Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R1809

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1809/87 tad-29 ta’ Ġunju 1987 li jistabbilixxi ċerti Regolamenti fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fis-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli

ĠU L 170, 30.6.1987, p. 23–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/1809/oj

31987R1809



Official Journal L 170 , 30/06/1987 P. 0023 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0211


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1809/87

tad-29 ta’ Ġunju 1987

li jistabbilixxi ċerti Regolamenti fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fis-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ:

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 467/87 [2] u partikolarment Artikolu 7(3) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1181/87 [4], u partikolarment Artikolu 30 miġjub fih,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2220/85 stabbilixxa regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli; billi b’riżultat ta’ dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolamenti (KEE) Nru 1431/87 [6], (KEE) Nru 732/78 [7], (KEE) Nru 2173/79 [8], (KEE) Nru 2374/79 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1429/87 [10], (KEE) Nru 985/81 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2624/85 [12], (KEE) Nru 2539/84 [13], (KEE) Nru 2670/85 [14], kif l-aħħar emendat bir-Regolamenti (KEE) Nru 179/87 [15] u (KEE) Nru 3509/86 [16], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 976/87 [17], ilkoll jirrigwardaw il-bejgħ tal-laħam taċ-ċanga mill-ħażniet ta’ intervent, għandhom jiġu emendati; billi, la darba jiġi mogħti l-livell ta’ ċerti garanziji, għandhom jiġu rinunżjati l-persentaġġi riferiti f’Artikoli 23, 24 u 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85;

Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2182/77 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Garanzija maħruġa sabiex tkopri l-proċessar tal-prodotti għandha tiġi depożitata ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih isir il-proċessar, mix-xerrej riferit f’Artikolu 3, qabel ix-xerrej jieħu pussess tal-prodotti.

L-ammont tal-garanzija jista’ jiġi differenzjat mill-prodotti offruti għall-bejgħ u l-użu tagħhom.

2. Fejn Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76 jiġi applikat, jista’ jittieħed pussess tal-laħam biss meta l-aġenzija ta’ l-intervent li tkun iżżomm il-prodotti tirċievi ċ-ċertifikat riferit f’dan il-paragrafu."

2. Artikolu 5(3) u (4) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Dwar il-garanzija riferita f’Artikolu 4(1), il-fabbrikazzjoni tal-prodotti indikati b’mod konformi ma’ Artikolu 3(1) għandha tikkostitwixxi r-rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5..

Fejn ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ jistabbilixxi illi l-proċessar irid jitwettaq mill-applikant, dan għandu wkoll jikkostitwixxi rekwiżit ewlieni.

Iż-żmien addizzjonali riferit f’Artikolu 22(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu japplika biss fejn l-azzjoni riferita fil-paragrafu 2 hawn fuq hija dokumentata bil-provi u kienet mittieħda saż-żmien indikat f’dan il-paragrafu.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dwar il-garanzija riferita f’Artikolu 4(1),

(a) il-15 % stabbiliti f’Artikoli 23, 24 u 25 tar-Regolament imsemmi għandhom jiġu sostitwiti b’rata fissa ta’ 25 Ecu għal kull tunnellata metrika;

(b) l-10 %, 5 % u 2 % stabbiliti f’Artikolu 23(2) tar-Regolament imsemmi għandhom jiġu sostitwiti b’ammont wieħed għal kulħadd ta’ 2,5 Ecu għal kull tunnellata metrika."

3. F’ Artikolu 8, qegħdin isiru t-tibdiliet li ġejjin fit-terminoloġija:

- fil-verżjoni Ġermaniża, "Kaution" tiġi mibdula bi "Sicherheit";

- fil-verżjoni Griega, "asfáleia" tiġi mibdula bi "engýisi";

- fil-verżjoni Franċiża, "caution" tiġi mibdula bi "garantie";

- fil-verżjoni Olandiża, "waarborg" tiġi mibdula bi "zekerheid";

- fil-verżjoni Spanjola, "fianza" tiġi mibdula bi "garantia";

- fil-verżjoni Portugiża, "cauçao" tiġi mibdula bi by "garantio".

4. Artikolu 8a huwa mħassar.

Artikolu 2

Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 732/78 huwa hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 5

1. Minkejja r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2173/79 [1] ĠU L 251, tal-5.10.1979, p. 12., il-garanzija għandha tinħtieġ biss jekk il-prodotti jinxtraw minn aġent awtorizzat.

