita l-iskular ta’ l-ilma u li jkollu sistema iġjenika ta’ tneħħija ta’ l-ilma ta’ l-iskart;

(ċ) ikun mgħammar b’faċilitajiet sanitarji b’numru xieraq ta’ friskaturi tal-ħasil u tojlits bil-fluxing. Il-friskaturi tal-ħasil iridu jkunu fornuti b’materjali għat-tindif ta’ l-idejn u ta’ xugamani ta’ l-idejn li jintużaw darba biss;

(d) ikunu mixgħula sewwa biex jiffaċilitaw l-ispezzjoni tal-prodotti tal-ħut skond kif hemm ipprovdut fil-Kapitolu V ta’ dan l-Anness;

(e) meta jkunu użati għal wirja jew għal ħażna tal-prodotti tal-ħut, m’għandhomx ikunu użati għal raġunijiet oħra; vetturi li jarmu d-dħaħen li jistgħu jħassru l-kwalità tal-prodotti tal-ħut ma jistgħux jidħlu fis-swieqi; annimal mhux mixtieqa m’għandhomx jitħallew jidħlu;

(f) li jitnaddfu regolarment u mill-inqas wara kull bejgħ; kannestri għandhom, wara kull bejgħ, jitnaddfu u jitlaħalqu minn ġewwa u minn barra b’ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif; fejn meħtieġ, għandhom ikunu ddiżinfettati;

(g) li jkollhom murija sinjali f’pożizzjoni prominenti li jipprojbixxu t-tipjip, bżieq, l-ikel u x-xorb;

(h) li jingħalqu u li jinżammu magħluqin meta l-awtorità kompetenti tqis li dan ikun meħtieġ;

(i) li jkollhom faċilitajiet biex jipprovdu forniment adegwat ta’ l-ilma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsima I, il-punt 7 ta’ dan l-Anness;

(j) ikollhom reċipjenti speċjali li minnhom ma jgħaddix l-ilma magħmula minn materjali reżistenti għas-sadid għall-prodotti tal-ħut li mhumiex tajbin għall-konsum uman;

(k) sakemm m’għandhomx il-bini tagħhom stess fuq il-post jew fil-viċinanza immedjata fuq il-bażi tal-kwantitajiet eżibiti għall-bejgħ, ikollhom, għall-iskopijiet ta’ l-awtorità kompetenti, kamra li tissakkar mgħammra kif meħtieġ u t-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu dawn l-ispezzjonijiet.

4. Wara l-ħatt jew, fejn xieraq, wara l-ewwel bejgħ, il-prodotti tal-ħut għandhom ikunu ttrasportati mingħajr dewmien, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VIII, ta’ dan l-Anness, lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom.

5. B’dankollu, jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4 ma jkunux imwettqa, is-swieqi li fihom il-prodotti tal-ħut jistgħu jkunu maħżuna qabel ma jkunu eżibiti għall-bejgħ jew wara li jkunu nbiegħu u sakemm iseħħ it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom għandhom ikollhom kmamar kesħin kbar biżżejjed li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsima I, il-punt 3 ta’ dan l-Anness. F’każijiet bħal dawn, il-prodotti tal-ħut għandhom ikunu maħżuna f’temperatura viċin ta’ dik tas-silġ idub.

6. Il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsimaII — bl-eċċezzjoni tal-punt B 1(a) — ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-swieqi li fihom il-prodotti tal-ħut ikunu eżibiti għall-bejgħ jew għal ħażna.

7. Is-swieqi bl-ingrossa li fihom il-prodotti tal-ħut ikunu eżibiti għall-bejgħ jew għal ħażna għandhom ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet bħala dawk stabbiliti fil-punti 3 u 5 ta’ dan il-Kapitolu u għall-dawk stabbiliti fil-punti 4, 10 u 11 tal-Kapitolu III, it-taqsima I ta’ dan l-Anness.

Il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu III, it-taqsima II ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-swieqi bl-ingrossa.

IL-KAPITOLU III

KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL STABBILIMENTI FUQ L-ART

I. Kondizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw il-bini u t-tagħmir

Stabbiliment għandu jkollhu mill-anqas il-faċilitajiet li ġejjien:

1. postijiet tax-xogħol ta’ daqs suffiċjenti għax-xogħol li għandu jitwettaq skond il-kondizzjonijiet adejwati ta’ l-iġjene. Id-disinn u t-tqasim tagħhom għandu jkun tali li jiprekludi l-kontaminazzjoni tal-prodott u jżomm separati il-partijiet nodfa u dawk ikkontaminati tal-bini;

2. fil-postijiet fejn prodotti jkunu mqandla, ikunu ppreparati u pproċessati:

(a) paviment li ma jgħaddix ilma minnu li jista jkun faċilment imnaddaf u ddiżinfettat u mqiegħed b’tali mod hekk li jiffaċċilita l-iskular ta’ l-ilma jew li jkun ipprovdut b’tagħmir biex ineħħi l-ilma;

(b) ħitan li għandhom wiċċ lixx u li jkunu faċli biex jitnaddfu, durabbli u impermeabbli;

(ċ) soqfa jew kisi tal-bejt li jkunu faċli biex jitnaddfu;

(d) bibien f’materjali durabbli li huma faċli biex jitnaddfu;

(e) ventilazzjoni adegwata u, fejn meħtieġ, fwar tajjeb u faċilitajiet ta’ l-estrazzjoni tal-fwar ta’ l-ilma;

(f) dawl adegwat naturali jew artifiċjali;

(g) numru adegwat ta’ faċiltajiet għat-tindif u d-diżinfettar ta’ l-idejn. Fil-kmamar tax-xogħol u l-vitien tal-lokijiet m’għandhomx ikunu operrabbli bl-idejn. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu pprovduti b’xugamani ta’ l-idejn li jintużaw darba biss;

(h) faċilitajiet tat-tindif ta’ l-impjant, tat-tagħmir u l-għodda;

3. fi kmamar kesħin fejn prodotti tal-ħut huma maħżuna:

- id-dispożizzjonijiet stabbiliti permezz tal-punt 2(a), (b), (ċ), (d) u (f);

- fejn meħtieġ, impjant ta’ refriġerazzjoni qawwi biżżejjed biex iżomm il-prodotti fit-temperatura preskritta f’din id-Direttiva;

