This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1006
Decision of the EEA joint committee No 238/2023 of 22 September 2023 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2024/1006]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1006]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1006]
ĠU L, 2024/1006, 25.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1006/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XVIII punt 4zzr inċiż |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1006 |
25.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 238/2023
tat-22 ta’ Settembru 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1006]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4zzr (id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32022 L 2380: Id-Direttiva (UE) 2022/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 30).” |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva (UE) 2022/2380 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 315, 7.12.2022, p. 30.
(*1) No constitutional requirements indicated.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1006/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)