This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1905
Decision of the EEA Joint Committee No 91/2024 of 26 April 2024 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2024/1905]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2024 tas-26 ta’ April 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1905]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2024 tas-26 ta’ April 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1905]
ĠU L, 2024/1905, 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1905/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 12zc inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 12zzzzzzzzzze |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1905 |
8.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 91/2024
tas-26 ta’ April 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1905]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/923 tat-3 ta’ Mejju 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward iċ-ċomb u l-komposti tiegħu fil-PVC (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1530 tas-6 ta’ Lulju 2023 li japprova l-estratt tal-Chrysanthemum cinerariaefolium mill-fjuri miftuħa u maturi tat-Tanacetum cinerariifolium miksub permezz tas-solventi idorkarburiċi, bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12zzzzzzzzzzd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2619):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2023/923 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1530 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ April 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(2) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 16.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1905/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)