4. faċilitajiet xerqin għall-protezzjoni kontra annimali bħalma huma l-insetti, grieden/firien, għasafar, eċċ.;

5. l-instrumenti u t-tagħmir tax-xogħol bħal m’huma l-imwejjed għat-tqattigħ, il-kontenituri, iċ-ċineg għaċ-ċaqlieq u skieken magħmula minn materjali reżistenti għas-sadid, faċli biex jitnaddfu u biex ikunu ddiżinfettati;

6. kontenituri speċjali li minnhom ma jgħaddix ilma, reżistenti għas-sadid, għall-prodotti tal-ħut mhux intenzjonati għall-konsum uman u l-bini għall-ħażna ta’ kontenituri bħal dawn jekk mhumiex svujtati mill-anqas fit-tmiem ta’ kull jum tax-xogħol;

7. faċilitajiet li jipprovdu fornimenti adegwati ta’ ilma tax-xorb fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 80/778/KEE, jew alternattivament ta’ ilma baħar nadif jew ilma baħar trattat b’sistema xierqa, taħt pressa u fi kwantità suffiċjenti. B’dankollu, bħala eċċezzjoni, forniment ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb hu permissibbli għall-produzzjoni tal-fwar, il-ġlieda kontra n-nar u t-tkessiħ tat-tagħmir tar-refrigerazzjoni, basta li l-pajpijiet installati għall-iskop li jipprekludi l-użu ta’ ilma bħal dan għal skopijiet oħrajn u li ma jippreżenta l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni għall-prodotti. Pajpijiet ta’ l-ilma mhux tax-xorb iridu jkunu distiniti b’mod ċar minn dawk użati għall-ilma xorb jew għall-ilma baħar nadif;

8. sistema iġjenika ta’ rimi ta’ l-ilma maħmuġ;

9. numru adegwat ta’ kmamar tat-tibdil tal-ħwejjeġ bil-ħitan u l-art lixxi, li minnhom ma jgħaddix ilma u li jinħaslu, friskaturi ta’ l-ilma u tojlits bil-fluxing. Dawn ta’ l-aħħar ma jistgħux jinfetħu direttament fuq il-kmamar tax-xogħol. Il-friskaturi tal-ħasil iridu jkollhom materjali għat-tindif ta’ l-idejn u xugamani li jintremew wara l-użu; il-viti tal-friskaturi tal-ħasil ma jridux ikun operabbli bl-idejn;

10. jekk il-volum tal-prodotti ttrattati jkunu jenħtieġu l-preżenza regolari jew permanenti f’kamra li tissakkar mgħammra adegwatament għall-użu esklussiv tas-serviżż ta’ l-ispezzjoni;

11. faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-meżżi tat-trasport. B’dankollu, faċiltajiet bħal dawn mhumiex obbligatorji jekk hemm il-ħtieġa għall-meżżi tat-trasport li jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati fil-faċilitajiet uffiċjalment awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

12. l-istabbilimenti li jżommu annimali ħajjin bħal ma huma l-krustaċej u ħut għandhom ikollhom il-fittings xierqa biex jassiguraw l-aħjar kondizzjonijiet ta’ sopravivenza ipprovdut b’ilma ta’ kwalità sabiex l-ebda organizmi perikolużi jew sostanzi ma jkunu ttrasferiti lejn l-annimali.

II. Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene

A. Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene applikabbli għall-bini u t-tagħmir

1. Pavimenti, ħitan u diviżjonijiet, soqfa jew kisji tal-ħitan, tagħmir u instrumenti użati biex jaħdmu fuq il-prodotti tal-ħut iridu jinżammu fi stat sodisfaċenti ta’ ndafa u tiswija, hekk li ma jkunux ta’ sorsi ta’ kontaminazzjoni għall-prodotti.

2. Ġrieden/firien, insetti u annimali moqżieża oħra għandhom ikunu esterminati sistematikament fil-bini jew fuq it-tagħmir; veleni tal-ġrieden, insettiċidi, diżinfettanti u xi sostanzi potenzjalment tossiċi għandhom ikunu maħżuna f’bini jew armarjijiet li jistgħu jissakkru; l-użu tagħhom m’għandux jippreżenta xi riskju ta’ kontaminazzjoni tal-prodotti.

3. Postijiet tax-xogħol, strumenti u tagħmir tax-xogħol għandu jintuża biss għax-xogħol fuq il-prodotti tal-ħut. B’dankollu, b’segwiment ta’ l-awtorizazzjoni mill-awtorità kompetenti dawn jistgħu jintużaw fl-istess ħin jew fi żminijiet oħrajn għal xogħol fuq prodotti oħrajn ta’ l-ikel.

4. Ilma tax-xorb, fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 80/778/KEE, jew ilma baħar nadif għandu jkun użat għal iskopijiet kollha. B’dankollu, bħala eċċezzjoni, ilma mhux tax-xorb jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-fwar, ġlieda kontra n-nar u t-tkessiħ ta’ tagħmir tar-refriġerazzjoni, basta li l-pajpijiet installati għal dan l-iskop li jipprekludi l-użu ta’ dan l-ilma għall-skopijiet oħra u ma jippreżenta l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni tal-prodotti.

5. Deterġenti, diżinfettanti u sostanzi simili jridu jkunu approvati mill-awtorità kompetenti u użati b’tali mod li ma jkollhomx effetti ħżiena fuq il-makkinarju, it-tagħmir u l-prodotti.

B. Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-iġjene applikabbli għall-persunal

1. In-normi l-aktar għolja possibbli ta’ ndafa huma meħtieġa għall-persunal. Aktar speċifikament:

(a) il-persunal għandu jilbes ħwejjeġ nodfa u xierqa tax-xogħol u għata tar-ras li tagħlaq kompletament ix-xagħar. Dan japplika partikolarment għall-persuni li jmissu l-prodotti esposti tal-ħut;

(b) il-persunal assenjat biex iqandel u jipprepara l-prodotti tal-ħut jenħtieġ li jaħslu idejhom mill-inqas kull darba jerġgħu jkomplu x-xogħol; feriti fl-idejn għandhom ikunu mgħottija b’faxxex li ma jgħaddix ilma minnhom;

(ċ) tipjip, bżieq, ikel u xorb fuq il-postijiet tax-xogħol u tal-ħażna tal-prodotti tal-ħut għandhom ikunu pprojbiti.

