This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31988R2580
Commission Regulation (EEC) No 2580/88 of 17 August 1988 laying down the rules for amending the list of rice varieties set out in Annex B to Regulation (EEC) No 3878/87
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2580/88 tas-17 ta'Awissu 1988 li jistipula r-regoli biex tkun emendata l-lista tal-varjetajiet tar-ross ippreżentata f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2580/88 tas-17 ta'Awissu 1988 li jistipula r-regoli biex tkun emendata l-lista tal-varjetajiet tar-ross ippreżentata f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87
ĠU L 230, 19.8.1988, p. 8–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/1988
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31988R2580R(01) | ||||
Corrected by | 31988R2580R(02) | ||||
Modified by | 31988R3939 | DATE artikolu 2.1 |
Official Journal L 230 , 19/08/1988 P. 0008 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0090
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2580/88 tas-17 ta'Awissu 1988 li jistipula r-regoli biex tkun emendata l-lista tal-varjetajiet tar-ross ippreżentata f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3878/87 tat-18 ta' Diċembru 1987 dwar l-għajnuna għall-produzzjoni ta' ċerti varjetajiet tar-ross [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1424/88 [2], u partikolarment Artikolu 2(3) tiegħu, Billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87 jistipula l-karatteristiċi morfoloġiċi meħtieġa biex varjetà tkun eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni; billi l-paragrafu 2 tal-istess Artikolu jipprovdi li mis-sena tal-promozzjoni tal-1988/89 l-ebda varjetà ma tikkwalifika għall-għajnuna jekk ma jkollhiex ċerti karatteristiċi kwalitativi rigward il-glutina, il-konsistenza u l-kontenut ta' amylose; Billi dawk il-karatteristiċi kwalitattivi għandhom jikkorrispondu ma’ dawk osservati fil-varjetajiet importati minn żoni li tradizzjonalment ikabbru r-ross Indica; Billi l-metodi tal-analiżi li għandhom jintużaw biex ikunu stabbiliti dawn il-karatteristiċi morfoloġiċi u kwalitattivi għandhom ikunu definiti; Billi l-proċedura biex tkun emendata l-lista tal-varjetajiet ippreżentata f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87 għandha tinkludi kontrolli kull sena li jinvolvu teħid tal-kampjuni biex jippermettu l-analiżi meħtieġa ta' varjetà li għandha ssir; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċerejali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. B'effett mis-sena tal-promozzjoni tal-1988/89, il-varjetajiet biss tar-ross eliġibbli għall-inklużjoni f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87 ikunu dawk li għandhom il-karatteristiċi morfoloġiċi preżentati f'Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' hawn fuq u l-karatteristiċi kwalitativi li ġejjin: - valur ta' glutina li ma jaqbiżx il-2,50 gcm, - valur ta' konsistenza ta' mhux anqas minn 0,85kg/ċm2, - kontenut ta' amylose ta' mhux anqas minn 21 %. 2. Il-metodi għall-eżami tal-karatteristiċi morfoloġiċi u kwalitativi tal-varjetajiet tar-ross huma stipulati f'Anness I. Artikolu 2 1. L-Istati Membri li jixtiequ li jkollhom varjetà eliġibbli tar-ross inkluża f'Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena, applikazzjoni li turi l-isem tal-varjetà u r-riferenza tagħha fil-katalogu nazzjonali tal-varjetajiet tal-pjanti agrikoli. 