Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983D0218

Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-22 ta’ April 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija approvata għall-iskop ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

ĠU L 121, 7.5.1983, p. 23–25 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1792

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1983/218/oj

31983D0218



Official Journal L 121 , 07/05/1983 P. 0023 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0095
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0095
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0177


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ April 1983

dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija approvata għall-iskop ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

(83/218/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIETEWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji meta ssir l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/91/KEE [2], u b’mod partikolari Artikoli 4(1) u 18(1)(a) u (b) tagħha,

Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati li jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ġenerali u speċjali stipulati fid-Direttiva 72/462/KEE;

Billi ir-Rumanija bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti awtorizzati li jesportaw lejn il-Komunità;

Billi żjajjar fuq il-post mill-Komunità urew li l-livell ta’ iġjene ta’ ħafna minn dawn l-istabbilimenti huwa adegwat u jistgħu għalhekk jiddaħħlu fl-ewwel lista, stipulata skond Artikolu 4(1) ta’ l-imsemmija Direttiva, ta’ stabbilimenti li minnhom tista’ tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ laħam frisk;

Billi l-każ ta’ l-stabbilimenti proposti mir-Rumanija għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ tagħrif dwar l-livell ta’ l-iġjene tagħhom u l-abilità tagħhom li jadattaw ruħhom malajr mall-leġislazzjoni tal-Komunità;

Billi, fil-frattemp u biex tiġi evitata l-interruzzjoni f’daqqa tal-livell eżistenti tal-kummerċ, dawn l-istabbilimenti jisgħu jiġu awtorizzati temporanjament jkomplu bl-esportazzjoni tagħhom ta’ laħam frisk lejn dawk l-Istati Membri li huma lesti li jaċċettawha;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid u, jekk meħtieġ, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-miżuri meħuda għal dan il-għan u biex isir titjib;

Billi għandu jitfakkar li l-importazzjoni ta’ laħam frisk hija wkoll soġġetta għall- leġislazzjoni veterinarja oħra tal-Komunità, partikolarment fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni tas-saħħa, inklużi d-dispożizzjonijiet għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit;

Billi l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista annessa ma’ din id-Deċiżjoni tibqa’ soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fi bnadi oħra u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, b’mod partikolari, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u r-riesportazzjoni lejn Stati Membri oħra ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam, bħal laħam li jiżen anqas minn tlett kilogrammi, jew laħam li jkun fih residwi ta’ ċerti sustanzi li għandhom mhux koperti b’regoli armonizzati tal-Komunità, tibqa’ soġġetta għall-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-Istat Membru li jimporta;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-istabbilimenti tar-Rumanija elenkati fl-Anness huma b’dan approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità skond l-imsemmi l-Anness.

2. L-importazzjoni mill-istabbilimenti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità stabbiliti band’oħra, u, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għall-protezzjoni tas-saħħa.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti ħlief għal dawk elenkati fl-Anness.

Iżda, L-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorrizzaw sat-30 ta’ Novembru 1983 l-importazzjoni ta’ laħam frisk li jkun ġej minn stabbilimenti mhux elenkati fl-Anness iżda li jkunu uffiċjalment approvati u propost mill-awtoritajiet Rumeni sal-15 ta’ Ottubru 1982 skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, kemm-il darba ma tkunx ittieħdet deċiżjoni mod ieħor, skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija hawn fuq, qabel l-1 ta’ Diċembru 1983.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista ta’ dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Mejju 1993.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta u jekk meħtieġ emendata qabel l-1 ta’ Settembru 1983.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ April 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 34.

--------------------------------------------------

ANNESS

nru ta' l-approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |

| |

I.LAĦAM BOVIN

A.Biċċerija u impjant tat-tqattigħ

N | 11 | Industria Carnii Turnu Severin | Turnu Severin |

B.Biċċeriji

N | 2 | Industria Carnii Bacau | Bacau |

N | 10 | Industria Carnii Tirgu-Mures | Tirgu-Mures |

N | 14 | Industria Carnii Constanta | Constanta |

Ċ.Impjanti tat-tqattigħ

N | 7 | Industria Carnii Hateg | Hateg |

N | 9 | Industria Carnii Constanta | Constanta |

N | 23 | Frigorifer Sibiu | Sibiu |

N | 25 | Industria Carnii Tirgu-Mures | Tirgu-Mures |

N | 26 | Industria Carnii Bacau | Bacau |

N | 30 | Antrepozitul Frigorifio NR 30 Timisoara | Timisoara |

N | 42 | Fabrica de Conserve de Carne, Semiconserve, Frigorifer Suceava | Suceava |

N | 61 | Industria Carnii Buzau | Buzau |

N | 83 | Antrepozitul Frigorifio - Piatra Neamt | Piatra Neamt |

II.LAĦAM TAL-MAJJAL

A.Biċċeriji u impjanti tat-tqattigħ

N | 11 | Industria Carnii Turnu Severin | Turnu Severin |

N | 61 | Industria Carnii Buzau | Buzau |

B.Biċċeriji

N | 2 | Industria Carnii Bacau | Bacau |

N | 10 | Industria Carnii Tirgu-Mures | Tirgu-Mures |

N | 14 | Industria Carnii Constanta | Constanta |

Ċ.Impjanti ta' tqattigħ

N | 7 | Industria Carnii Hateg | Hateg |

N | 9 | Industria Carnii Constanta | Constanta |

N | 23 | Frigorifer Sibiu | Sibiu |

N | 25 | Industria Carnii Tirgu-Mures | Tirgu-Mures |

N | 26 | Industria Carnii Bacau | Bacau |

N | 30 | Antrepozitul Frigorifio NR 30 Timisoara | Timisoara |

N | 42 | Fabrica de Conserve de Carne, Semiconserve, Frigorifer Suceava | Suceava |

N | 83 | Antrepozitul Frigorifio - Piatra Neamt | Piatra Neamt |

--------------------------------------------------

Top