This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981D0662
81/662/EEC: Commission Decision of 28 July 1981 amending Decisions 80/790/EEC, 80/799/EEC, 80/800/EEC, 80/801/EEC, 80/804/EEC and 80/805/EEC concerning animal health conditions and veterinary certification for the importation of fresh meat from Finland, Sweden, Norway, Australia, Canada and New Zealand respectively
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1981 li temenda d-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand rispettivament
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1981 li temenda d-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand rispettivament
ĠU L 237, 22.8.1981, p. 33–33
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31980D0790 | Emenda | anness | 01/01/1982 | |
Modifies | 31980D0799 | Emenda | anness | 01/01/1982 | |
Modifies | 31980D0800 | Emenda | anness | 01/01/1982 | |
Modifies | 31980D0801 | Emenda | anness | 01/01/1982 | |
Modifies | 31980D0804 | Emenda | anness | 01/01/1982 | |
Modifies | 31980D0805 | Emenda | anness | 01/01/1982 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31981D0662R(01) | ||||
Corrected by | 31981D0662R(02) |
Official Journal L 237 , 22/08/1981 P. 0033 - 0033
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0052
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1981 li temenda d-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja, l-Isvezja, in-Norveġja, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand rispettivament (81/662/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 77/98/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 16 tagħha, Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE tal-25 ta’ Lulju 1980 li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Finlandja [3], l-Isvezja [4], in-Norveġja [5], l-Awstralja [6], il-Kanada [7] u n-New Zealand [8] rispettivament ippreskrivew mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali biex jakkumpanjaw kunsinni ta’ laħam frisk; Billi huwa meħtieġ li jiġi modifikat il-kliem ta’ l-attestazzjoni tas-saħħa li tikkonċerna l-bruċellożi porċina, ovina u kaprina biex jiġu f’linja mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità ġà adottati dwar pajjiżi oħra li mhux membri; Billi l-miżuri li tiddisponi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi mad-Deċiżjonijiet 80/790/KEE, 80/799/KEE, 80/800/KEE, 80/801/KEE, 80/804/KEE u 80/805/KEE huma b’dan emendati billi jiġu mibdula it-tieni u t-tielet inċiżi (it-tielet u r-raba fid-deċiżjoni 80/804/KEE) tal-paragrafu IV (Attestazzjoni tas-saħħa) b’dan li ġej: "— fil-każ ta’ laħam frisk tal-majjal, annimali li ma jkunux ġew minn azjendi li għal raġunijiet ta’ saħħa huma suġġetti għall-projbizzjoni bħala riżultat ta’ tifqigħa ta’ bruċellożi porċina matul is-sitt ġimgħat ta’ qabel; — fil-każ ta’ laħam frisk tan-nagħaġ u l-mogħoż, annimali li ma jkunux ġew minn azjendi li għal raġunijiet ta’ saħħa huma suġġetti għall-projbizzjoni bħala riżultat ta’ tifqigħa ta’ bruċellożi ovina jew kaprina matul is-sitt ġimgħat ta’ qabel;." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1982. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1981. Għall-Kummissjoni Gaston Thorn Il-President [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 81. [3] ĠU L 233, ta’ l-4.9.1980, p. 47. [4] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 35. [5] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 38. [6] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 41. [7] ĠU L 236, tad-9.9.1980, p. 25. [8] ĠU L 236, tad-9.9.1980, p. 28. --------------------------------------------------