2. Wara li jagħmel applikazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istat Membru jibgħat lil wieħed biss mil-laboratorji mniżżla f'Anness II kampjun taż-żerriegħa bla qoxra ċertifikata ta' kull waħda mill-varjetajiet konċernati. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jindikaw sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-aktar tard liema laboratorju għandu jirċievi l-kampjun. Il-kampjun, li mill-anqas jiżen 5 kg, għandu jkun prodott matul dik is-sena f'waħda miż-żoni mniżżlin f'Anness A tar-Regolament (KEE) Nru 3878/87. Artikolu 3 1. Il-laboratorju responsabbli mill-ipproċessar tar-ross, wara li jwettaq l-eżamijiet tal-ġelbin u pproċessa r-ross, għandu jibgħat il-kampjuni bit-tikketta bil-kodiċi tal-laboratorji kollha mniżżla f'Anness II, u jibgħat lista tal-kodiċi u tal-informazzjoni li jikkorrispondu għaliha lill-Kummissjoni b'mod siġillat. 2. Kull kampjun mibgħut lil-laboratorji għall-analiżi jkun jikkonsisti minn mill-anqas 100 gramma ta' ross bil-qoxra, u mill-anqas 750 gramma ta' ross mitħun. Il-kampjuni jkunu jikkonsistu minn granelli sħaħ biss, u granelli sħaħ iżda ġibsi jitneħħew mill-kampjuni tar-ross mitħun. Artikolu 4 1. L-impjegati tal-Kummissjoni jistabbilixxu l-karatteristiċi tal-varjetajiet involuti bl-użu tal-medja aritmetika jew ir-riżultati tal-analiżi mwettqa, wara li jkunu esklużi l-ogħla u l-anqas figura. 2. Jekk jaslu żewġ applikazzjonijiet jew aktar għall-inklużjoni ta' varjetà waħda, il-karatteristiċi tagħha jkunu stabbiliti skond il-medja tar-riżultati tal-eżami, kif stipulat fil-paragrafu 1. 3. L-impjegati tal-Kummissjoni javżaw lill-Istati Membri bir-riżultati tal-analiżi qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena. Artikolu 5 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-17 ta'Awissu 1988. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 365, tal-24.12.1987, p. 3. [2] ĠU L 131, tas-27.5.1988, p. 2. -------------------------------------------------- ANNESS I METODI TA’ ANALIŻI A. KARATTERISTIĊI MORFOLOĠIĊI Il-metodu li ġej għandu jintuża biex ikejjel il-granelli tar-ross u biex jikkontrolla l-assenza tal-perla jew strijatura: 1. numru ta’ granella sħaħ jittieħed mill-kampjun; 2. medja tkun stabbilita billi jittieħdu żewġ kejliet ta’ 100 granella kull wieħed; 3. ir-riżultat ikun espressament arrotondat ’il fuq jew ’l isfel għal post deċimali wieħed. B. KARATTERISTIĊI KWALITATTIVI (a) Proċedura standardiżżata għall-użu tat-Testjar tal-Ikel Instron biex jistabbilixxi kemm iwaħħal ir-ross imsajjar 1. Skop Dan il-metodu jista’ jintuża biex jistma kemm iwaħħal ir-ross imsajjar bit-Testjar tal-Ikel Instron. 2. Għan Ross kollu mitħun imsajjar 3. Definizzjonijiet Id-definizzjonijiet li ġejjin jgħoddu għall-iskopijiet ta’ dan il-metodu. 3.1. Kemm iwaħħal: it-tendenza tal-granelli tar-ross imsajrin li jeħlu ma’ xulxin. 3.2. Ross kollu mitħun: kif definit fil-paragrafu 1 (d) t’Anness A tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76. 4. Prinċipju Il-kejl tal-isforz meħtieġ biex tingħeleb ir-resistenza tas-separazzjoni ta’ żewġ uċuh ċatti ta’ azzar lixx li bejniethom xi granelli tar-ross imsajjar kienu kumpressati b’ċerta forza għal ċertu żmien. 5. Apparat 5.1. Testjar tal-Ikel Instron, li jaħdem, għall-kompressjoni u l-ġbid, b’veloċità kostanti ta’ 0,5 ċm/min, armat b’ċella li tikkarga li għandha raġġ ta’ kejl ta’ 0 sa 5 kg. 5.2. Pistin, addattabbli għaċ-ċella li tikkarga tat-Testjar tal-Ikel Instron (5.1), armat b’bażi kwadru ta’ azzar lixx. 5.3. Pjanċa b’wiċċ ċatt tal-azzar imqiegħed fuq l-assi mal-pistin (5.2.) u mqiegħda sod fuq il-bażi tat-Testjar tal-Ikel tal-Instron. 