Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R1494

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88 tat-3 ta' Mejju 1988 fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros.

    ĠU L 137, 2.6.1988, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/10/2006; Imħassar b' 32006R1563

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/1494/oj

    Related international agreement

    31988R1494



    Official Journal L 137 , 02/06/1988 P. 0018 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88

    tat-3 ta' Mejju 1988

    fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros.

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros innegozjaw u inizjalaw Ftehim dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros: billi dan jipprovdi opportunitajiet ta' sajd għas-sajjieda tal-Komunità f'ibħra li fuqhom ir-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros għandha sovranità u ġurisdizzjoni;

    Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim għas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha l-jedd li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Komunità.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1988.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Bangemann

    [1] ĠU C 73, tad-19.3.1988, pġ. 6.

    [2] ĠU C 122, tad-9.5.1988.

    --------------------------------------------------

    Top