Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2039

Regolament tal-kunsill (KEE) nru 2039/85 tat-23 ta' Lulju 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-hops

ĠU L 193, 25.7.1985, p. 1–1 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2039/oj

31985R2039



Official Journal L 193 , 25/07/1985 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0109


Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2039/85

tat-23 ta' Lulju 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-hops

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta' Lulju 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-hops [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1979, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3041/79 [3], jistipula regoli ġenerali dwar iċ-ċertifikazzjoni; billi Artikoli 4 u 5 ta' dak ir-Regolament jipprovdu li kull pakk u ċertifikat għandhom juru dettalji tal-varjetà jew varjetajiet tal-ħops; billi din il-ħtieġa ma tistax tintlaħaq fil-każ ta' għamliet sperimentali li kultant ikollhom jinbiegħu fejn dawk il-prodotti jkunu qed jiġu ttestjati fuq skala kbira fl-industrija tal-birra; billi għandu jkun hemm miżjud mar-Regolament imsemm hawn fuq dispożizzjonijiet speċjali dwar id-deskrizzjoni ta' l-imsemmi hops fuq il-pakki u l-attestati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej għandu jidħol fir-Regolament (KEE) Nru 1784/77:

"Artikolu 5a

Fil-każ ta' hops minn għamliet sperimentali waqt l-iżvilupp u maħdum minn istitut ta' riċerka fuq il-fond tiegħu stess jew minn produttur f'isem istitut simili, dettalji dwar il-varjetà jew varjetajiet imsemmija f'Artikolu 4(b) u Artikolu 5(1)(f) jistgħu jinbidlu b'isem jew numru li jidentifika t-tali l-għamla."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Poos

[1] ĠU L 175, ta' l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1.

[3] ĠU L 343, tal-31.12.1979, p. 4.

--------------------------------------------------

Top