5.4. Tazzi tal-ħġieġ tal-25-ml 5.5. Banju tal-ilma bl-elettriku, armat b’għatu li ma jagħlaqx l-arja u pjanċa mtaqqba fejn jitqegħdu t-tazzi tal-ħġieġ (5.4). Il-livell tal-ilma fil-kontenitur irid ikun tali li, meta jagħli, ma jogħliex il-fuq mill-pjanċa mtaqqba. 5.6. Miżien, eżatt sa 0,1 grammi 5.7. Virga tal-ħġieġ. 5.8. Tazzi biex tosserva minnhom, 6ċm bħala dijametru 5.9. Arloġġ. 5.10. Spatula. 5.11. Boroż tal-plastik jew reċipjenti oħra li kapaċi jżommu 2 grammi ta’ ross imsajjar u jevitaw li jitneħħilu l-ilma. 6. Proċedura 6.1. Jissaħħan il-banju Aġġusta t-temperatura tal-banju (5.5) biex l-ilma jinżamm ibaqbaq ħafna. 6.2. Preparazzjoni għat-tisjir Għal kull determinazzjoni: lesti żewġ tazzi tal-ħġieġ (5.4) billi titfa’ f’kull waħda minnhom kampjun ta’ 8 grammi ta’ ross kollu mitħun (granelli sħaħ biss), mkejla sa 0,1 grammi, bi 12-il ml ta’ ilma distillat. Ħawwad bil-mod bil-virga tal-ħġieġ (5.7), agħtti t-tazzi tal-ħġieġ bit-tazzi li tara minnhom (5.8). 6.3. Tisjir Neħħi l-għatu minn fuq il-kontenitur tat-tisjir, poġġi t-tazzi tal-ħġieġ fuq il-pjanċa l-imtaqqba u malajr erġa’ poġġi l-għatu. Ixgħel l-arloġġ (5.9). Wara 20 minuta itfi s-sħana u ħalli kollox joqgħod għal 10 minuti. Neħħi t-tazzi tal-ħġieġ mill-kontenitur tat-tisjir u aqlibhom fit-tazzi li tosserva minnhom. Ħallihom jibirdu għal mill-inqas siegħa. 6.4. Aġġustament tat-Tesjar tal-Ikel Instron Aġġusta t-Testjar tal-Ikel Instron (5.1) skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, waqt li tiżgura li ċ-ċella li tikkaga tirrispondi għall-valuri bejn 0 u 640 gramma u l-veloċità għal 0,5 ċm/min. 6.5. Kejl bit-Testjar tal-Ikel Instron Neħħi r-ross imsajjar minn kull tazza tal-ħġieġ u, bl-użu tal-ispatula (5.10), armi’ s-saffi estremi ta’ fuq u t’isfel. Lesti tmien kampjuni li jiżnu 2 grammi kull wieħed, erbgħa minn kull tazza tal-ħġieġ, mkejla sa 0,1 grammi, u żommhom fil-boroż tal-plastik (5.11) sakemm jitkejlu. Poġġi kampjun wieħed, fuq l-assi mal-pistin (5.2) fuq il-pjanċa tal-azzar (5.3), poġġi r-ross f’muzell viċin kemm jista’ jkun mingħajr pressa. Agħmel li l-pistin jinżel b’veloċità kostanti ta’ 0,5 ċm/min, sakemm il-forza tal-kompressjoni fuq ir-ross tirreġistra 640 gramma. Waqqaf il-moviment tal-pistin għal 10 sekondi mbagħad iġbdu lura bl-istess veloċità. Ikkalkula l-wesgħa taħt il-kurva definita (fuq l-"ordinate") bil-forza tal-ġbid fi grammi u (fuq l-"abscissa") bid-distanza koperta mill-pistin f’ċentimetri matul il-fażi li fih kien eżerċitat valur posittiv ta’ forza tal-ġbid. Il-wesgħa tirrapreżenta l-isforz espress fi grammi × ċm. 7. Ripetizzjoni Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet (żewġ serji ta’ tmien kejliet) ma tridx taqbeż 15 % tal-valur medju. (b) Proċedura standardizzata għall-użu tat-Testjar tal-Ikel Instron biex jistabbilixxi l-konsistenza tar-ross imsajjar 1. Skbop Dan il-metodu jista’ jintuża biex jistma l-konsistenza tar-ross imsajjar bit-Testjar tal-Ikel Instron. 2. Għan Ross kollu mitħun imsajjar 3. Definizzjonijiet Id-definizzjonijiet li ġejjin jgħoddu għall-iskopijiet ta’ dan il-metodu. 3.1. Konsistenza: resistenza għall-mgħid tar-ross imsajjar. 3.2. Ross kollu mitħun: kif definit fil-paragrafu 1 (d) t’Anness A tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76. 4. Prinċipju Il-kejl tal-isforz meħtieġ biex ir-ross mitħun kollu msajjar jintefa’ barra mill-pjanċa mtaqqba. 