2. Min jimpjega għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallix persuni li jkunu jistgħu jikkontaminaw il-prodotti tal-ħut milli jaħdmu fuqhom u jmissuhom, sakemm ikun hemm evidenza li dawn il-persuni jistgħu jagħmlu hekk mingħajr ebda riskju.

Meta jsir l-ingaġġ ta’ l-impieg, kwalunkwe persuna li taħdem fuq u li tmiss il-prodotti tal-ħut għandha tkun meħtieġa li tipprova, b’ċertifikat mediku, li m’hemm l-ebda impediment għal dan l-impjieġ. Is-superviżjoni medika ta’ persuna bħal din għandu jkun irregolat bil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat jew fil-kas ta’ pajjiżi terzi bi garanziji speċifiċi stabbiliti permezz tal-proċedura elenkata fl-Artikolu 15.

IL-KAPITOLU IV

KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TQANDIL TAL-PRODOTTI TAL-ĦUT FUQ IX-XATT

I. Kondizzjonijiet għall-prodotti friski

1. Meta mkessħin, il-prodotti li ma jkunux ippakkjati ma jkunux mibgħuta, ippreparati jew ipproċessati immedjatament wara li jaslu għand l-istabbiliment, għandhom ikunu maħżuna jew eżebiti fuq is-silġ fil-kamra kiesħa ta’ l-istabbiliment. Tiġdid tas-silġ għandu jitwettaq kull meta jkun meħtieġ; is-silġ użat, bil- jew mingħajr melħ, għandu jkun magħmul minn ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif u għandu jkun maħżun skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi f’reċipjenti pprovduti għal dak l-iskop; reċipjenti bħal dawn għandhom jinżammu nodfa u f’stat tajjeb ta’ tiswijja. Prodotti friski ppakkjati minn qabel iridu jkunu mkessħin bis-silġ jew b’impjant ta’ refriġerazzjoni mekkanika li joħloq kondizzjonijiet simili tat-temperatura.

2. Jekk ma jitwettqux abbord, operazzjonijiet bħalma huma l-qtugħ tar-ras u t-tneħħija tal-garġi jridu jsiru b’mod iġjeniku. Il-prodotti għandhom jinħaslu sewwa b’ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif immedjatament wara operazzjonijiet bħal dawn.

3. Operazzjonijiet bħal ma huma t-tqattigħ f’filletti u l-qsim min-nofs għandhom isiru b’tali mod li jevitaw il-kontaminazzjoni jew il-ħsara tal-filletti u l-flieli, u f’post apparti minn dak użat għall-operazzjonijiet tal-qtugħ tar-ras jew tat-tneħħija tal-garġi. Filletti u flieli m’għandhomx jibqgħu fuq l-imwejjed tax-xogħol aktar milli hu meħtieġ għall-preparazzjoni tagħhom. Filletti u flieli li jkunu sejrin jinbiegħu friski għandhom ikunu mkessħin malajr kemm jistgħu jkun wara l-preparazzjoni.

4. Il-garġi u l-partijiet li jistgħu jikkonstitwixxu perikolu għas-saħħa pubblika għandhom ikunu isseparati minn u jitneħħew mill-viċinanza tal-prodotti intenzjonati għall-konsum uman.

5. Il-kontenituri użati għal konsenja jew għal ħażna tal-prodotti tal-ħut friski għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jassiguraw kemm il-protezzjoni tagħhom mill-kontaminazzjoni u wkoll il-preżervazzjoni tagħhom skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi sufiċċjenti u, aktar partikolarment, għandhom jipprovdu skular adegwat ta’ l-ilma mdewweb.

6. Sakemm faċiltajiet speċjali jkunu pprovduti għat-tneħħija kontinwa ta’ skart, dan l-aħħar għandu jitqiegħed f’kontenituri mgħottija li ma jqattrux, li jitnaddfu u li jkunu ddiżinfettati faċilment. Skart m’għandux jitħalla jakkumula fil-postijiet tax-xogħol. Għandu jitneħħa jew kontinwament jew malli l-kontenituri jimtlew u mill-inqas fl-aħħar ta’ kull jum tax-xogħol fil-kontenituri jew lejn il-bini li hemm referenza dwaru fil-Kapitolu III, it-taqsima I, il-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness. Il-kontenituri, ir-reċipjenti u/jew il-bini mwarrab għall-iskart għandu jkun dejjem imnaddaf kompletament u, jekk xieraq, iddiżinfettat wara l-użu. Skart maħżun hemmhekk m’għanduz jikkonstwixxi sorsi ta’ kontaminazzjoni għall-istabbiliment jew ta’ tniġġis għall-ambjent ta’ madwaru.

II. Kondizzjonijiet għall-prodotti ffrizati

1. L-Impjanti għandhom ikollhom:

(a) apparat tal-friza qawwi biżżejjed biex jilħaq tnaqqis rapidu fit-temperatura sabiex it-temperaturi stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jinkisbu fil-prodott;

(b) tgħamir tal-friza qawwi biżżejjed li jżomm il-prodotti fi kmamar tal-ħażna f’temperatura li ma teċċedix dawk stabbiliti f’ din id-Direttiva, independentament mit-temperatura ambjentali li tista tkun.

B’dankollu, għal raġunijiet tekniċi rrelatati mal-metodu ta’ l-iffrizar u mat-tqandil ta’ dawn il-prodotti, il-ħut sħiħ iffrizat fis-salmura u intenzjonat biex jitqiegħed fil-landi, temperaturi aktar għoljin minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva huma aċċettabbli għalkemm ma jistgħux jeċċedu aktar minn - 9oC.

2. Prodotti tal-ħut li għandhom ikunu ffrizati jew iffrizati-malajr għandhom ikunu konformi mal-ħtiġijiet tat-taqsima I ta’ dan il-Kapitolu.

3. Kmamar tal-ħażna għandhom ikollhom apparat li jirrikordja t-temperatura f’post fejn ikun jista’ jinqara faċilment. Is-sensor tat-temperatura tar-recorder għandu jkun illokaliżżat fiż-żona l-aktar il bogħod mis-sorsi tal-kesħa, jiġifieri fejn it-temperatura fil-kamra tal-ħażna hi l-aktar għolja.

