Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987D0415

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 1987 dwar il-konklużjoni ta' Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta' transitu komuni

    ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/415/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31987D0415



    Official Journal L 226 , 13/08/1987 P. 0001 - 0001


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-15 ta' Ġunju 1987

    dwar il-konklużjoni ta' Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta' transitu komuni

    (87/415/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-konklużjoni ta' Konvenzjoni ma l-Awstrija, l-Finlandja, l-Islanda, n-Norveġja, l-Isvezja u l-Isvizzera bil-għan li tiġi introdotta proċedura ta' transitu komuni fil-kummerċ bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi, kif ukoll bejn dawk il-pajjiżi nnifishom, għandha tagħti s-setgħa sabiex jiġi simplifikat it-transitu ta' merkanzija fil-kuntest ta' dak il-kummerċ; billi huwa għalhekk xieraq li dik il-Konvenzjoni tiġi approvata;

    Billi din il-Konvenzjoni taqa’ fi ħdan l-istruttura ta' azzjoni li tkompli mad-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula f’Lussemburgu fid-9 ta' April 1984 mill-Ministri ta' l-Istati Membri tal-Komunità, l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kummerċ Liberu (AEKL) u l-Kummissjoni li jesprimu x-xewqa tagħhom politika li jestendu l-kooperazzjoni bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi "bil-għan li joħolqu spazju ekonomiku dinamiku u Ewropej ta' benefiċċju għall-pajjiżi tagħhom".

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea Ekonmika, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta' transitu komuni huwa b'dan approvat għan-nom tal-Komunità.

    It-test tal-Konvenzjoni hija mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Komunità għandha tiġi rappreżentata fil-kumitat konġunt provdut fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni mill-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jqiegħed id-dokument ta' aċettazzjoni provdut fl-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni.

    Magħmula f'Lussemburgu, fil-15 ta' Ġunju 1987.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    P. De Keersmaeker

    --------------------------------------------------

    Top