5. Apparat 5.1. Testjar tal-Ikel Instron, li jaħdem, għall-kompressjoni, b’veloċità kostanti ta’ 10ċm/min. 5.2. Mudell ta’ 50ċm2 ta’ ċella ta’ Ottawa b’sistema li tkejjel it-tessut, modifikat, jekk meħtieġ, biex inaqqas is-sezzjoni għall-15 % tal-wesgħa oriġinali, b’inserzjoni ta’ pjanċa mtaqqba. 5.3. Pistin, addattabbli għaċ-ċella li tikkarga tat-Testjar tal-Ikel Instron (5.1.). 5.4. Tazzi twal tal-ħġieġ tal-100-ml 5.5. Banju tal-ilma bl-elettriku, armat b’għatu li ma jagħlaqx l-arja u pjanċa mtaqqba fejn jitqegħdu t-tazzi tal-ħġieġ (5.4). Il-livell tal-ilma fil-banju jrid ikun tali li, meta jagħli, ma jgħoliex ’il fuq mill-pjanċa mtaqqba. 5.6. Miżien, eżatt sa 0,1 grammi. 5.7. Virga tal-ħġieġ. 5.8. Tazzi biex tosserva minnhom, 6ċm bħala dijametru 5.9. Arloġġ. 5.10. Spatula. 5.11. Boroż tal-plastik jew reċipjenti oħra li kapaċi jżommu 17 grammi ta’ ross imsajjar u jevitaw li jitneħħilu l-ilma. 6. Proċedura 6.1. Jissaħħan il-banju Aġġusta t-temperatura tal-banju (5.5) biex l-ilma jinżamm ibaqbaq ħafna. 6.2. Preparazzjoni għat-tisjir Għal kull determinazzjoni: lesti żewġ tazzi tal-ħġieġ (5.4) billi ddaħħal f’kull waħda minnhom kampjun ta’ 20 gramma ta’ ross kollu mitħun (granelli sħaħ biss), mkejla sa 0,1 grammi, bi 38-il ml ta’ ilma distillat. Ħawwad bil-mod bil-virga tal-ħġieġ (5.7), agħtti t-tazzi tal-ħġieġ bit-tazzi li tosseva minnhom (5.8). 6.3. Tisjir Neħħi l-għatu minn fuq il-banju, poġġi t-tazzi tal-ħġieġ fuq il-pjanċa l-imtaqqba u malajr erġa’ poġġi l-għatu. Ixgħel l-arloġġ (5.9). Wara 20 minuta itfi s-sħana u ħalli kollox joqgħod għal 10 minuti. Neħħi t-tazzi tal-ħġieġ mill-banju u aqlibhom fuq it-tazzi li tosserva minnhom. Ħallihom jibirdu għat-temperatura tal-kamra. 6.4. Aġġustament tat-Testjar tal-Ikel Instron Aġġusta t-Testjar tal-Ikel Instron (5.1) skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, waqt li tiżgura li ċ-ċella li tikkarga tirrispondi għall-valuri bejn 5 u 10kg u l-veloċità għal 10ċm/min. 6.5. Kejl bit-Testjar tal-Ikel Instron Neħħi r-ross imsajjar u lesti sitt kampjuni li jiżnu 17-il gramma kull wieħed, tlieta minn kull waħda miż-żewġ tazzi tal-ħġieġ, mkejla sa 0,1 grammi, u żommhom fil-boroż tal-plastik (5.11) sakemm se jitkejlu. Poġġi kampjun wieħed fiċ-ċella tal-Ottawa (5.2) u agħmel li l-pistin (5.3) jinżel b’veloċità ta’ 10ċm/min, u rreġistra kontinwament l-isforz meħtieġ biex jintefa’ barra l-kampjun tar-ross imsajjar. Il-konsistenza tal-kampjun tittieħed li hija daqs l-isforz (f’/kg) espressa bil-valur medju tal-medda tal-kurva ta’ li ntefa’ barra. 7. Ripetizzjoni Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet (sitt kejliet kull waħda) ma tridx taqbeż l-10 % tal-valur medju tagħhom. (ċ) Kontenut ta’ amylose Determinat skond l-istandard 6647 tal-ISO. -------------------------------------------------- ANNESS II LISTA TA' LABORATORJI 1. INSTITUUT VOOR GRAAN, MEEL EN BROOD TNO Lawickse Allee 15 6701 AN WAGENINGEN (Nederland) 2. IRAT-INRA DE TECHNOLOGIE DES CÉRÉALES ENSAM 9, place Viala MONTPELLIER (France) 3. INSTITUTO DE AGROQUÍMICA Y TECNOLOGÍA DE LOS ALIMENTOS C/Jaime Roig 11 VALENCIA (España) 4. ENTE NAZIONALE RISI — CENTRO DI RICERCHE SUL RISO MORTARA (Italia) 5. INSTITUTO DE QUALIDADE ALIMENTAR (IQA) Rua Castilho No 36 — R/C LISBOA (Portugal) 6. FLOUR MILLING AND BAKING RESEARCH ASSOCIATION Chorleywood Rickmansworth HERTFORDSHIRE (United Kingdom) --------------------------------------------------