Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R3537

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3537/89 tas-27 ta’ Novembru 1989 dwar l-istadju kummerċjali li għalih jirreferi l-prezz medju tal-karkassi tal-majjal

    ĠU L 347, 28.11.1989, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2006; Imħassar b' 32006R1128

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/3537/oj

    31989R3537



    Official Journal L 347 , 28/11/1989 P. 0020 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0208
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0208


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3537/89

    tas-27 ta’ Novembru 1989

    dwar l-istadju kummerċjali li għalih jirreferi l-prezz medju tal-karkassi tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1249/89 [2] u b’mod partikolari Artikolu 4(6) tiegħu,

    Billi s-swieq rappreżentattivi jikkomprendu, għal kull pajjiż, is-swieq kollha elenkati fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 [3];

    Billi, skond Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, il-prezz medju mkejjel għall-karkassi tal-majjal fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità għandu jiġi stabbilit sabiex issir stima jekk is-sitwazzjoni fis-suq tkunx teħtieġ miżuri ta’ intervent;

    Billi, sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit dak il-prezz medju għall-karkassi tal-majjal, prezzijiet Komunitarji komparabbli għandhom ikunu disponibbli; billi, għal dan il-għan, kwalità waħda tal-karkassi tal-majjal li tkun tikkorrispondi mal-istandard ta’ kwalità msemmi f’Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u stadju li jkun definit b’mod ċar għandu jintuża; billi, minħabba li l-karkassi tal-majjal ġeneralment jinbiegħu waqt l-istadju tal-biċċerija, dak l-istadju għandu jkun dak li jiġi adottat;

    Billi l-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjal għandhom minn issa ’l quddiem jiġu stabbiliti mal-Komunità kollha billi tintuża l-iskala tal-Komunità għall-klassifika tal-karkassi tal-majjal kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3530/86 [5], u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 [6]; billi d-definizzjoni tal-kwalità standard skond Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 kienet ġiet simplifikata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1250/89 tat-3 ta’ Mejju 1989 li kien jiffissa l-prezz bażiku u l-livell tal-kwalità għall-majjali maqtula fil-perjodu bejn l-l ta’ Lulju 1989 u t-30 ta’ Ġunju 1990 [7]; billi, b’żieda ma’ dan, il-lista tas-swieq rappreżentattivi għal-laħam tal-majjal fil-Komunità, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 43/81 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE)Nru 3553/88 [9], kienet ġiet sostitwita b’dik fir-Regolament (KEE) Nru 2123/89; billi, għal dawk ir-raġunijiet, ir-regoli ta’ l-istadju kummerċjali li għalih il-prezz medju tal-karkassi tal-majjal jirreferi għandhom jiġu emendati;

    Billi għal-raġuni ta’ċarezza Regolament ġdid li jgħaqqad ir-regoli kollha dwar l-istadju tas- kummerċjali li għalih il-prezz medju tal-karkassi tal-majjal jirreferi għandu jiġi adottat; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/86 [10], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2847/87 [11], għandu b’hekk jitħassar;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġesstjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-prezz Komunitarju tas-suq tal-karkassi tal-majjal imsemmi f’Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet waqt id-dħul fil-biċċerija, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, imħallsa lill-provdituri ta’ majjali ħajjin.

    2. Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-valur tal-iskart u l-fdalijiet tal-annimali mhux proċessati u għandu jkun ikkwotat għal kull 100 kilo ta’ karkassi kiesħa tal-majjal:

    - preżentati skond il-preżentazzjoni tar-referenza stabbilita f’Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84,

    u

    - miżuna u klassifikati fuq il-ganċ tal-biċċerija, waqt li l-piż reġistrat jiġi konvertit f’piż tal-karkassa kiesħa skond il-metodi stabbiliti f’Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

    Artikolu 2

    1. Il-prezz tal-karkassa tal-majjal fi Stat Membru għandha tkun egwali għall-medja tal-kwotazzjonijiet tal-karkassi tal-majjal reġistrata fis-swieq jew fiċ-ċentri tal- kwotazzjoni ta’ dak l-Istat Membru elenkat fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2123/89.

    2. Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit billi jintużaw il-kwotazzjonijiet reġistrati waqt li jintiżnu l-karkassi:

    - 60 sa anqas minn 120 kilo ta’ grad U,

    - 120 sa anqas minn 180 kilo ta’ grad R.

    L-għażla tal-kategoriji tal-piż u kwalunkwe użin tagħhom għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri kkonċernati; dawn ta’ l-aħħar għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 3

    1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2342/86 qiegħed b’dan jitħassar.

    2. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2342/86 għandhom jiftiehmu bħala li jirreferu għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 129, tal-11.5.1989, p. 12.

    [3] ĠU L 203, tal-15.7.1989, p. 23.

    [4] ĠU L 301, ta’ l-20.11.1984, p. 1.

    [5] ĠU L 326, tal-21.11.1986, p. 8.

    [6] ĠU L 285, tal-25.10.1985, p. 39.

    [7] ĠU L 129, tal-11.5.1989, p. 14.

    [8] ĠU L 3, ta’ l-1.1.1981, p. 15.

    [9] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 4.

    [10] ĠU L 203, tas-26.7.1986, p. 18.

    [11] ĠU L 272, tal-25.9.1987, p. 12.

    --------------------------------------------------

    Top