Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0050

    Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 1982 li temenda l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta' Lulju 1962, dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċertu tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri

    ĠU L 27, 4.2.1982, p. 22–23 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Impliċitament imħassar minn 32006L0094

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/50/oj

    31982L0050



    Official Journal L 027 , 04/02/1982 P. 0022 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0192
    Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0038
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0192
    Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0038


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-19 ta' Jannar 1982

    li temenda l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta' Lulju 1962, dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċertu tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri

    (82/50/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kommissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi huwa xieraq li jkun provdut li ċerti tipi ta' trasport, eżentati minn sistemi ta' kwota taħt l-ewwel Direttiva, tat-23 ta' Lulju 1962 [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 80/79/KEE [4], għandhom jiġu eżentati wkoll minn kull sistema ta' awtorizzazzjoni;

    Billi ċerti tipi oħra ta' trasport jistgħu jiġu eżentati minn kull sistema ta' kwota jew awtorizzazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

    L-Artikolu 1

    1. "14. It-trasport ta' spare parts għal bastimenti tal-baħar u inġenji ta' l-ajru.

    15. Tranżitu, fi stat mhux mgħobbi, ta' vettura użata għat-trasport ta' merkanzija u maħsuba biex tissostitwixxi vettura li saret mhux tajba għas-servizz fi Stat Membru ta' xort'oħra minn dak li fih tkun irregistrata, u l-kontinwazzjoni, mill-vettura bil-ħsara, tat-trasport taħt kopertura ta' awtorizzazzjoni maħruġa għal vettura li saret mhux tajba għas-servizz.

    16. It-trasport ta' oġġetti u biċċiet ta' l-arti għal eżibizzjonijiet jew għal skopijiet kummerċjali.

    17. It-trasport okkażjonali ta' oġġetti u materjali esklussivament għall-pubbliċità jew skopijiet ta' informazzjoni.

    18. It-trasport ta' materjal, proprjetajiet u annimali lejn jew minn eżibizzjonijiet teatrali, mużikali jew ta' film jew avvenimenti sportivi, ċirku, eżibizzjonijiet jew fieri, jew lejn jew mix-xandir ta' radju jew televiżjoni jew films:"

    2. L-Anness II ta' l-ewwel Direttiva tat-23 ta' Lulju 1962 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) il-kliem tal-punt 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    "2. It-trasport ta' prodotti maħsuba bħala mħażen għal bastimenti tal-baħar jew inġenji ta' l-ajru."

    (b) il-punti 3, 5 u 6 għandhom jitħassru.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformu ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1983. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan qabel l-1 ta' Lulju 1982.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Jannar 1982.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. de Keersmaeker

    [1] ĠU C 327, tal-15.12.1980, p. 65.

    [2] ĠU C 138, tad-9.6.1981, p. 56.

    [3] ĠU 70, tas-6.8.1962, p. 2005/62.

    [4] ĠU L 18, ta' l-24.1.1980, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top