Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2688

    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2688/85 tal-25 ta’ Settembru 1985 li jemenda għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 255, 26.9.1985, p. 11–11 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0433

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2688/oj

    31985R2688



    Official Journal L 255 , 26/09/1985 P. 0011 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0173
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0020
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0173
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0020


    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2688/85

    tal-25 ta’ Settembru 1985

    li jemenda għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari Artikolu 18(6) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 631/85 [3], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali għall-esportazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella; billi Artikolu 3 ta’ l-imsemmi Regolament jispeċifika li l-identifikazzjoni tal-prodotti għandha ssir fil-biċċerija; billi f’każi fejn karkassa jew nofs karkassa kienet diġà ġiet identifikata skond l-imsemmi Regolament, ir-rbiegħ minn dik il-karkassa jew nofs karkassi jistgħu jiġu identifikati f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija; billi jidher li huwa ta’ min jagħmel dispożizzjoni għal possibilità ta’ din ix-xorta fl-imsemmi Regolament;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej qiegħed b’hekk jiġi miżjud ma’ Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 32/82:

    "F’każi fejn karkassi jew nofs karkassi jinqatgħu fi rbiegħ ta’ quddiem u fi rbiegħ ta’ wara f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija, l-awtorità msemmija f’Artikolu 2(2) tista’ tibdel iċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi, maħruġ fir-rigward tal-karkassi jew in-nofs karkassi, ma’ ċertifikati rigward l-irbiegħ hawn fuq imsemmija, kemm-il darba l-ħtiġiet l-oħra kollha li jirrigwardaw il-ħruġ tagħhom jkunu tħarsu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Vici-President

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11.

    [3] ĠU L 72, tat-13.3.1985, p. 24.

    --------------------------------------------------

    Top