Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987D0267

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' April 1987 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni ta' Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir- Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'Kummerċ ta' l-oġġetti

ĠU L 134, 22.5.1987, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/267/oj

Related international agreement

31987D0267



Official Journal L 134 , 22/05/1987 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' April 1987

li għandha x'taqsam mal-konklużjoni ta' Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir- Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'Kummerċ ta' l-oġġetti

(87/267/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidraw ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

billi l-konklużjoni ta' Konvenzjoni ma' l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u l-Isvizzera bi ħsieb li tintroduċi, fil-Kummerċ bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi, kif ukoll bejn dawk il-pajjiżi nfushom dokument wieħed amministrattiv li jiehu post id-dikjarazzjonijiet preżenti ghandu jwassal biex il-formalitajiet li jkunu kompletati f'Kummerċ tali jkunu faċilitati u simplifikati; billi għalhekk huwa xieraq li tikkonkludi Konvenzjoni ta' din ix-xorta;

Billi din il-Konvenzjoni taqa' fil-qafas ta' azzjoni li ssegwi d-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 1984 mill-Ministri ta' l-Istati Membri tal-Komunità, l-Assoċjazzjoni Ewropea għal Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-Kummissjoni li tesprimi il-volontà politika tagħhom li jestendu kooperazzjoni bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi, "bil-għan li joħolqu spazju ekonomiku Ewropew dinamiku ta' benefiċċju għal pajjiżi tagħhom",

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'Kummerċ ta' l-oġġetti hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat Konġunt li hemm provdut fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni mill-Kummissjoni, megħjuna minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-atti li hemm provduti fl-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni [1].

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta' April 1987.

F'isem il-Kunsill

Il-President

P. De Keersmaeker

[1] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Konvenzjoni sejra tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top