Grafika tat-temperatura għandha tkunu disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet ta’ supervisjoni mill-inqas matul il-perjodu li fih il-prodotti jkunu maħżuna.

III. Kondizzjonijiet għad-dewbien tal-prodotti

L-istabbilimenti li jwettqu l-operazzjoni tat-tidwib għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet segwenti:

1. prodotti tal-ħut iridu jdubu skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi; il-kontaminazzjoni tagħhom għandha tkun evitata u jrid ikun hemm skular biżżejjed għall-ilma mdewweb li jirriżulta.

Waqt li jkun iseħħ id-dewbien, it-temperatura tal-prodotti ma tridx tizdied eċċessivament;

2. wara li jdubu, il-prodotti tal-ħut għandhom jitqandlu skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Meta jkunu ppreparati jew ipproċessati, dawn l-operazzjonijiet għandhom jittwettqu mingħajr dewmien. Jekk jitpoġġew direttament fuq is-suq, partikolari dwar l-istat tad-dewbien tal-ħut għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq il-pakkett bi qbil ma’ l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar ir-resqien tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżantazzjoni u r-riklamar ta’ l-ikel [2].

IV. Kondizzjonijiet għall-prodotti pproċessati

1. Prodotti friski, iffrizati u mdewwba użati għall-ipproċessar għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tat-taqsimiet I jew II ta’ dan il-Kapitolu.

2. Meta t-trattament ta’ l-ipproċessar isir biex iwaqqaf l-iżvilupp tal-mikro-organizmi patoġeniċi, jew jekk hu fattur sinifikanti fil-preżervazzjoni tal-prodotti, it-trattament għandu ikun rikonoxut xjentifikament bil-liġi fis-seħħ, jew fil-każ tat-trattament tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-Kapitolu I it-taqsima 1(b) u (ċ) tad-Direttiva 91/492/KEE li ma kienux mibgħuta jew ippurifikati, trattament bħal dan għandu jkun approvat, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, fi żmien erba’ xhur mill-wasla ta’ talba minn Stat Membru.

Il-persuna responsabbli għall-istabbiliment għandha żżomm reġistru ta’ l-ipproċessar imwettaq. Jiddependi fuq it-tip tal-proċess użat, ħin tat-tisħin u t-temperatura, il-kontenut tal-melħ, il-pH, il-kontenut ta’ l-ilma, eċċ., għandhom ikunu mmonitorjati u kkontrollati. Reġistri għandhom jinżammu mill-anqas għat-tul tal-ħażna tal-prodotti u għandhom ikun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

3. Għall-prodotti li huma ppreservati għall-perjodu llimitat bit-trattament bħal ma hu bil-melħ, bid-duħħan, bit-tnixxif jew bl-immarinat, il-kondizzjonijiet xierqa għall-ħażna għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq il-pakkett, bi qbil mad-Direttiva 79/112/KEE.

B’żieda, il-kondizzjonijiet segwenti jenħtieġ li jkun hemm konformità magħhom.

4. Tqegħid fil-bottijiet

Fil-kas ta’ prodotti tal-ħut li kienu ġew suġġetti għall-isterilizzazzjoni f’kontenituri ssiġġilati ermetikament:

(a) l-ilma użat għall-preparazzjoni tal-bottijiet għandu jkun ilma tax-xorb;

(b) il-proċess użat għat-trattament tas-sħana għandu jkun xieraq, wara li kkunsidraw kriterja ewlenija bħal ma hu l-ħin tas-sħana, it-temperatura, il-mili, id-daqs tal-kontenituri, eċċ., li rekord tagħhom għandu jinżamm; it-trattament ta’ sħana għandu jkun kapaċi li jeqred jew jagħmel inattivi organizmi patoġeniċi u l-ispori tal-mikro-organizmi patoġeniċi. L-apparat tas-sħana għandu ikun mgħammar b’meżżi biex jivverifikaw jekk il-kontenituri ikunux fil-fatt għaddew minn trattament xieraq tas-sħana. Ilma tax-xorb għandu jkun użat biex ikessaħ il-kontenituri wara t-trattament tas-sħana, mingħajr preġudizzju għall-preżenza ta’ xi additivi kimikali użati bi qbil mal-prattika teknoloġika tajba biex ma jħallux li jsaddad it-tagħmir u l-kontenituri;

(ċ) aktar kontrolli għandhom jittwettqu b’mod bl-ebda regola partikolari mill-fabbrikant biex jassigura li l-prodotti pproċessati jkun għaddew minn trattament ta’ sħana xieraq, viz.:

- testijiet ta’ l-inkubazzjoni: inkubazzjoni trid issir fi 37oC għal sebat ijiem jew fi 35oC għal għaxart ijiem, jew f’xi kombinazzjoni ekwivalenti oħra;

- ezaminazzjoni mikrobioloġika tal-kontenut u tal-kontenituri fil-laboratorju ta’ l-istabbiliment jew f’laboratorju approvat ieħor;

(d) kampjuni għandhom jittieħdu tal-produzzjoni ta’ kull jum f’intervalli predeterminati, sabiex jassiguraw l-effiċjenza tas-siġillar. Għal dak l-iskop, tagħmir xieraq għandu jkun disponibbli għall-eżaminazzjoni ta’ medda varja tas-siġillar tal-bottijiet;

(e) kontrolli għandhom jitwettqu sabiex jassiguraw li l-kontenituri ma jiġrilhomx ħsara;

(f) il-kontenituri kollha li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana taħt prattikament kondizzjonijiet identiċi għandhom jingħataw marka ta’ l-identifikazzjoni tal-grupp, bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartienu l-oġġetti ta’ l-ikel [3].

5. Trattazzjoni bid-duħħan

It-trattament bid-duħħan għandu jitwettaq f’bini separat jew f’postijiet speċjali mgħammra, jekk meħtieġ, bi sistema ta’ ventilazzjoni biex ma tħalliex id-duħħan u s-sħana mill-kombustjoni milli taffettwa il-bini l-ieħor jew il-postijiet fejn il-prodotti tal-ħut ikunu ppreparati, ipproċessata jew maħzuna.

