Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970R1253

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1253/70 tad-29 ta’ Ġunju 1970 li jemenda diversi Regolamenti agrikoli rigward il-liċenzi u imposti.

    ĠU L 143, 1.7.1970, p. 1–2 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(II) P. 405 - 406

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/1999

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1970/1253/oj

    31970R1253



    Official Journal L 143 , 01/07/1970 P. 0001 - 0002
    Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0351
    English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0405
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0233
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0233


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1253/70

    tad-29 ta’ Ġunju 1970

    li jemenda diversi Regolamenti agrikoli rigward il-liċenzi u imposti.

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni fis-suq tas-settur tax-"xaħam" [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 2146/68 [2], u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 17.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 162/66/KEE [3] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, u b’mod partikolari l-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 16.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 120/67/KEE [4] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 [5], u b’mod partikolari l-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 16.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 122/67/KEE [6] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 436/70 [7], u b’mod partikolari tas-subparagrafu 4 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 9.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 359/67/KEE [8] tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 2463/69, u b’mod partikolari l-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 17.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 1009/67/KEE [9] tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-regolament (KEE) Nru. 853/70 [10], u b’mod partikolari tal-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 17.

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 804/68/KEE [11] tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-qasam taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-regolament (KEE) Nru. 2622/69 [12], u b’mod partikolari tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 17.

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni.

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [13]

    Billi r-Regolamenti Nri. 136/66/KEE, 120/67/KEE, 359/67/KEE, 1009/67/KEE u 804/68 li jistabbilixxu li l-importazzjoni kollha fil-Komunità u l-esportazzjoni ’l barra mill-Komunità tal-prodotti kkonċernati huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-esportazzjoni u l-esportazzjoni; billi r-regolamenti msemmija jistabbilixxu sistema għall-iffissar bil-quddiem ta’ qabel ma jittieħdu l-kampjuni jew tar-restituzzjoni tagħhom; billi għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ l-estensjoni fil-qasam ta’ xi azzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni fil-Komunità kollha, biex tippreċiża li meta jkun hemm sistema ta’ l-iffisser bil-quddiem ta’ kif jittieħdu u jkunu restitwiti l-kampjuni, dawk iċ-ċertifikati jkunu użati bħala mezz ta’ ġustifikazzjoni għall-fissazzjoni bil-quddiem.

    Billi ċerti regolamenti li jwettqu r-regolazzjoni tas-suq komuni f’setturi differenti jagħrfu li modalità ta’ l-applikazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem tal-kampjuni tkun ikkontrollata mill-Kummissjoni skond il-proċeduri tal-kumitat ta’ ġestjoni; billi r-regolamenti l-oħra ma jitkellmux dwar dak is-suġġett; billi sitwazzjoni bħal din twassal f’ċerti każijiet għall-assenza ta’ regolamenti omoġenji skond is-settur tal-prodotti differenti; billi dan iwassal għal tħassib dwar is-sistema amministrattiva tajba ta’ ġestjoni dwar ir-regolamenti ta’ l-organizzazzjoni komuni fis-settur ta’ prodotti differenti skond l-istess proċedura.

    Billi r-regolamenti Nri. 120/67/KEE, No 121/67/KEE [14] 168/67/KEE [15] 175/67/KEE [16] 359/67/KEE, 1009/67/KEE, (KEE) 804/68, (KEE) 805/68 [17] (KEE) 365/68 [18], (KEE) 204/69 [19] u (KEE) 816/70 [20] dwar setturi ta’ prodotti agrikoli differenti jistabbilixxu li mill-1 ta’ Lulju 1970 iċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-iffissar bil-quddiem, skond il-każ, ikunu validi għall-operazzjoni mwettqa fil-Komunità kollha imma li l-limitu taż-żmien mistenni għat-twettiq b’effett ta’ dak il-prinċipju wera li mhumiex suffiċjenti, u għalhekk ikun hemm il-ħtieġa li dan jittawwal.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. "Meta l-kampjuni jkunu miġbura jew restitwiti jkun gie stabbilit bil-quddiem, l-iffissar bil-quddiem għandu jkun imwettaq maċ-ċertifikat li jintuża biex jiġġustifika dan tal-aħħar."

    2. "meta r-restituzzjoni tkun ġiet iffissata bil-quddiem, l-iffissar bil-quddiem għandu jkun imwettaq maċ-ċertifikat li jintuża biex jiġġustifika dan tal-aħħar."

    Artikolu 2

    1. "5. il-modalità ta’ l-applikazzjoni dwar l-iffissar bil-quddiem hija kkontrollata wara r-Regolament mistenni fl-Artikolu 26.

    6. il-laġġji huma, f’dan il-każ, stabbiliti mill-Kummissjoni."

    Artikolu 3

    Id-data ta’ l-‘1 ta’ Lulju 1970’ għandha tinbidel bl-‘1 ta’ Jannar 1971’ kif ġej:

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament 168/67/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament 12/67/KEE.

    - Fit-tieni Artikolu tar-Regolament 168/67/KEE.

    - Fl-Artikolu 5 biss tar-Regolament 175/67/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament 359/67/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament 1009/67/KEE.

    - Fit-tieni paragrafu u fl-ewwel punt ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament 804/68/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament 805/68/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament 865/68/KEE.

    - Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament 204/69/KEE.

    - Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament 816/70/KEE.

    Artikolu 4

    Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom ikunu effettivi mill-1 ta’ Lulju 1970

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta’ Ġunju 1970.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ch. Heger

    [1] ĠU Ċ 172 30.9.1966, p3025/66.

    [2] ĠU L 314 31.12.1968, p1

    [3] ĠU Ċ 197, 29.10.1966, p3393/66.

    [4] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2269/67.

    [5] ĠU L 312, 12.12.1969 p3.

    [6] ĠU Ċ 117, 19.06.1967 p. 2293/67.

    [7] ĠU L 55, 10.3.1970 p1.

    [8] ĠU L 174, 31.7.1967 p1.

    [9] ĠU Ċ 308, 18.12.1967 p1.

    [10] ĠU L 103, 13.05.1970.

    [11] ĠU L 148, 28.06.1968 p13.

    [12] ĠU L 328, 31.12.1969 p8.

    [13] ĠU Ċ 80, 1.7.1970.

    [14] ĠU Ċ 117 19.6.1967. p. 2283/67.

    [15] ĠU Ċ 130 28.06.1967 p. 2593/67.

    [16] ĠU Ċ 130 28.06.1967.

    [17] ĠU L 148 28.6.1968. p24.

    [18] ĠU L 153 01.07.1968.

    [19] ĠU L 29 5.02.1969 p.1.

    [20] ĠU L 99 5.05.1970 p1.

    --------------------------------------------------

    Top