EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз
Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 22024A01414
Voluntary Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Côte d’Ivoire on forest law enforcement, governance and trade in timber and derived products to the European Union (FLEGT)
Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
ST/12902/2023/INIT
ĠU L, 2024/1414, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Датата на влизане в сила не е известна (предстоящо уведомление) или документът все още не е в сила.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1414 |
27.5.2024 |
Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,
u
IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA TAL-AVORJU, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kosta tal-Avorju”;
minn hawn ’il quddiem imsejħin individwalment “Parti” u flimkien “Partijiet”,
BILLI hemm relazzjonijiet mill-qrib ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju, b’mod partikolari fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u rrivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, kif ukoll fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Côte d’Ivoire, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Abidjan fis-26 ta’ Novembru 2008 u fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009;
BILLI l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew intitolata “L-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE” tal-21 ta’ Mejju 2003 tikkostitwixxi l-ewwel pass fil-ġlieda kontra l-problema urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat miegħu;
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tat-3 sal-14 ta’ Ġunju 1992, b’mod partikolari tal-prinċipju 10 tagħha dwar l-importanza tal-aċċess għall-informazzjoni, tas-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku u tal-parteċipazzjoni tiegħu fit-trattament ta’ kwistjonijiet ambjentali, u tal-prinċipju 20 tagħha dwar ir-rwol vitali tan-nisa fil-ġestjoni tal-ambjent u fl-iżvilupp, kif ukoll tal-prinċipju 22 tagħha dwar ir-rwol vitali tal-popolazzjonijiet u tal-komunitajiet indiġeni u ta’ komunitajiet lokali oħra fil-ġestjoni tal-ambjent u fl-iżvilupp;
BILLI tqiesu d-dikjarazzjoni ta’ prinċipji li mhumiex legalment vinkolanti, iżda huma awtorevoli, għal kunsens dinji dwar il-ġestjoni, iż-żamma u l-użu ekoloġikament sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, adottata bl-istess mod mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tat-3 sal-14 ta’ Ġunju 1992 u r-Riżoluzzjoni, strument mhux legalment vinkolanti, dwar it-tipi kollha ta’ foresti, adottata fis-17 ta’ Diċembru 2007 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti;
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni Afrikana dwar il-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali, adottata fil-11 ta’ Lulju 2003 f’Maputo;
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), b’mod partikolari l-ħtieġa għal permessi ta’ esportazzjoni tas-CITES jew ċertifikati tal-oriġini maħruġa mill-partijiet fis-CITES, għal kampjuni tas-siġar tal-foresti elenkati fl-Annessi II jew III tagħha;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-prinċipji u lir-regoli li jirregolaw il-kummerċ multilaterali, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 u fil-ftehimiet multilaterali l-oħra elenkati fl-Anness 1A tal-Ftehim li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ iffirmat ġewwa Marrakech fil-15 ta’ April 1994, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu applikati b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;
WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-kontribut tal-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ sħubija volontarja FLEGT fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fl-isforzi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti inklużi l-konservazzjoni, iż-żieda tal-ħażniet tal-karbonju u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (REDD+);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rwol tal-foresti fil-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima u jfakkru, f’dan il-kuntest, fil-Ftehim ta’ Pariġi adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 bħala parti mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu dwar it-teħid ta’ miżuri għall-konservazzjoni u, fejn xieraq, it-titjib ta’ bjar u ta’ riżervi ta’ gassijiet serra, fost oħrajn il-foresti;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenji biex jinġiebu fi tmiem u jitreġġgħu lura d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija sal-2030, li jinsabu fid-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art, iffirmata mill-Partijiet fl-okkażjoni tas-Summit Globali dwar il-Klima (COP26) li sar fl-Iskozja mill-31 ta’ Ottubru sat-13 ta’ Novembru 2021;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn u d-determinazzjoni tal-Partijiet favur l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti stabbiliti fil-programm 2030, u b’mod partikolari l-kontribut li l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ sħubija volontarja FLEGT se tagħti għall-kisba tal-għanijiet 5 u 15 bil-mira, rispettivament, li jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet, kif ukoll il-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, it-twaqqif tad-deforestazzjoni u t-teħid ta’ miżuri biex jiġi indirizzat it-traffikar ta’ prodotti illegali derivati minn speċijiet selvaġġi;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-isforzi magħmula mill-Kosta tal-Avorju biex tistabbilixxi sistema ta’ verifika tal-legalità bl-għan li tiżgura li l-injam u l-prodotti derivati kollha jikkonformaw mal-qafas legali u japplikaw għas-suq nazzjonali u għall-esportazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati li ġejjin mill-Kosta tal-Avorju;
