Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973R1707

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 1707/73 tas-26 ta' Ġunju 1973 li jipprovdi għall-miżuri speċjali fir-rigward taż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa għaż-żriegħ, u li jaddatta fir-rigward ta' dawn il-prodotti in-nomenklatura mogħtija fir-Regolamenti Nru 136/66/KEE, (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 950/68

    ĠU L 175, 29.6.1973, p. 5–6 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1973/1707/oj

    31973R1707



    Official Journal L 175 , 29/06/1973 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 1707/73

    tas-26 ta' Ġunju 1973

    li jipprovdi għall-miżuri speċjali fir-rigward taż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa għaż-żriegħ, u li jaddatta fir-rigward ta' dawn il-prodotti in-nomenklatura mogħtija fir-Regolamenti Nru 136/66/KEE, (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 950/68

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [1] tas-26 ta' Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ ikopri ż-żrieragħ taż-żejt u l-frott oleoġenju għaż-żriegħ li jidħol fit-tariffa bl-intestatuta Nru ex 12.01; billi, għalhekk, dawk iż-żrieragħ ma jidħlux aktar fl-iskop tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [2] tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet, kif l-aħħar emendat bl-Att li jikkonċerna l-Kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni u l-Aġġustamenti tat-Trattati; billi, għalhekk, huwa meħtieġ li tkun irratifikata n-nomenklatura li tirrigwardja l-prodotti elenkati f'Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 136/66/KEE u f'Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 [3]; billi r-Regolament (KEE) Nru 950/68 [4] dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1014/73 [5] għandu jkun mibdul kif xieraq;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2358/71, li ilu japplika sa mill-1 ta' Lulju 1972, ma jagħmel l-ebda dispożizzjoni dwar ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti li hu jkopri; billi, sabiex jiffaċilita t-transizzjoni mis-sistema li hemm provvediment dwarha f'Artikolu 28 tar-Regolament Nru 136/66/KEE lejn is-sistema l-ġdida, dispożizzjoni għandha ssir għall-miżuri li bihom ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tista' tkun mogħtija matul perijodu limitat fuq iż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa għaż-żriegħ li huma esportati jew li dwarhom iffissar bil-quddiem ikun mitlub matul dak il-perjodu;

    ADOTTA DAN ID-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-Kapitolu 12 ta' l-Anness "Tariffa Komuni Doganali" tar-Regolament (KEE) Nru 950/68, it-tariffa bl-intestatura Nru 12.01 għandha tkun emendata biex tinqara kif ġej:

    Intestatura Nru | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Rata tad-dazju |

    % awtonomu jew levy | % konvenzjonali |

    1 | 2 | 3 | 4 |

    | A.Għaż-żriegħ | B'xejn | |

    | B.Oħrajn | B'xejn | |

    Artikolu 2

    1. It-test ta' Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament 136/66/KEE huwa emendat biex jinqara kif ġej:

    "(a) 12.01 | Żrieragħ taż-żejt u l-frott oleoġenju, sħiħ jew imfarrak: |

    BOħrajn." |

    2. It-test ta' Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 f'dak li jikkonċerna t-tariffa bl-intestatura Nru ex 12.01 huwa mibdul b'dan it-test li ġej:

    "12.01 | Żrieragħ taż-żejt u l-frott oleoġenju, sħiħ jew imfarrak: |

    AGħaż-żriegħ." |

    Artikolu 3

    Ir-rifużjoni li hemm provediment dwarha f'Artikolu 28 tar-Regolament Nru 136/66/KEE għandha tkun mogħtija għall-esportazzjoni taż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa għaż-żriegħ li kienu ġew esportati jew li dwarhom ir-rifużjoni kienet iffissata bil-quddiem matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 1972 sal-31 ta' Jannar 1973.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Settembru 1973.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ġunju 1973.

    Għal-Kunsill

    Il-President

    R. Van Elslande

    [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

    [2] ĠU No 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

    [3] ĠU No L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

    [4] ĠU No L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

    [5] ĠU No L 106, ta' l-20.4.1973, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top