Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3811

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3811/85 tad-19 ta' Diċembru 1985 li jadatta ċerti Regolamenti dwar frott u ħaxix, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall

ĠU L 368, 31.12.1985, p. 1–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3811/oj

31985R3811



Official Journal L 368 , 31/12/1985 P. 0001 - 0002
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0046
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0048


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3811/85

tad-19 ta' Diċembru 1985

li jadatta ċerti Regolamenti dwar frott u ħaxix, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat l-Att ta' Deżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikolari Artikolu 396(2) tiegħu,

Billi, skond Artikolu 396 ta' l-Att ta' Adeżjoni, ir-Regolament li ġej dwar frott u ħaxix għandu jiġi adattat minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall:

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 80/63/KEE tal-31 ta' Lulju 1963 dwar il-kontroll ta' kwalità fuq frott u ħaxix impurtat minn pajjiżi terzi ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1857/85 ([2]),

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 496/70 tas-17 ta' Marzu 1970 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet inizjali dwar il-kontroll ta' kwalità ta' frott u ħaxix esportat lejn pajjiżi terzi ([3]), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2074/85 ([4]),

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2118/74 tad-9 ta' Awissu 1974 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' prezzijiet ta' referenza għal frott u ħaxix ([5]), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3110/83 ([6]),

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2498/75 tat-30 ta' Settembru 1975 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħlas ta' kumpens finanzjarju għal ċertu frott taċ-ċitru Komunitarju ([7]), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2794/84 ([8]);

Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni, il-miżuri msemmija f'Artikolu 396 ta' l-Att jistgħu jiġu adottati qabel l-adeżjoni, u dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ soġġett għal u fid-data ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan li ġej huwa miżjud ma' l-Anness għar-Regolament Nru 80/63/KEE:

Ir-Renju ta' Spanja

SOIVRE

Secretaria de Estado de Comercio

Ministerio de Economia y Hacienda

Paseo de la Castellona, 162

28046 Madrid

Ir-Repubblika Portugiża

Junta nacional das frutas

R. Rodrigo da Fonseca, 8

1200 Lisboa'.

2. Dan li ġej huwa miżjud ma' Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 496/70:

Ir-Renju ta' Spanja

SOIVRE

Secretaria de estado de comercio

Ministerio de economía y hacienda

Paseo de la Castellana, 162

28046 Madrid

Ir-Repubblika Portugiża

Junta Nacional das Frutas

R. Rodrigo da Fonseca, 8

1200 Lisboa'.

3. Dan li ġej huwa miżjud ma' Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2118/84:

1.2 Ir-Renju ta' Spanja: Madrid, Barcelona, Seville, Bilbao

Ir-Repubblika Portugiża: Lisbon, Porto'.

4. Dan li ġej huwa miżjud mat-tielet sub-paragrafu ta' Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2498/75:

Productos destinados a ser introducidos en... (Estado miembro importador) conforme al Reglamento (CEE) no 2498/75'

Productos com destino a... (Estado membro importador) em conformidade com o Regulamento (CEE) n 2498/75'.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986, soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans ANDRIESSEN

Viċi-President

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU Ċ 121, tat-3.8.1963, p. 2137/163.

[2] ĠU L 174, ta' l-4.7.1985, p. 31.

[3] ĠU L 62, tat-18.3.1970, p. 11.

[4] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 24.

[5] ĠU L 220, ta' l-10.8.1974, p. 20.

[6] ĠU L 303, tal-5.11.1983, p. 5.

[7] ĠU L 254, ta' l-1.10.1975, p. 38.

[8] ĠU L 263, ta' l-4.10.1984, p. 20.

Top