Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1598

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1598]

    ĠU L, 2024/1598, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1598/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1598/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1598

    4.7.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 59/2024

    tal-15 ta’ Marzu 2024

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1598]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2484 tad-9 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE fir-rigward tal-inklużjoni tat-Tajwan fil-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita b’dik id-Deċiżjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 15qb (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “-

    32023 D 2484: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2484 tad-9 ta’ Novembru 2023 (ĠU L, 2023/2484, 10.11.2023).”

    Artikolu 2

    It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2484 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2024.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)   ĠU L, 2023/2484, 10.11.2023.

    (*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1598/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top