BILLI tqiesu l-importanza mogħtija mill-Partijiet lill-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mingħajr diskriminazzjoni, fost oħrajn tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat kif ukoll tal-popolazzjoni lokali, u lis-suċċess tal-politiki ta’ governanza tal-foresti, b’mod partikolari permezz tal-konsultazzjonijiet u tal-informazzjoni għall-pubbliku;
BILLI tqiesu l-Politika tal-Preservazzjoni, tar-Restawr u tal-Estensjoni tal-Foresti tal-Kosta tal-Avorju u l-liġi tal-foresti Ivorjana mmirati lejn il-preservazzjoni tal-bijodiversità, il-kisba ta’ kopertura tal-foresti ta’ 20 % sal-2030, iż-żamma ta’ klima favorevoli għall-iżvilupp ta’ attivitajiet soċjoekonomiċi u agrikoli u l-konformità mal-impenji internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju;
BILLI dan il-Ftehim jikkostitwixxi wieħed mill-pilastri ċentrali tal-programm għat-titjib tal-governanza tal-foresti fil-Kosta tal-Avorju, prinċipalment fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Foresti, tal-liġi dwar il-qasam tal-artijiet rurali, tal-Kodiċi tax-Xogħol, tal-Kodiċi dwar l-Ambjent, tal-leġiżlazzjoni doganali u tal-leġiżlazzjoni kummerċjali kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet regolamentari nazzjonali u internazzjonali oħra fil-qasam tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-kummerċ tal-injam;
BILLI l-leġiżlazzjoni tal-foresti tal-Kosta tal-Avorju tistabbilixxi r-regoli dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tiddefinixxi qafas li jiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Preservazzjoni, tar-Restawr u tal-Estensjoni tal-Foresti;
BILLI t-trattati internazzjonali dwar l-ambjent u l-forestrija rratifikati mill-Kosta tal-Avorju jiffurmaw parti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li min-naħa tagħha sservi bħala bażi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politika tal-foresti tal-pajjiż;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipji tar-rispett reċiproku, tas-sovranità, tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni tal-Partijiet u jirrikonoxxu l-benefiċċji li jirriżultaw minn dan il-Ftehim,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
a) |
“awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji”: il-korp magħżul jew imwaqqaf mill-Kosta tal-Avorju biex joħroġ u jivvalida l-liċenzji FLEGT; |
b) |
“liċenzja FLEGT”: dokument maħruġ mill-Kosta tal-Avorju, stampat jew b’mod elettroniku, li jiċċertifika li l-injam jew il-prodotti derivati minn spedizzjoni maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni huma prodotti u vverifikati f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u ma’ dan il-Ftehim; |
c) |
“awtoritajiet kompetenti”: l-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jivverifikaw u jaċċettaw il-liċenzji FLEGT; |
d) |
“injam u prodotti derivati”: il-prodotti elenkati fl-Anness I; |
e) |
“injam u prodotti derivati fi tranżitu”: l-injam u l-prodotti derivati kollha li joriġinaw minn pajjiż terz li jidħlu fit-territorju tal-Kosta tal-Avorju taħt il-kontroll doganali u joħorġu minnu bl-istess mod filwaqt li jżommu l-pajjiż tal-oriġini tagħhom u mingħajr ma jkunu ġew ipproċessati jew kummerċjalizzati; |
f) |
“injam prodott legalment”: l-injam u l-prodotti derivati maħsuda jew importati u l-prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju stipulata fl-Anness II; fil-każ ta’ injam importat, tfisser prodotti tal-injam maħsuda, prodotti u esportati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-ħsad u mal-proċeduri deskritti fl-Anness III; |
g) |
“kodiċi SA”: kodiċi ta’ massimu ta’ sitt ċifri li jidher fin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, magħmula fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u kif sussegwentement emendata; |
h) |
“spedizzjoni”: kwantità ta’ injam u prodotti derivati koperta minn liċenzja FLEGT, mibgħuta mill-Kosta tal-Avorju minn speditur u ppreżentata f’uffiċċju doganali tal-Unjoni biex titpoġġa f’ċirkolazzjoni ħielsa; |
i) |
“esportazzjoni”: l-azzjoni tal-ħruġ jew tat-teħid ’il barra tal-injam u tal-prodotti derivati mit-territorju doganali tal-Kosta tal-Avorju; |
j) |
“importazzjoni fl-Unjoni”: ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni skont l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2), tal-injam u tal-prodotti derivati li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali” kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (21), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3); |
k) |
“rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa”: proċedura doganali tal-Unjoni li tikkonferixxi l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni lil merkanzija li ma tkunx mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
Artikolu 2
Suġġett
1. L-għan ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mal-impenn komuni tal-Partijiet li jiġġestixxu b’mod sostenibbli t-tipi kollha ta’ foresti, huwa, minn naħa waħda, li jipprovdi qafas legali biex jiżgura li l-injam u l-prodotti derivati kollha hekk kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (d), u importati fl-Unjoni mill-Kosta tal-Avorju jkunu ġew prodotti legalment u, min-naħa l-oħra, li jippromwovi l-kummerċ ta’ dan l-injam u tal-prodotti derivati kif ukoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sostenibbiltà.
2. Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet sabiex jiffaċilita u jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, kif ukoll biex isaħħaħ l-applikazzjoni tal-liġi tal-foresti u l-governanza.
Artikolu 3
L-iskema ta' liċenzjar FLEGT
1. Hija stabbilita skema ta’ liċenzji FLEGT bejn il-Partijiet. Din tistabbilixxi grupp ta’ proċeduri u ta’ rekwiżiti biex jiġi vverifikat u ċċertifikat, permezz tal-liċenzji FLEGT, li l-injam u l-prodotti derivati mibgħuta lejn l-Unjoni jkunu ġew prodotti legalment. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u ma’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha taċċetta tali spedizzjonijiet mill-Kosta tal-Avorju għall-importazzjoni lejn l-Unjoni biss jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.
2. L-iskema ta’ liċenzji FLEGT għandha tapplika għall-injam u għall-prodotti derivati kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (d).
3. Il-Partijiet għandhom jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-iskema ta’ liċenzji FLEGT.
Artikolu 4
Awtorità li toħroġ il-liċenzji
1. Il-Kosta tal-Avorju għandha taħtar l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji u għandha tikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Partijiet għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni.
2. L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru l-ispedizzjonijiet ta’ injam prodott legalment fil-Kosta tal-Avorju u maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont il-proċeduri deskritti fl-Anness V.
3. L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT biss għall-ispedizzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati li jkunu ġew soġġetti għal verifika li tkun ikkonfermat il-legalità tagħhom kif previst fl-Artikolu 8.
4. F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha żżomm u tippubblika l-proċeduri tagħha għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. Hija għandha żżomm ukoll aġġornati r-reġistri tal-ispedizzjonijiet kollha koperti minn liċenzji FLEGT u, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, tagħmilhom aċċessibbli, għall-finijiet ta’ awditi indipendenti kif previst fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim u tal-osservazzjoni indipendenti kif stabbilit fl-Anness III.
Artikolu 5
Awtoritajiet kompetenti
1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Kosta tal-Avorju bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Partijiet għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull trasportazzjoni tkun koperta b’liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik it-trasportazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ispedizzjoni jista’ jiġi sospiż u l-ispedizzjoni tista’ tinżamm jekk ikun hemm dubji fir-rigward tal-validità tal-liċenzja FLEGT.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistrazzjoni ta’ liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.
4. F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-awditur indipendenti magħżul mill-Kosta tal-Avorju l-aċċess għad-data u għad-dokumenti rilevanti.
5. L-injam u l-prodotti derivati mill-ispeċijiet elenkati fl-Annessi tal-Konvenzjoni CITES u koperti minn liċenzja FLEGT għandhom ikunu soġġetti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, biss għall-verifika meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (4). Fi kwalunkwe każ, il-liċenzja FLEGT tipprovdi l-assigurazzjoni li dawn il-prodotti ġew maħsuda legalment.
Artikolu 6
Liċenzji FLEGT
1. Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji sabiex jiċċertifikaw li l-injam u l-prodotti derivati ġew prodotti legalment.
2. Il-liċenzji FLEGT għandhom jiġu stabbiliti skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 1 tal-Anness V. Huma miktuba bil-Franċiż.
3. Il-Partijiet jistgħu, bi ftehim komuni, jistabbilixxu sistema elettronika għall-ħruġ, għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni tal-liċenzji FLEGT.
4. Il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT huma deskritti fl-Anness V.
Artikolu 7
Injam prodott legalment
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, qed tingħata definizzjoni ta’ “injam prodott legalment” fl-Artikolu 1, il-punt (f), u din qed tiġi speċifikata fl-Anness II. Dan l-Anness jiddeskrivi l-leġiżlazzjoni Ivorjana li trid tiġi rispettata sabiex l-injam u l-prodotti derivati jkunu koperti b’liċenzja FLEGT. Dan l-Anness jinkludi wkoll dokumentazzjoni li fiha l-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jservu bħala prova tal-konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni.