(a) Materjali użata biex jipproduċi duħħan għat-trattament bid-duħħan tal-ħut għandhom ikunu maħżuna’ il bogħod mill-post tat-trattament bid-duħħan u għandhom ikunu użati b’tali mod li ma jikontaminawx il-prodotti.

(b) Materjali użati biex jipproduċu duħħan mill-ħruq ta’ l-injam li kien ġie miżbugħ, mogħti l-verniċ, inkollat jew li kien għadda minn xi trattament ta’ preżervazzjoni kimikali għandu jkun ipprojbit.

(ċ) Wara t-trattament bid-duħħan, il-prodotti għandhom jitbierdu malajr għat-temperatura meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom qabel ma jkunu ppakkjati.

6. Tmelliħ

(a) Operazzjonijiet tat-tmelliħ għandhom iseħħu f’bini differenti u mbiegħda biżżejjed mill-bini ta’ fejn jitwettqu l-operazzjonijiet l-oħra.

(b) Melħ użat fit-trattament tal-prodotti tal-ħut irid ikun nadif u maħżun b’tali mod li jipprekludi l-kontaminazzjoni. Ma jistax jerġa jkun użat.

(ċ) Xi kontenitur użat għat-tmelliħ jew għal trattament bis-salmura għandu jkun magħmul b’tali mod li jipprekludi l-kontaminazzjoni matul it-tmelliħ jew l-ipproċessar bis-salmura.

(d) Kontenituri jew żoni użati għat-trattament bil-melħ jew għal trattament bis-salmura għandhom jitnaddfu qabel l-użu.

7. Krustaċej u molluskoli (frott tal-baħar) imsajrin

Kristaċej u molluskoli (frott tal-baħar) għandhom jissajru kif ġej:

(a) xi tisjir irid ikun segwit minn tberrid rapidu. L-ilma użat għall-dan l-iskop għandu jkun ilma tax-xorb jew ilma tal-baħar nadif. Jekk ebda metodu ta’ preżervazzjoni ma jintuża, it-tberrid għandu jkompli sakemm it-temperatura li tavviċina dik tas-silġ idub tkun milħuqha;

(b) ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa għandu jsir skond il-kondizzjonijiet iġjeniċi li jevitaw il-kontaminazzjoni tal-prodott. Meta l-operazzjonijiet bħal dawn isiru b’idejn, il-ħaddiema għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħasil ta’ l-idejn u ta’ l-uċuħ kollha tax-xogħol għandhom jitnaddfu sewwa. Jekk jintużaw magni, dawn għandhom jittnaddfu f’intervalli ta’ spiss u ddiżinfettati wara kull jum tax-xogħol.

Wara l-ħruġ mill-qorxa jew il-ħruġ mil-fosdqa, prodotti msajra għandhom immedjatament ikunu ffriżati jew jinżammu kesħin f’temperatura li tipprekludi t-tkabbir ta’ patoġeni, u jkunu maħżuna f’bini addattat;

(ċ) kull fabbrikant għandu jwettaq il-kontrolli mikro-bioloġiċi fuq il-produzzjoni tiegħu f’intervalli regolari, li jkunu konformi man-numri li għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-Kapitolu V, it-taqsima 4 ta’ dan l-Anness.

8. Laħam tal-ħut irkuprat mekkanikament

L-ikupru mekkaniku tal-laħam tal-ħut għandu jitwettaq skond il-kondizzjonijiet segwenti:

(a) irkupru mekkaniku ta’ ħut imdaddaf mil-garġi għandu jseħħ mingħajr dewmien żejjed wara li jkun imqatta’ f’filletti, bl-użu materjali ħielsa mill-garġi. Meta ħut sħiħ ikun użat, dawn għandhom ikunu mnaddfa mill-garġi u maħsula minn qabel;

(b) il-makkinarju għandu jkun mnaddaf f’intervalli ta’ spiss u mill-inqas kull sagħtejn;

(ċ) wara l-ikupru, il-laħam irkuprat mekkanikament għandu ikun iffrizat malajr kemm jista’ jkun jew inkorporat fil-prodott intenzjonat għall-iffriżar jew għat-trattament ta’ stabbilizzazzjoni.

V. Kondizzjonijiet li jikonċernaw il-parrasiti

1. Matul il-produzzjoni u qabel ma jkunu rilaxxati għall-konsum uman, ħut u prodotti tal-ħut għandhom ikunu suġġetti għall-ispezzjoni viżwali għall-iskop li jintgħarfu u jitneħħew xi parasiti li huma viżibbli.

Ħut jew partijiet tal-ħut li huma ovvjament infesstati bil-parrasiti, u li jitneħħew, m’għandhomx jitpoġġew fuq is-suq għall-konsum uman.

Ir-regoli dettaljati għall-din l-ispezzjoni għandhom ikun addottata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, fuq proposta mill-Kummissjoni li għandha tkun sottomessa qabel l-1 ta’ Ottubru 1992.

2. Il-ħut u l-prodotti tal-ħut li hemm referenza dwarhom fil-punt 3 li għandhom ikunu kkunsmati kif inhuma għandhom, b’żieda, ikunu suġġetti għall-iffriżar f’temperatura ta’ mhux aktar minn - 20oC fil-partijiet kollha tal-prodott għal mhux anqas minn 24 siegħa. Prodotti suġġetti għall-ipproċessar ta’ l-iffriżar għandhom ikunu jew nejjin jew imħejjija.

3. Ħut u prodotti suġġetti għall-kondizzjonijiet fil-punt 2:

(a) ħut li jkun sejjer jittiekel nej jew kważi nej, eż. aringi nejja "maatje";

(b) l-ispeċi segwenti, jekk ikunu sejrin jgħaddu minn proċess ta’ duħħan kiesaħ li fih it-temperatura interna tal-ħut tkun anqas minn 60oC:

- aringi,

- kavalli,

- sardin,

- salmun (ferjali) mill-Atlantiku u mill-Paċifiku;

(ċ) immarinat u/jew aringi mmelħa meta dan il-proċess ma jkunx biżżejjed biex jiddistruġġi d-dud tan-nematodi.

