This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972D0279
72/279/EEC: Council Decision of 31 July 1972 setting up a Standing Committee for Agricultural Statistics
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Information about publishing Official Journal Special Edition not found, P. 838 - 838 Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 179 , 07/08/1972 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0235
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0797
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0235
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0838
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0100
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0060
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0060
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (72/279/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat l-abbozz tad-deċiżjoni mibgħuta mill-Kummissjoni; Billi, għall-għan li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, dispożizzjoni għandha ssir fl-atti adottati mill-Kunsill li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istatistika agrikola għal proċedura li tistabbilixxi koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; billi, sabiex tinkiseb koperazzjoni bħal dik, għandu jitwaqqaf Kumitat biex iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu minn atti bħal dawk; Billi huwa mixtieq li dan il-Kumitat għandu jikkunsidra kull kwistjoni oħra li tista tinqala’ b’konnessjoni ma’ atti bħal dawn, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il- "Kumitat") huwa b’dan imwaqqaf; għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President. Artikolu 2 Il-Kumitat għandu jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu bid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qasam ta’ l-istatistika agrikola fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet provduti fihom. Jista’, barra minn hekk, jikkunsidra kull kwistjoni oħra li tista’ tinqala’ b’konnessjoni ma’ dispożizzjonijiet bħal dawk u riferita lilu mill-President jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba ta’ xi Stat Membru. Artikolu 3 Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp --------------------------------------------------