Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977L0311

    Id-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

    ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1–9 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0076

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1977/311/oj

    31977L0311



    Official Journal L 105 , 28/04/1977 P. 0001 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0016
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0022
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0016
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0026
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0026


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-29 ta’ Marzu 1977

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

    (77/311/KEE)

    IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi, sabiex tiġi implimentata l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3], għandhom jiġu adottati disposizzjonijiet li jassiguraw kondizzjonijiet tax-xogħol sikuri u, b’mod partikolari, il-protezzjoni tas-smiegħ ta’ ħaddiema agrikoli li jsuqu tali trattur;

    Billi dawn id-disposizzjonijiet huma partikolarment meħtieġa billi f’żewġ Stati Membri biss il-liġi tistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq tat- hawn fuq imsemmija;

    Billi d-disparitajiet fil-liġijiet nazzjonali hawn fuq imsemmija x’aktarx ixekklu l-kummerċ fil-Komunità u b’hekk jimpedixxu t-twaqqif u l-ħidma tas-suq komuni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew ċineg mingħajr tarf u li għandu mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tinsab fis-saħħa trattiva tiegħu u li jkun speċifikament iddisinjat biex jirmonka, jimbotta, iġġorr jew jagħti saħħa lil ċertu għodda, makkinarju jew karrijiet intenzjonati għal użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ tkun mgħammar biex iġorr tagħbija u passiġġieri.

    2. Din id- Direttiva għandha tapplika biss għal definiti fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u għandhom żewġ fusien u velocità massima skond id-disinn ta’ bejn 6 u 25 km/s.

    Artikolu 2

    1. Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip kee jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ kwalunkwe trattur minħabba raġunijiet relatati mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq jekk dan il-livell ikun fil-limiti li ġejjin:

    90 dB (A) skond l-Anness I, jew

    86 dB (A) skond l-Anness II.

    Għal perjodu transitorju li jiskadi f’data li għandha tiġi ffissata qabel l-1 ta’ Ottubru 1981 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad- Direttiva 74/150/KEE, il-limiti hawn fuq imsemmija għal testijiet skond 3.2.1.1 ta’ l-Anness I u 3.2.2.1 ta’ l-Anness II għandhom jiżdiedu b’ 6 dB (A).

    2. Għal perjodu transitorju li jiskadi f’data li għandha tiġi ffissata qabel l-1 ta’ Ottubru 1981 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ mingħajr kabina jekk il-livell ta’ storbju tagħhom ikun fil-limiti li ġejjin:

    96 dB (A) skond l-Anness I, jew

    92 dB (A) skond l-Anness II.

    Artikolu 3

    Għall-għanijiet ta’ din id- Direttiva, “kabina” tfisser kull struttura mibnija minn komponenti riġidi, trasparenti jew le, li tagħlaq totalment lis-sewwieq u tiżolah minn barra, u hi kapaċi li tinżamm magħluqa b’mod permanenti waqt is-servizz.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraq li kemm fil-presentazzjoni tal-bejgħ kif ukoll fir-riklamar ma jkun hemm xejn li jissuġġerixxi li t- għandhom karatteristiċi relatati mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq li huma fil-fatt ma jkollhomx.

    Artikolu 5

    Kwalunkwe emendi meħtieġa għall-adattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad- Direttiva 74/150/KEE.

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huwa kommunikat lill-Kummissjoni.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 1977.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Kaufman

    [1] ĠU C 127, tat-18.10.1974, p. 34

    [2] ĠU C 125, tas-16.10.1974, p. 30.

    [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL

    1. UNITA’ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL

    1.1. Unità ta’ kejl

    Il-livell ta’ storbju għandu jitkejjel b’dB b’piż A, espressa bħala dB (A).

    1.2. Apparat ta’ kejl

    Il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika.

    Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed.

    2. KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL

    Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod abnormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell ta’ l-istorbju;

    2.2. it-tyres għandhom jkunu minfuħin sall-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjoni u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u jekk jiġu mgħammra b’radiator blinds dawn għandhom jinżammu miftuħa waqt il-kejl;

    2.3. jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna ew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal-wind screen, fan ta’ l-arja sħuna jew power take-off, per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl;

    2.4. iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed; tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 m u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livellata li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti ta’ tolleranzi ta’ żball ta’ l-apparat li jkejjel;

    2.5. il-wiċċ tal-korsa għandu ikun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit-tyres;

    2.6. it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ. Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun mill-inqas 10 dB (A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur.

    2.7. jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi irmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għat-tulta’ l-interferenza.

    2.8. il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa.

    3. METODU TA’ KEJL

    3.1. Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju,

    Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikfrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.

    3.2. Il-livell massimu ta’ storbju f’dB (A) għandu jiġi determinat kif ġej:

    3.2.1. l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) fi li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa u magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl.

    3.2.1.1. Waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurta’ fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa;

    3.2.2. l-istorbju għandu jiġi mkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi ma’ l-istorbju massimu fil-gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb ta’ 7.25 km/h.

    Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl;

    3.2.3. l-istorbju għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi ma’ l-istorbju massimu f’ kull gear barra dak imsemmi f’ 3.2.2 li fuqha l-livell ta’ storbju rreġistrat huwa ta’ mill-inqas 1 dB (A) ‘l fuq minn dak irreġistrat fuq il-gear imsemmi f’ 3.2.2.

    Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl;

    3.2.4. l-istorbju għandu jitkejjel bid-disinn ta’ veloċità massima tat-trattur mhux mgħobbi.

    3.3. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi kejl tal-livell ta’ storbju mwettqa taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    3.3.1. fuq il-gear li jagħti veloċità l-eqreb għal 7.25 km/h;

    3.3.2. fuq kull gear, jekk il-kundizzjonijiet deskritti f’ 3.2.3 jiġu mħarsa;

    3.3.3. fil-veloċità massima skond id-disinn.

    4. KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI

    Il-kejl deskritti f’ 3.2.1, 3.2.2, 3.2.3 u 3.2.4 ma jistgħux jaqbżu l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL

    1. UNITÀ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL

    1.1. Unità ta’ kejl

    Il-livell ta’ storbju għandu jitkejjel b’dB b’piż A, espressa bħala dB (A).

    1.2. Apparat ta’ kejl

    I l-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika.

    Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed.

    2. KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL

    Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod abnormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell ta’ l-istorbju;

    2.2. it-tyres għandhom jkunu minfuħin sall-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjon u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u, jekk il-magna ikollha louvres li jkessħu, dawn għandhom jinżammu kompletament miftuħa;

    2.3. jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna jew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal-wind screen, fan ta’ l-arja sħuna jew power take-off, per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl;

    2.4. iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed: tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 m u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livella li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball ta’ l-apparat li jkejjel.

    2.5. il-wiċċ tal-korsa għandu ikun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit-tyres;

    2.6. it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ.

    Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun ta’ mill-inqas 10 dB (A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur.

    2.7. jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi irmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għal kemm iddum l-interferenza.

    2.8. il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa.

    3 METODU TA’ KEJL

    3.1. Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju.

    Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.

    3.2. Il-livell ta’ storbju għandu jiġi determinat kif ġej:

    3.2.1. it-trattur għandu jinstaq tul is-sezzjoni bl-istess veloċità tat-test mill-inqas tlett darbiet għal mill-inqas 10 sekondi;

    3.2.2. l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) fi li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl.

    3.2.2.1. Waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurtà fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa;

    3.2.3. l-istorbju għandu jiġi mkejjel bl-rpm massimu permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod i.e. fuq il-gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb lejn 7.25 km/h bl-rpm mogħtija. It-trattur ma jistax ikun mgħobbi meta jkun qiegħed isir il-kejl.

    4. KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI

    Il-kejl deskritti f’ 3.2.2 u 3.2.3 ma jistgħux jaqbżu il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS- SEDIL

    1. DEFINIZZJONI

    1.1. Il-punt ta’ referenza tas-sedil (S) għandu jkun il-punt fuq il-pjan lonġitudinali ċentrali tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-biċċa ta’ isfel tas-serħan tad-dahar u l-pjan orizzontali jissallbu. Dan il-pjan orizzontali jaqsam il-wiċċ ta’ taħt tal-bord tas-sedili 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil.

    2. DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS- SEDIL

    2.1. Il-punt ta’ referenza għandu jinstab bl-użu ta’ apparat muri fil-figuri 1 u 2 ta’ l-Appendiċi ta’ dan l-Anness, li jagħmilha possibbli li jissimula tagħbija minn okkupant uman.

    2.2. Is-sedil għandu jiġi issettjat fil-punt tan-nofs tal-medda permessa għal aġġustament vertikali, u dan l-aġġustament għandu jkun indipendenti mill-aġġustament orizzontali. Għal skopijiet sabiex tiġi determinata l-lokalità tal-mikrofonu msemmija fis-sezzjoni 3 ta’ l-Annessi I u II, is-sedil għandu jkun fil-punt jew kemm jista’ jkun viċin tal-punt tan-nofs tal-medda ta’ aġġustament orizzontali.

    3. DESKRIZZJONI TA’ L- APPARAT

    3.1. L-apparat imsemmi f’2.1 għandu jikkonsisti f’bord tas-sedil u żewġ bordijiet ta’ serħan tad-dahar.

    3.2. Il-bord l-iktar baxx tas-serħan tad-dahar għandu jitwaħħal fir-reġjun ta’ l-għadma tal-ġenbejn (A) u tal-ġenbejn (B), u l-ġog (B) għandu jkun aġġustabbli fl-għoli (ara l-figura 2).

    4. ARMAR TA’ L- APPARAT

    L-apparat għandu jiġi armat kif ġej:

    4.1. l-apparat għandu jitpoġġa fuq is-sedil;

    4.2. għandu jiġi mbagħad mgħobbi b’forza ta’ 550 N f’punt 50 mm quddiem il-ġog (A), u ż-żewġ bordijiet tas-serħan tad-dahar għandhom jiġu pressati bil-mod u b’mod tanġenzjali kontra s-serħan tad-dahar.

    4.3. jekk ma jkunx possibbli li tiddetermina tanġent definittiv għaż-żona t’isfel tas-serħan tad-dahar, il-parti t’isfel tal-bord tas-serħan tad-dahar f’pożizzjoni vertikali għandha tintgħafas bil-mod kontra d-dahar.

    4.4. fil-każ ta’ sedili b’sospensjoni li aġġustabbli għatt-toqol tas-sewwieq, is-sospensjoni għandha tiġi issettjata b’mod li s-sedil ikun f’punt ekwidistanti miż-żewġ posizzjonijiet estremi tiegħu.

    --------------------------------------------------

    Top