This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0134
Decision of the EEA Joint Committee No 145/2021 of 23 April 2021 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex IV (Energy) to the EEA Agreement [2024/134]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2021 tat-23 ta’ April 2021 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/134]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2021 tat-23 ta’ April 2021 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/134]
ĠU L, 2024/134, 25.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/134/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu IV punt 6l inċiż | ||
Modifies | 21994A0103(54) | Żieda | punt 26m inċiż |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/134 |
25.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 145/2021
tat-23 ta’ April 2021
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/134]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħieġ għalhekk, li l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32020 R 1000: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 26m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32020 R 1000: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) Nru 2020/1000 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/134/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)