This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0384
Council Directive 89/384/EEC of 20 June 1989 establishing the detailed procedures for carrying out checks to ensure that the freezing point of untreated milk laid down in Annex A of Directive 85/397/EEC is complied with
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE
ĠU L 181, 28.6.1989, p. 50–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 181 , 28/06/1989 P. 0050 - 0050
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0189
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0189
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE (89/384/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 85/397/KEE tal-5 ta’ Awissu 1985 dwar is-saħħa u problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw kummerċ intra-komunitarju f’ħalib trattat bis-sħana [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(6) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi Kapitolu VI, punt D tal-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE jindika li l-istandards li jridu jiġu mħarsa meta ħalib mhux trattat jidħol fl-istabbiliment tat-trattament jew fiċ-ċentru tal-ġbir jew standardizzazzjoni; Billi, sabiex jitħallew differenzi fil-ġbir, dispożizzjonijiet għandhom isiru dwar meta l-ispezzjoni dwar il-punt ta’ meta jiffriża tista’ titwettaq sabiex jiġi żgurat li dan ir-rekwiżit jiġi applikat uniformament, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet provduti fil-Kapitolu VI, punt D tal-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE, dwar il-punt li fih jiffriża il-ħalib mhux trattat huma mwettqa skond il-proċeduri dettaljati li ġejjin: 1. il-ħalib mhux trattat ta’ kull impriża irid jiġi spezzjonat regolarment bit-teħid ta’ kampjuni kif ġie ġie. Fejn il-ħalib ta’ impriża waħda huwa mwassal direttament lill-stabbiliment tat-trattament, dawn il-kampjuni iridu jittieħdu meta l-ħalib ikun miġbur mill-impriża bil-prekawzjonijiet meħuda madankollu li jiġi pprevjenut kull frodi matul it-trasport jew qabel il-ħatt fl-istabbiliment tat-trattament jew meta l-ħalib jiġi mwassal hemm direttament mill-bidwi. Jekk ir-riżultati ta’ spezzjoni jwasslu l-awtorità kompetenti biex tissuspetta li ġie miżjud l-ilma, għandha tieħu kampjun awtentiku fl-impriża. Kampjun awtentiku huwa kampjun li jirrapreżenta l-ħalib ta’ għodwa jew lejla waħda kompletament sorveljata li tibda mhux anqas minn ħdax il-siegħa jew aktar minn tlettax il-siegħa wara l-ħlib li sar qabel. Meta l-ħalib huwa mwassal minn impriżi diversi, kampjuni jistgħu jittieħdu biss meta l-ħalib mhux trattat jidħol fl-istabbiliment tat-trattament jew ċentru tal-ġbir jew standardizzazzjoni iżda bi spezzjonijiet fuq il-post mwettqa fl-impriżi. Jekk ir-riżultati fi spezzjoni juru li l-istandard stipulat fil-Kapitolu VI, punt D tal-Anness A lid- Direttiva 85/397/KEE ġie eċċedut, kampjuni għandhom jittieħdu f’ kull impriża li ħadet sehem fil-ġbir tal-ħalib mhux trattat in kwistjoni. Jekk neċessarju, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjuni awtentiċi fit-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-punt 1; 2. jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni juru li mhux minnu s-suspett li l-ilma ġie miżjud, il-ħalib mhux trattat jista jintuża sabiex jiġi prodott ħalib trattat bis-sħana. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1989. Għall-Kunsill Il-President C. Romero Herrera [1] ĠU L 226, ta’ l-24.8.1985, p. 13. [2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. --------------------------------------------------