Din il-lista għandha tkun emendata, fid-dawl tad-dettalji xjentifiċi, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva. Bi qbil ma l-istess proċedura, kriterja għandha tkun stabbilita li tiffaċċiliżża l-proċess li hu meqjus biżżejjed jew mhux biżżejjed biex jiddistruġġi n-nematodi li għandhom ikunu definiti.

4. Fabbrikanti għandhom jassiguraw li l-ħut u l-prodotti tal-ħut elenkati fil-punt 3 jew il-materji nejjin użati fil-manifattura tagħhom ikunu suġġetti għat-trattament deskritt fil-punt 2, qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum.

5. Il-prodotti tal-ħut elenkati fil-punt 3 għandhom, meta jitpoġġew fuq is-suq, ikunu akkompanjati minn dokument mill-manifattur li jistqarr it-tip tal-proċess li jkunu għaddew minnu.

IL-KAPITOLU V

KONTROLL TAS-SAĦĦA U MONITORAĠĠ TAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI

I. Monitoraġġ ġenerali

L-arranġamenti għall-kontrolli u l-monitoraġġ għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jistabbilixxu jekk il-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva jkun hemm konformità magħhom.

Arranġamenti bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

1. kontroll fuq id-dgħajjes tas-sajd, fuq il-ftehim li kontroll bħal dan jista’ jitwettaq meta jkunu fil-port;

2. kontroll fuq il-kondizzjonijiet tal-ħatt u ta’ l-ewwel bejgħ;

3. ispezzjoni f’intervalli regolari ta’ stabbilimenti biex jivverifikaw, partikolarment:

(a) jekk il-kondizzjonijiet għal approvazzjoni jkunux għadhom imwettqa;

(b) jekk il-prodotti tal-ħut ikunu imqandla b’mod korrett;

(ċ) l-indafa tal-bini, l-faċiltajiet u l-instrumenti ta’ l-iġenje tal-persunal;

(d) jekk marki ta’ identifikazzjoni ikunu tpoġġew b’mod korrett;

4. l-ispezzjoni tas-swieqi bl-ingrossa jew bl-irkant;

5. kontrol fuq il-ħażna u kondizzjonijiet tat-trasport.

II. Kontrolli speċjali

1. Kontrolli organoleptiċi

Mingħajr preġudizzju għad-derogi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 103/76 tad-19 ta’ Jannar 1976 li jistabbilixxu n-normi komuni ta’ kummerċ għal ċertu ħut frisk jew imkessaħ [4], kull grupp ta’ prodotti tal-ħut għandhom jiġu sottomessi għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti fil-ħin tal-ħatt jew qabel l-ewwel bejgħ biex jivverifikaw jekk ikunu tajba għall-konsum uman. Din l-ispezzjoni tikkonsisti fil-kontroll organoleptiku mwettaq mill-kampjuni.

Prodotti tal-ħut li jkunu konformi, sal-limitu li l-kriterja tal-freskezza tkun ikkonċernata, man-normi komuni tal-kummerċ diġà stabbiliti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 ikunu meqjusa li jwettqu l-ħtiġiet organoleptiċi meħtieġa għal konformità mal-provvedimenti ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ, bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, tistabbilixxi l-ħtiġiet organoleptiċi speċifiċi għall-prodotti tal-ħut mhux armoniżżati permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81.

L-eżaminazzjoni organoleptika għandha tkun irripetuta wara l-ewwel bejgħ tal-prodotti tal-ħut, jekk jinstab li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma kienx hemm konformità magħhom jew meta jkunu meqjusa meħtieġa. Wara l-ewwel bejgħ, il-prodotti tal-ħut għandhom ikunu konformi mill-anqas mall-ħtiġiet tal-freskezza minima tar-Regolament imsemmi qabel.

Jekk l-eżaminazzjoni organoleptika tiżvela li l-prodotti tal-ħut ma jkunux tajba għall-konsum uman, miżuri għandhom jittieħdu biex jitneħħew mis-suq u denaturaliżżati b’tali mod li ma jistgħux jintużaw mill-ġdid għall-konsum uman.

Jekk l-eżaminazzjoni organoleptika tiżvela xi dubju rigward il-freskezza tal-prodotti tal-ħut, użu jista’ jsir tal-kontrolli kimiċi jew l-analiżi mikrobioloġiċi.

2. Kontrolli tal-parrasiti

Qabel ma jkunu rilaxxati għall-konsum uman, il-ħut u l-prodotti tal-ħut għandhom ikunu suġġetti għall-inspezzjoni viżiva, permess ta’ kampjun, għall-iskop li jkunu skoperti xi parasiti li huma viżibbli.

Ħut jew partijiet mil-ħut li huma ovvjament infettati b’parasiti, u li jitneħħew, m’għandhomx jitqiegħdu fuq is-suq għall-konsum uman.

Ir-regoli dettaljati għal din l-ispezzjoni għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

3. Kontrolli kimiċi

A. Kampjuni għandhom jittieħdu u suġġetti għall-analiżi tal-laboratorju għall-kontroll tal-parametri segwenti:

(a) TVB-N (Nitroġenu Bażiku Totalment Volatili) u TMA-N (Nitroġenu-Trimethylamine)

Il-livelli ta’ dawn il-parametri għandhom ikunu speċifikati għal kull kategorija ta’ l-ispeċi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva.

(b) Ħistamin

Disa’ kampjuni għandhom jittieħdu minn kull grupp. Dawn għandhom jilħqu l-ħtiġiet segwenti:

- il-medja tal-valur m’għandiex teċċedi 100 ppm;

- żewġ kampjuni jistgħu jkollhom valur ta’ aktar minn 100 ppm imma mhux anqas minn 200 ppm;

- l-ebda kampjun ma jista’ jkollu valur li jeċċedi 200 ppm.

Dawn il-limiti japplikaw biss għall-ispeċi ta’ ħut mill-familji li ġejjin: Scombridae u Clupeidae. B’dankollu, ħut li jappartieni lil dawn il-familji li jkunu għaddew minn trattament ta’ maturità bl-enzimi fis-salmura jista’ jkollu livelli ta’ ħistamin aktar għoljin imma mhux aktar minn darbtejn tal-valuri ta’ fuq. Eżaminazzjonijiet għandhom isiru bi qbil ma metodi ta; min joqgħod fuqhom xjentifikament rikonoxuti, bħal m’hu likwidu kromatografiku (HPLC) ta’ mġieba-għolja.

