EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0424

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1984 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur

ĠU L 238, 6.9.1984, p. 31–33 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/424/oj

31984L0424



Official Journal L 238 , 06/09/1984 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0204
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 16 P. 0042


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-3 ta’ Settembru 1984

li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur

(84/424/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 70/157/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/334/KEE [5], tistipula fl-Anness tagħha il-livell massimu tal-ħoss emess mill-vetturi intiżi għall-użu fit-toroq, b’qafas jew mingħajru, u li jkollhom mill-anqas erba’ roti u velocità ddisinjata massima li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju agrikoli jew tal-foresti u vetturi għal xogħlijiet pubbliċi;

Billi l-protezzjoni tal-pubbliku f’żoni urbani kontra l-inkonvenjent tal-ħoss teħtieġ miżuri xierqa għat-tnaqqis tal-livell tal-ħoss ta’ vetturi bil-mutur; billi dan it-tnaqqis sar possibbli bil-progress tekniku fil-kostruzzjoni tal-vetturi bil-mutur;

Billi l-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE għandu għalhekk ikun emendat billi jitnaqqsu il-valuri tal-livell ta’ ħoss permissibbli espressi f’dB (A) għal kull kategorija ta’ vettura msemmija hemmhekk;

Billi tnaqqis bħal dan jirrapreżenta pass kbir ‘il quddiem fit-titjib ta’ l-ambjent; billi id-dispożizzjonijiet in kwistjoni għandhom xorta jkunu riveduti f’data aktar tard fl-isfond tar-riżultati tal-ħidma tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ approċċ globali, fil-waqt li fl-istess ħin jittieħed każ ta’ l-aspetti prinċipali kollha tar-regoli tal-Komunità fis-settur tal-vetturi bil-mutur, partikolarment dawk li jirrelataw għas-sigurtà, l-protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE, il-punt 5.2.2.1 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"5.2.2.1. Valuri ta’ limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skond il-punti 5.2.2.2 sa 5.2.2.5 ta’ dan l-Anness m’għandhux jeċċedi l-limiti li ġejjin:

| Kategoriji ta’ vetturi | Valuri espressi f’ dB (A) |

5.2.2.1.1. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq | 77 |

5.2.2.1.2. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq, u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi u: | |

5.2.2.1.2.1. | — b’ qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW | 80 |

5.2.2.1.2.2. | — b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 83 |

5.2.2.1.3. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija: | |

5.2.2.1.3.1. | — b’toqol massimu permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati metriċi | 78 |

5.2.2.1.3.2. | — b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3,5 tunnellati metriċi | 79 |

5.2.2.1.4. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi | |

5.2.2.1.4.1. | — b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW | 81 |

5.2.2.1.4.2. | — b’qawwa tal-magna ta’ potenza ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW | 83 |

5.2.2.1.4.3. | — b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 84 |

B’dankollu,

- għall-vetturi tal-kategoriji 5.2.2.1.1 u 5.2.2.1.3, il-valuri tal-limitu għandhom ikunu miżjuda bi 1 dB (A) jekk huma mgħammrin b’magna diesel b’injezzjoni diretta,

- ghall-vetturi b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati metriċi intiżi għall-użu ‘off road’, il-valuri tal-limitu huma miżjuda bi 1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija daqs jew akbar minn 150 kW."

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1985, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tip tal-KEE, li joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [6],kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [7], jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jkunu konformi mad- dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id- Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1988, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-ħtigiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-htiġijiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

B’dankollu, għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.3 kif definiti fl-Artikolu 1 li huma mgħammra b’magni tad-diesel u għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.4, ‘1 ta’ Ottubru 1988’ huwa mibdul bi ‘1 ta’ Ottubru 1989’.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

B’dankollu, għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.3 kif definiti fl-Artikolu 1 li huma mgħammra b’magni diesel u għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.4, ‘1 ta’Ottubru 1989’ huwa mibdul bi ‘1 ta’ Ottubru 1990’.

L-Artikolu 3

Il-Kunsill għandu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1990, jiddeċiedi dwar reviżjoni oħra tad- dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jikkonċerna miżuri ġodda possibbli li għandhom x’jaqsmu mar-regoli fis-settur tal-vetturi bil-mutur, li għandhom ikunu stabbiliti b’kunsiderazzjoni debita għall-aspetti tas--sigurta’, l-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1985. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Settembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] ĠU C 200, tas-27.7.1983 p. 5.

[2] ĠU C 172, tat-2.7.1984 p. 157.

[3] ĠU C 358, tal-31.12.1983 p. 4.

[4] ĠU L 42, tat-23.2.1970 p. 16.

[5] ĠU L 131, tat-18.5.1981 p. 6.

[6] ĠU L 42, tat-23.2.1970 p. 1.

[7] ĠU L 375, tal-31.12.1980 p. 34.

--------------------------------------------------

Top