This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0942
Decision of the EEA joint committee No 200/2023 of 22 September 2023 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2024/942]
Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 200/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/942]
Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 200/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/942]
ĠU L, 2024/942, 25.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/942/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu III punt 11 inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu III punt 12 inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu III punt 13 inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu III punt 2 inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu III punt 3 inċiż |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/942 |
25.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 200/2023
tat-22 ta’ Settembru 2023
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/942]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra, fir-rigward tal-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari (1) għandha tiġi inkorporaafil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE), fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE), fil-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE), fil-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE) u fil-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32021 L 0971: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 (ĠU L 214, 17.6.2021, p. 62).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2021/971 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 214, 17.6.2021, p. 62.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/942/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)