2. B’żieda tar-rekwiżiti ewlenin riferiti f’Artikolu 15(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, il-kunsinna lill-forzi armati jew organizzazzjonijiet ta’ l-Istati Membri klassifikati b’dak il-mod għandhom jikkostitwixxu rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [2] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.."

Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 2173/79 huwa emendat kif ġej:

1. Qeghdin isiru t-tibdiliet li ġejjin fit-terminoloġija fl-:

- Artikolu 2,

- it-tieni sotto-paragrafu ta’ Artikolu 8(2), u

- Artikolu 16(2):

- fil-verżjoni Ġermaniża "Kaution" tiġi mibdula bi "Sicherheit";

- fil-verżjoni Griega, "asfáleia" tiġi mibdula bi "engýisi";

- fil-verżjoni Franċiża, "caution" tiġi mibdula bi "garantie";

- fil-verżjoni Olandiża, "waarborg" tiġi mibdula bi "zekerheid";

- fil-verżjoni Spanjola, "fianza" tiġi mibdula bi by "garantia";

- fil-verżjoni Portugiża, "cauçao" tiġi mibdula bi "garantio".

2. Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 15

1. Il-garanzija riferita f’Artikolu 2(2) u f’Artikolu 8 għandha tkun ta’ 50 Ecu għal kull tunnellata metrika.

Il-garanzija għandha tiżgura s-sodisfazzjon ta’ l-obbligi stabbiliti f’ dan ir-Regolament u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt tal-bejgħ għajr dawk koperti b’ garanzija speċifika.

2. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata minnufih jekk ma tiġix aċċettata l-applikazzjoni jew l-offerta għax-xiri.

3. Ir-rekwiżiti ewlenin fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. għandhom ikunu:

(a) rekwiżit li ma tiġix irtirata l-applikazzjoni jew l-offerta għax-xiri;

(b) il-ħlas għall-kwantità tal-prodott iffissat bil-kuntratt skond it-terminu ta’ skadenza;

(ċ) it-teħid tal-kwantità mħallsa.

Madankollu, ir-rekwiżit tal-ħlas għandu jitqies li jkun ġie milħuq jekk ikunu tħallsu iktar minn 95 % tal-kwantità tal-prodott stabbilit fil-kuntratt.

4. Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu japplika biss fil-każ riferit f’Artikolu 16(2)(a)."

3) 5. F’Artikolu 16:

- il-kliem ‘u 3’ fil-paragrafu 1 jiġu mħassra,

- il-paragrafu 3 huwa mħassar.

4) 6. F’Artikolu 19 it-tieni frażi tiġi sostitwita bil-frażi li ġejja: "Il-modifiki eventwalment meħtieġa jidħlu fis-seħħ fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol wara d-data tal-fattura definittiva."

Artikolu 4

Artikolu 5a li ġej huwa hawnhekk imdaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 2374/79:

"Artikolu 5a:

B’żieda mar-rekwiżiti ewlenin riferiti f’Artikolu 15(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, l-użu għall-benefiċċju tal-persuni li għall-ħteġijiet tagħhom huma responsabbli l-istituzzjonijiet jew korpi ta’ assistenza soċjali kif riferit f’Artikolu 1(1), għandu jikkostitwixxi rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.."

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 985/81 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 3 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Minkejja Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, l-ammont tal-garanzija għandu jiġi ffissat fl-okkażjoni ta’ kull bejgħ.

2. Għandha tiġi ppreżentata garanzija biex tkopri l-esportazzjoni tal-prodotti mix-xerrej qabel ix-xerrej jieħu l-pussess tal-prodotti.

3. Dwar il-garanzija stabbilita fil-paragrafu 2, l-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti għandu jkun rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5..

Inoltre, fejn ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ jipprovdi għal obbligu ta’ l-importazzjoni f’ pajjiż terz ta’ destinazzjoni speċifikata, dan għandu wkoll jikkostitwixxi rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 imsemmi.

4. Għandha tiġi stabbilita prova xierqa ta’ konformità ma’ l-obbligi msemmija hawn fuq f’ Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76. Din il-prova għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenża stabbilit f’Artikolu 31 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79.

5. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dwar il-garanzija riferita fil-paragrafu 2,

(a) il-15 % stabbiliti f’ l-Artikoli 23, 24 u 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom jiġu sostitwiti f’rata fissa ta’ 25 Ecu għal kull tunnellata metrika;

(b) l-10 %, 5 % u 2 % stabbiliti f’ l-Artikolu 23(2)(b) tar-Regolament imsemmi għandhom jiġu sostitwiti b’rata fissa ta’ 2,5 Ecu għal kull tunnelata metrika."

2. Il-punt (a) ta’ Artikolu 5 jiġi mħassar.

Qegħdin isiru t-tibdiliet li ġejjin fit-terminoloġija fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu:

- fil-verżjoni Ġermaniża, "Kaution" tiġi mibdula bi "Sicherheit";

- fil-verżjoni Griega, "asfáleia" tiġi mibdula bi "engýisi";

- fil-verżjoni Franċiża, "caution" tiġi mibdula bi "garantie";

- fil-verżjoni Olandiża, "waarborg" tiġi mibdula bi "zekerheid";

- fil-verżjoni Spanjola, "fianza" tiġi mibdula bi "garantia";

- fil-verżjoni Portugiża, "cauçao" tiġi mibdula bi "garantio".

Artikolu 6

Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2539/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

"Artikolu 5

1. Minkejja Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, l-ammont tal-garanzija għandu jiġi ffissat fl-okkażjoni ta’ kull bejgħ.

2. Għall-bejgħ bl-obbligu li jiġi esportat il-laħam involut, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) Għandha tiġi ppreżentata garanzija li tkopri l-esportazzjoni tal-prodotti mix-xerrej qabel ma x-xerrej jieħu pusses tal-prodotti.

(b) Dwar il-garanzija stabbilita fil-punt (a), l-esportazzjoni tal-prodotti interessati għandha tikkostitwixxi rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5..

Inoltre, fejn ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ jistabbilixxi l-obbligu ta’ l-importazzjoni tal-prodotti f’ pajjiż terz ta’ destinazzjoni speċifikata, dan għandu jikkostitwixxi rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 imsemmi.

(ċ) Għandhom jiġu stabbiliti l-provi xierqa ta’ konformità ma’ l-obbligi riferiti hawn fuq skond Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1687/76 [2] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1976, p. 1.. Dawn il-provi ghandhom jiġu prodotti mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenza stabbilit f’Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/79 [3] ĠU L 317, tat-12.12.1979, p. 1..

(d) Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dwar il-garanzija riferita fil-punt (a),

1. il-15 % stabbiliti f’Artikoli 23, 24 u 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom jiġu sostitwiti f’rata fissa ta’ 25 Ecu għal kull tunnellata metrika;

2. l-10 %, 5 % u 2 % stabbiliti f’Artikolu 23(2)(b) tar-Regolament imsemmi għandhom jiġu sostitwiti f’rata fissa ta’ 2,5 Ecu għal kull tunnellata metrika.

3. Għall-bejgħ bl-obbligu li jiġi proċessat il-laħam involut, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) Għandha tiġi ppreżentata garanzija li tkopri l-proċessar tal-prodotti mix-xerrej lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih irid isir il-proċessar, qabel ix-xerrej jieħu l-pussess tal-prodott. L-ammont tal-garanzija jista’ jiġi differenzjat skond il-prodott offrut għall-bejgħ u skond l-użu.

(b) Fejn japplika Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76, il-laħam jista’ jittieħed pussess tiegħu biss meta l-aġenzija ta’ l-intervent li tkun iżżomm il-prodotti tirċievi ċ-ċertifikat riferit fil-paragrafu msemmi.

(ċ) Dwar il-garanzija riferita fil-punt (a), il-fabbrikazzjoni tal-prodotti riferiti fil-kuntratt għandha tikkostitiwwi rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Fejn ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ jistabbilixxi illi l-proċessar irid jitwettaq mill-applikant, dan ukoll għandu jikkostitwixxi rekwiżit ewlieni.

(d) It-terminu ta’ skadenza miżjud riferit f’Artikolu 22(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu japplika biss fejn l-azzjoni attestata mill-provi tal-proċessar tkun ittieħdet mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenza oriġinali stabbilit għall-produzzjoni tiegħu.

(e) Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

1. il-15 % stabbiliti f’Artikoli 23, 24 u 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom jiġu sostitwiti b’rata fissa ta’ 25 Ecu għal kull tunnellata metrika;

2. l-10 %, 5 % u 2 % stabbiliti f’Artikolu 23(2)(b) tar-Regolament imsemmi għandhom jiġu sostitwiti b’rata fissa ta’ 2,5 Ecu għal kull tunnellata metrika."

