Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3551

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3551/88 tal-14 ta’ Novembru 1988 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4088/87 li jiffissa l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali preferenzjali fuq importazzjonijiet ta’ fjuri li joriġinaw Ċipru, l-Iżrael u l-Ġordan

ĠU L 311, 17.11.1988, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3551/oj

31988R3551



Official Journal L 311 , 17/11/1988 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0167


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3551/88

tal-14 ta’ Novembru 1988

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4088/87 li jiffissa l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali preferenzjali fuq importazzjonijiet ta’ fjuri li joriġinaw Ċipru, l-Iżrael u l-Ġordan

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-trattat li jwaqqaf il-Komunita’ Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Protokoll addizzjonali li jinsab mal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunita’ Ekonomika Ewropea u l-Marokk jipprovdi illi dazji doganali preferenzjali għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunita ta’ ward u qronfol, fil-limitu ta’ tariffa ta’ kwota miftuħa għall-fjuri maqtugħin friski li jaqgħu fil-kodiċi NM 060310 li joriġinaw fil-Marokk; billi dawn il-vantaġġi ta’ tariffa japplikaw biss għall-importazzjonijiet li jikkonformaw ma’ ċerti kondizzjonijiet ta’ prezz;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 4088/87 [1] jipprovdi kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dazji doganali preferenzjali għall-importanzzjonijiet tal-imsemmija prodotti li joriġinaw f’Ċipru, fl-Iżrael u fil-Ġordan; Billi l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi estiża li tkun tkopri dawk il-fjuri li joriġinaw fil-Marokk;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

1. It-Titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta’ Diċembru 1987 li jiffissa l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali preferenzjali fuq importazzjonijiet ta’ fjuri li joriġinaw Ċipru, l-Iżrael u l-Ġordanu fil-Marokk"

;

2. F’Artikolu 1, "joriġinaw f’Ċipru, fl-Iżrael jew fil-Ġordan" huma sostitwiti bi "joriġinaw f’Ċipru, fl-Iżrael, fil-Ġordan jew fil-Marokk".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-protokoll addizzjonali li jinsab mal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Marokk.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Novembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. Pottakis

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1987, p. 22.

--------------------------------------------------

Top