B. Kontaminanti preżenti fl-ambjent akwatiku

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-ilma, u partikolarment dawk li jikkonċernaw it-tniġġis ta’ ambjent akwatiku, prodotti tal-ħut m’għandhomx ikollhom fil-partijiet tagħhom li jittieklu l-kontaminanti preżenti fl-ambjent akwatiku bħalma huma metalli tqal u sustanżi organoklorinati f’livell tali li d-dħul ikkalkolat fid-dieta jeċċedi l-ammont ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa għall-bnedmin.

Sistema ta’ monitoraġġ għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri biex jivverifikaw il-livell tal-kontaminazzjoni tal-prodotti tal-ħut.

C. Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, dan li ġej għandu jkun deċiż mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992:

(a) il-metodi ta’ l-analiżi li għandhom jintużaw għall-verifika tal-parametri kimiċi, kif ukoll il-pjanijiet għall-kampjunar;

(b) il-livelli aċċettabbli għall-parametri kimiċi.

4. Analiżi mikrobioloġiċi

Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, kriterja mikrobioloġika, inklużi l-pjanijiet tal-kampjunar u l-metodi ta’ l-analiżi, għandhom ikunu stabbiliti meta hemm il-ħtiġa tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-Kummissjoni għandha, għal dan il-għan, tippreżenta proposti xierqa għall-miżuri sa l-1 ta’ Ottubru 1992.

IL-KAPITOLU VI

IMBALLAĠĠ

1. L-imballaġġ għandu jitwettaq skond il-kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ l-iġjene, biex jipprekludi l-kontaminazzjoni tal-prodotti tal-ħut.

2. Il-materjali ta’ l-imballaġġ u l-prodotti li aktarx li jkollhom kuntatt ma’ prodotti tal-ħut għandhom ikunu konformi mar-regoli kollha ta’ l-iġjene, u partikolarment:

- ma jridux ikunu tali hekk li jħassru l-karatteristiċi organoleptiċi tal-prodotti tal-ħut;

- ma jridux ikunu kapaċi li jittrasmettu lejn il-prodotti tal-ħut sostanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa umana;

- iridu jkunu b’saħħithom biżżejjed biex jipproteġu adegwatament il-prodotti tal-ħut.

3. Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kontenituri magħmula minn materjal lixx u reżistenti għas-sadid li jistgħu jkunu imnaddfa u ddiżinfettati b’mod faċli, li jista’ jintużaw mill-ġdid wara li jitnaddfu u li jkunu ddiżinfettati, materjali ta’ l-imballaġġ ma jistgħux jintużaw mill-ġdid. Materjali ta’ l-imballaġġ użati għall-prodotti friski li jinżammu fis-silġ għandhom jipprovdu skular adegwat għall-ilma li jdub.

4. Materjali ta’ l-imballaġġ mhux użati għandhom ikunu maħżuna f ’bini ’l bogħod miż-żona tal-produzzjoni u jkunu protetti mit-trab u l-kontaminazzjoni.

IL-KAPITOLU VII

MARKI TA’ L-IDENTIFIKAZZJONI

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 79/112/KEE, għandu jkun possibbli li jkunu ntraċċati għall-iskopijiet ta’ l-ispezzjoni, l-istabbiliment tal-forniment tal-konsenji tal-prodotti tal-ħut, permess ta’ jew l-ittikkettjar jew tad-dokumenti li jakkompanjawħ. Għall-dak l-iskop, l-informazzjoni li ġejja trid tidher fuq il-pakkett jew fid-dokumenti li jakkompanjawħ:

- il-pajjiż tal-forniment;

- l-identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment bin-numru uffiċjali approvat jew, fil-kas ta’ reġistrazzjoni separata tas-swieq bl-irkant jew bl-ingrossa kif stabbilit fl-Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu ta’ din di-Direttiva, in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-suq ta’ l-irkant jew tal-bejgħ bl-ingrossa.

IL-KAPITOLU VIII

ĦAŻNA U TRASPORT

1. Prodotti tal-ħut għandhom, waqt il-ħażna u t-trasport, jinżammu fit-temperaturi stabbiliti f’din id-Direttiva u partikolarment:

- prodotti tal-ħut friski jew imdewwba u krustaċej u molluskoli (frott tal-baħar) imsajra u mkessħa għandhom jinżammu fit-temperatura tas-silġ idub;

- prodotti tal-ħut iffrizati, bl-eċċezzjoni ta’ ħut iffrizat fis-salmura intenzjonat għall-manifattura ta’ l-ikel fil-bottijiet, għandu jinżamm f’temperatura kontinwa ta’ - 18oC jew inqas fil-partijiet kollha tal-prodott, bit-tħollija għall-possibbilta ta’ ċaqlieq’ il fuq qosra ta’ mhux aktar minn 3oC, matul it-trasport;

- prodotti pproċessati għandhom jinżammu fit-temperaturi speċifikati mill-manifattur, meta ċ-ċirkostanzi hekk jenħtieġu, li jkunu preskritti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva.

2. Meta prodotti ffriżati tal-ħut ikunu ttrasportati minn impjant ta’ ħażna fil-friża lejn stabbiliment approvat biex jiddewbu mal-wasla għall-iskopijiet tal-preparazzjoni u/jew ta’ l-ipproċessar u meta d-distanza koperta tkun qasira, li ma teċċedix il-50 km jew vjaġġ ta’ siegħa, l-awtorità kompetenti tista’ tati deroga mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1, it-tieni subinċiż.

3. Prodotti ma jistgħux ikunu maħżuna jew ittrasportati ma’ prodotti oħra li jistgħu jikkontaminawhom jew jaffettwaw l-iġjene tagħhom, sakemm dawk ikunu ppakkjati b’mod li jipprovdi protezzjoni sodisfaċenti.

4. Vetturi użati għat-trasport tal-prodotti tal-ħut għandhom ikunu kostrutti u mgħammra b’tali mod li t-temperaturi stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jinżammu matul il-perjodu tat-trasport. Jekk silġ ikun użat biex ikessaħ il-prodotti, skular addattat għandu jkun ipprovdut sabiex jassigura li l-ilma minn silġ idub ma jibqax f’kuntatt mal-prodotti. L-uċuħ ta’ ġewwa tal-meżżi tat-trasport għandhom ikunu mħejjija b’tali mod hekk li ma jaffettwawx b’mod ħażin il-prodotti tal-ħut. Iridu jkunu lixxi u faċli biex jitnaddfu u li jkunu ddiżinfettati.

