EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R0632

Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) nru 632/85 tat-12 ta’ Marzu 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2182/77 rigward ir-rilaxx tal-garanzija fuq ix-xiri f’ċertu bejgħ tal-laħam taċ-ċanga

ĠU L 72, 13.3.1985, p. 25–25 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/632/oj

31985R0632



Official Journal L 072 , 13/03/1985 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0131
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 34 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0131
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 34 P. 0010


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 632/85

tat-12 ta’ Marzu 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2182/77 rigward ir-rilaxx tal-garanzija fuq ix-xiri f’ċertu bejgħ tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u partikolarment Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2173/79 ta’ l-4 ta’ Ottubru 1979 dwar regoli dettaljati ta’ applikazjoni sabiex jiġi mibjugħ il-laħam taċ-ċanga mixtri mill-aġenziji ta’ l-intervent u li jħassar ir-Regolament Nru 216/69 [2] li jipprovdi illi l-garanzija li trid tiġi depożitata mix-xerrej tista’ tiġi rilaxxjata biss meta x-xerrej iwettaq l-obbligi preskritti fir-Regolament imsemmi u fit-termini tal-kuntratt tal-bejgħ;

Billi Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 tat-30 ta’ Settembru 1977 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-bejgħ tal-laħam taċ-ċanga friżat mill-ħażniet ta’ intervent għall-ipproċessar fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1560/84 [4], jipprovdi illi għandha tiġi depożitata garanzija maħsuba sabiex tiggarantixxi illi l-prodotti jiġu proċessati; billi din il-garanzija trid tiġi rilaxxjata meta l-operatur ikun qeda’ l-impenji tiegħu kollha;

Billi, minħabba din il-garanzija ta’ proċessar, ma jidhirx meħtieġ illi tinżamm l-ewwel garanzija sakemm l-operatur jipprovdi prova illi l-prodotti jkunu ġew proċessati; billi, għalhekk, jidher rakkomandabbli illi jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 2182/77 billi jidderoga minn Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 8a li ġej huwa hawnhekk miżjud mar-Regolament (KEE) Nru 2182/77;

"Artikolu 8a

Bħala deroga mit-tieni inċiż ta’ Artikolu 15(2)(a) u t-tieni inċiż ta’ Artikolu 15(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 16 tiegħu, l-garanzija riferita f’Artikolu 15(1) ta’ dan ir-Regolment għandha tiġi rilaxxjata mill-ewwel:

- jekk ix-xerrej ma jkunx irtira l-applikazzjoni jew l-offerta tiegħu, u

- meta x-xerrej ikun ħallas l-ammont kollu għall-prodott kif fissat fil-kuntratt."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 251, tal-5.10.1979, p. 12.

[3] ĠU L 251, ta’ l-1.10.1977, p. 60.

[4] ĠU L 150, tas-6.6.1984, p. 11.

--------------------------------------------------

Top