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 2670/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 7(1) u (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-ammont tal-garanzija riferit f’Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 985/81 għandu jkun ta’ 250 Ecu għal kull tunnelata metrika. L-ammont tal-garanzija riferita f’Artikolu 3(2) tar-Regolamenrt imsemmi għandu jkun ta’:

- 1200 Ecu għal kull tunnellata metrika ta’ laħam bl-għadma,

- 3750 Ecu għal kull tunnellata metrika ta’ laħam mingħajr għadma.

2. Il-rekwiżit ewlieni tal-ħlas riferit f’Artikolu 15(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79 għandu jiġi sostitwit bir-rekwiżit ewlieni li tiġi ppreżentata l-garanzija riferita f’Artikolu 9."

2. Is-sotto-paragrafu li ġej jiġi miżjud ma’ Artikolu 9(1):

"Ir-rekwiżit ewlieni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. għandu jkun il-ħlas tal-prezz mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenza riferit fil-paragrafu 2."

3. F’Artikolu 7(3) u Artikolu 9(1) isiru t-tibdiliet li ġejjin fit-terminoloġija:

- fil-verżjoni Ġermaniża, "Kaution" tiġi mibdula bi "Sicherheit";

- fil-verżjoni Griega, "asfáleia" tiġi mibdula bi "engýisi";

- fil-verżjoni Franċiża, "caution" tiġi mibdula bi "garantie";

- fil-verżjoni Olandiża, "waarborg" tiġi mibdula bi "zekerheid";

- fil-verżjoni Spanjola, "fianza" tiġi mibdula bi "garantía";

- fil-verżjoni Portugiża, "caução" tiġi mibdula bi "garantia".

Artikolu 8

Ir-Regolament (KEE) Nru 3905/86 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Minkejja Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, l-ammont tal-garanzija għandu jkun ta’ 150 Ecu għal kull tunnellata metrika.

Ir-rekwiżit ewlieni tal-ħlas riferit f’Artikolu 15(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru No 2173/79 għandu jiġi sostitwit bir-rekwiżit ewlieni li tiġi ppreżentata l-garanzija riferita f’Artikolu 6.

2. Għandha tiġi ppreżentata garanzija mix-xerrej biex tkopri l-importazzjoni ġewwa l-Peru qabel ma x-xerrej jieħu pussess tal-prodotti. L-ammont tal-garanzija għandu jkun ta’ 260 Ecu għal kull 100 kilogramma.

3. Dwar il-garanzija riferita fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3(3), (4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 985/81 [1] ĠU L 99, tal-10.4.1981, p. 38.mutatis mutandis."

2. Artikolu 6(3) huwa sostitwiti b’dan li ġej:

"3. Ir-rekwiżit ewlieni tal-garanzija riferita fil-paragrafu 1, fit-tifsira ta’ Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5., għandu jkun il-ħlas tal-prezz mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenża riferit fil-paragrafu 2."

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 1987.

Għandu japplika għall-garanziji ppreżentati minn din id-data ‘l quddiem

- għall-kuntratti konklużi minn din id-data ‘l quddiem skond il-bejgħ miftuħ bir-Regolamenti (KEE) Nru 2670/85 u (KEE) Nru 3905/86,

- taħt bejgħ ieħor bir-Regolament miftuħ wara din id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 1.

[3] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[4] ĠU L 113, tat-30.4.1987, p. 31.

[5] ĠU L 251, ta’ l-1.10.1977, p. 60.

[6] ĠU L 136, tas-26.5.1987, p. 26.

[7] ĠU L 99, tat-12.4.1978, p. 14.

[8] ĠU L 251, tal-5.10.1979, p. 12.

[9] ĠU L 272, tat-30.10.1979, p. 16.

[10] ĠU L 137, tas-26.5.1987, p. 19.

[11] ĠU L 99, tal-10.4.1981, p, 38.

[12] ĠU L 250, tad-19.9.1985, p. 30.

[13] ĠU L 238, tas-6.9.1984, p. 13.

[14] ĠU L 253, ta’ l-24.9.1985, p. 8.

[15] ĠU L 21, tat-23.1.1987, p. 27

[16] ĠU L 364, tat-23.12.1986, p. 17.

[17] ĠU L 92, ta’ l-4.4.1987, p. 10.

--------------------------------------------------

Top