5. Meżżi tat-trasport użati għall-prodotti tal-ħut ma jistgħux jintużaw għat-trasport ta’ prodotti oħrajn li x’aktarx iħassru jew jikkontaminaw il-prodotti tal-ħut, minbarra meta l-prodotti tal-ħut jistgħu jkunu ggarantiti bħala li mhumiex ikkontaminata bħala riżultat li dak it-trasport ikun imnaddaf sewwa u ddiżinfettat kompletament.

6. Prodotti tal-ħut ma jistgħux jkunu ttrasportati f’vettura jew kontenitur li ma jkunx nadif jew li messu kien ġie ddiżinfettat.

7. Il-kondizzjonijiet tat-trasport tal-prodotti tal-ħut li jkunu sejrin jitpoġġew ħajjin fuq is-suq ma jridux jaffettwaw ħazin il-prodotti.

IL-KAPITOLU IX

PUNTI TA’ L-ANNESS I LI JISTGĦU JKUNU SUĠĠETTI GĦAD-DEROGI U KUNDIZZJONIJIET POSSIBBLI APPLIKABBLI FIL-KAS TA’ DEROGI

Re l-Kapitolu 1, il-Parti 1 ta’ l-Anness

1. Punt 1(a)

basta li l-prodotti provduti jkunu protetti mix-xemx u l-elementi u minn xi sorsi ta’ ħmieġ jew kontaminazzjoni.

2. Punt 1(ċ)

basta li xi kontaminazzjoni tal-prodotti tkun prevenuta.

3. Punt 1(d), l-ewwel sentenza

basta li l-prodotti mħejjija jkunu maħżuna abord fit-temperatura meħtieġa.

4. Punt 1(g), l-aħħar sentenza

basta li l-prodotti ma jistgħux jiġu kkontaminati mill-iskart ta’ l-ilma, skart jew mit-tkessiħ tal-magna.

5. Punt 1(h)

basta li l-persunal li jqandel il-prodotti tal-ħut ikunu jistgħu jaħslu idejhom wara juzaw it-tojlit.

6. Punt 2(a)

basta li l-art tkum imnaddfa sewwa u ddiżinfettata.

7. Punt 2(b), (ċ) u (d)

8. Punt 2(g) dwar il-viti u x-xugamani

9. Punt 3

basta li t-tagħmir u l-għodda jinżammu f’kondizzjoni tajba.

Re il-Kapitolu II ta’ l-Anness

10. Punt 3(a)

basta li l-ħitan jinżammu nodfa.

11. Punt 3(b)

basta li l-art tinżamm nadifa wara kull bejgħ.

12. Punt 3(ċ), l-ewwel sentenza

13. Punt 3(e): vettura li jarmu d-dħaħen

basta li l-prodotti kkontaminati mid-dħaħen tal-vetturi jitneħħew mis-suq.

14. Punt 3(j)

basta li l-prodotti li ma jkunux tajbin għall-konsum uman ma jistgħux jikkontaminaw jew jitħalltu mal-prodotti tal-ħut.

15. Punt 3(k)

16. Punt 7

sakemm din tirreferi għall-punt 3 ta’ l-istess Kapitolu u l-punt 10 tal-Kapitolu III, it-taqsima I.

Re il-Kapitolu III il-Parti I ta’ l-Anness

17. Punt 1

basta li l-prodotti mħejjija ma jistgħux jiġu kkontaminati minn materjali nejjin jew skart.

18. Punt 2(a)

basta li l-art titnaddaf u tkun iddiżinfettat kif xieraq.

19. Punt 2(b)

basta li l-ħitan jinżammu ndaf.

20. Punt 2(ċ)

basta li s-saqaf ma jkunx sors ta’ kontaminazzjoni.

21. Punt 2(d)

22. Punt 2(e)

basta li l-prodotti ma jistgħux ikunu mħassra jew ikkontaminati mill-fwar.

23. Punt 2(g)

basta li jkun hemm faċilitajiet disponibbli għall-persunal biex jaħslu idejhom.

24. Punt 3

25. Punt 5

sakemm din tirrelata għall-materjali reżistenti għas-sadid basta li l-istrumenti u t-tagħmir tax-xogħol jinzammu ndaf.

26. Punt 6

basta li l-prodotti ma jistgħux jiġu kkontaminati bi skart jew tnixxija minnhom.

27. Punt 10

Re il-Kapitolu IV ta’ l-Anness

28. Parti I, punt 1

fir-rigward tal-ħtieġa għall-prodotti li jinżammu biex jitqiegħdu f’ ħażna tal-friża ta’ l-istabbiliment basta li l-prodotti jkunu mkessħin mill-ġdid kull meta jkun meħtieġ matul perjodu li ma jeċċedix it-12-il siegħa jew li kamra tal-friża fil-qrib li ma tappartienix lill-istess stabbiliment tkun tista tintuża.

29. Parti I, punt 6

fir-rigward tal-ħtieġa għall-iskart li jitpoġġa f’kontenituri mgħottija li ma jqattrux basta li l-prodotti ma jistgħux ikunu kkontaminati minn skart jew minn ħruġ minnhom.

30. Parti IV, punt 5, l-ewwel paragrafu

basta li kull prekawzjoni tittieħed biex tipprevieni l-prodotti tal-ħut li jkunu qegħdin jiġu mħejjija jew maħżuna milli jkunu affettwati mid-duħħan.

31. Parti IV, punt 6(a)

basta li l-prodotti tal-ħut li jkunu qegħdin jiġu mħejjija jew maħżuna ma jkunux affettwata mill-operazzjonijiet tat-tmelliħ.

[1] ĠU L 229, tat-30.9.1980, p. 11. Id-Direttiva l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adezzjoni 1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 218).

[2] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/72/KEE (ĠU L 42, tas-16.1.1991, p. 22).

[3] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21.

[4] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 29. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 33/89 (ĠU L 5, tas-7.1.1989, p. 18).

--------------------------------------------------

Top