Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0025

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE 2024/25

    ĠU L, 2024/25, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/25/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/25/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/25

    11.1.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 3/2021

    tal-5 ta’ Frar 2021

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE 2024/25

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 iħassar, b’effett mill-21 ta’ April 2021, id-Direttivi tal-Kunsill 92/66/KEE (3), 2001/89/KE (4), 2003/85/KE (5) u 2005/94/KE (6), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement iridu jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mill-21 ta’ April 2021.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (5)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13d (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/999) fil-Parti 1.1:

    “13e.

    32020 R 0687: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

    Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.

    13f.

    32020 R 0692: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

    Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

    2.

    It-testi tal-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE), tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), tal-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE) u tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE) fil-Parti 3.1, għandhom jitħassru b’effett mill-21 ta’ April 2021.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2020/687 u (UE) 2020/692 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020 (7), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Clara GANSLANDT


    (1)   ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64.

    (2)   ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379.

    (3)   ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

    (4)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

    (5)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

    (6)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (7)   ĠU L 240, 28.9.2023, p. 5.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/25/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top