This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1934
Decision of the EEA Joint Committee No 109/2024 of 26 April 2024 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement [2024/1934]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2024 tas-26 ta' April 2024 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1934]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2024 tas-26 ta' April 2024 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1934]
ĠU L, 2024/1934, 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1934/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(70) | Tħassir | punt 23d Test | 31/12/2025 | |
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 23e |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1934 |
8.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 109/2024
tas-26 ta' April 2024
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1934]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1979 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li tistabbilixxi l-formola u l-bażijiet tad-data għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE (1) trid tiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1979 tħassar, b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 23d (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE):
|
2. |
It-test tal-punt 23d (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE) għandu jitħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025. |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1979 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ April 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 272, 20.10.2022, p. 14.
(2) ĠU L 355, 12.12.2014, p. 51.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1934/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)