EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1555

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2024 tat-2 ta’ Frar 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1555]

ĠU L, 2024/1555, 27.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1555/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1555/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1555

27.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 15/2024

tat-2 ta’ Frar 2024

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1555]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2089 tat-28 ta’ Settembru 2023 li japprova l-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2100 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-ossidu tar-ram għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2101 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2377 tat-28 ta’ Settembru 2023 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda u tar-ram bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2378 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-alfakloralożju għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 14 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2380 tat-28 ta’Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-karbonat tar-ram bażiku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2386 tad-29 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-idrossidu tar-ram għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzzzzzn (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/471) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12zzzzzzzzzo.

32023 R 2089: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2089 tat-28 ta’ Settembru 2023 li japprova l-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 102).

12zzzzzzzzzp.

32023 D 2100: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2100 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-ossidu tar-ram għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 145).

12zzzzzzzzzq.

32023 D 2101: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2101 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 147).

12zzzzzzzzzr.

32023 D 2377: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2377 tat-28 ta’ Settembru 2023 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda u tar-ram bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2377, 3.10.2023).

12zzzzzzzzzs.

32023 D 2378: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2378 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-alfakloralożju għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 14 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2378, 3.10.2023).

12zzzzzzzzzt.

32023 D 2380: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2380 tat-28 ta’Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-karbonat tar-ram bażiku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2380, 2.10.2023).

12zzzzzzzzzu.

32023 D 2386: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2386 tad-29 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-idrossidu tar-ram għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2386, 2.10.2023).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2089 u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2100, (UE) 2023/2101, (UE) 2023/2377, (UE) 2023/2378, (UE) 2023/2380 u (UE) 2023/2386 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 241, 29.9.2023, p. 102.

(2)   ĠU L 241, 29.9.2023, p. 145.

(3)   ĠU L 241, 29.9.2023, p. 147.

(4)   ĠU L, 2023/2377, 3.10.2023.

(5)   ĠU L, 2023/2378, 3.10.2023.

(6)   ĠU L, 2023/2380, 2.10.2023.

(7)   ĠU L, 2023/2386, 2.10.2023.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1555/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top