Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986D0551

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim

    ĠU L 328, 22.11.1986, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/551/oj

    Related international agreement

    31986D0551



    Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0020 - 0020


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-15 ta' Settembru 1986

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim

    (86/551/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim, sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' l-Iskambju ta' l-Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jingħata s-setgħa li jaħtar il-persuna awtorizzata sabiex tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Howe

    --------------------------------------------------

    Top