Artikolu 8
Verifika tal-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati
1. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi sistema li tivverifika li l-injam u l-prodotti derivati maħsuba għall-ispedizzjoni jkunu ġew prodotti legalment u li l-ispedizzjonijiet ivverifikati bħala tali biss jiġu esportati lejn l-Unjoni (aktar ’il quddiem imsejħa “sistema ta’ verifika tal-legalità” jew SVL). Is-SVL tinkludi proċeduri u kontrolli tal-konformità biex tiżgura li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista. Billi tuża din is-sistema, il-Kosta tal-Avorju tivverifika wkoll il-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati importati.
2. Is-SVL hija deskritta fl-Anness III.
Artikolu 9
Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ konsenji koperti minn liċenzja FLEGT
1. Il-proċeduri li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ spedizzjonijiet koperti b’liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness IV.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom bażi valida biex jissuspettaw li liċenzja FLEGT ma tkunx valida jew awtentika jew ma tikkorrispondix għall-ispedizzjoni li suppost tkun qed tkopri, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-proċeduri previsti fl-Anness IV.
3. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet persistenti fil-konsultazzjonijiet li jikkonċernaw il-liċenzji FLEGT, dan in-nuqqas ta’ qbil jew id-diffikultajiet jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni (KKI) stabbilit skont l-Artikolu 19.
Artikolu 10
Osservatur indipendenti
1. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-ħtieġa li jużaw is-servizzi ta’ awditur indipendenti f’intervalli miftiehma b’mod komuni sabiex jiżguraw il-prestazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL tal-Kosta tal-Avorju, kif definit fl-Anness VI.
2. Il-Kosta tal-Avorju għandha timpjega awditur indipendenti, b’konsultazzjoni mal-Unjoni, għall-kompiti elenkati fl-Anness VI.
3. L-awditur indipendenti għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Partijiet permezz ta’ rapporti, skont il-proċedura deskritta fl-Anness VI. Ir-rapporti tal-awditur indipendenti għandhom jiġu ppubblikati skont il-proċeduri previsti fl-Anness VI.
4. Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-awditur indipendenti, b’mod partikolari billi jiżguraw li dan ikollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-ħidma tiegħu. Madankollu, il-Partijiet jistgħu, f’konformità mal-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data, jastjenu milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li mhumiex awtorizzati li jikkomunikaw.
Artikolu 11
Irregolaritajiet
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub, f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim, jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evidenza ta’ ċirkomvenzjoni jew irregolaritajiet fl-iskema ta’ liċenzji FLEGT, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
a) |
kummerċ frawdolenti, b’mod partikolari permezz tar-ridirezzjonar tal-flussi kummerċjali mill-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz meta jidher li din saret bl-intenzjoni li tiġi evitata t-talba ta’ liċenzja; |
b) |
liċenzji FLEGT li jkopru injam u prodotti derivati li fihom injam minn pajjiż terz u li huma suspettati li huma prodotti illegalment; |
c) |
frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT. |
Artikolu 12
Data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT
1. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin, fil-qafas tal-KKI, malli jqisu li jkunu għamlu t-tħejjijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni kompluta tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.
2. Il-Partijiet għandhom jordnaw evalwazzjoni indipendenti tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT ibbażata fuq il-kriterji definiti fl-Anness VII. L-evalwazzjoni indipendenti għandha tiddetermina jekk is-SVL li fuqha hija bbażata l-iskema ta’ liċenzji FLEGT taqdix b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha.
3. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-KKI, il-Partijiet għandhom jaqblu fuq data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.
4. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar din id-data bil-miktub f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
Applikazzjoni tas-SVL għall-injam u l-prodotti derivati mhux esportati lejn l-Unjoni
Permezz tas-SVL, il-Kosta tal-Avorju tivverifika l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati maħsuba kemm għall-konsum nazzjonali kif ukoll għall-esportazzjoni lejn swieq barra mill-Unjoni.
Artikolu 14
Skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni
1. Fil-qafas tal-KKI, il-Partijiet għandhom japprovaw skeda għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-KKI għandu jevalwa l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-iskeda approvata.
Artikolu 15
Miżuri ta’ sostenn
1. L-oqsma li fihom huma meħtieġa miżuri ta’ akkumpanjament, b’mod partikolari riżorsi tekniċi u finanzjarji kumplimentari, għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għall-ġlieda kontra l-kawżi u l-fatturi tal-użu illegali tal-foresti huma msemmija fl-Anness VIII.
2. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim tkun integrata fl-istrumenti nazzjonali tal-ippjanar u fil-baġit nazzjonali tagħha.
3. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jiġu kkoordinati mal-programmi u l-inizjattivi ta’ żvilupp eżistenti jew futuri, b’mod partikolari dawk relatati mar-REDD+.
4. Il-provvista ta’ kwalunkwe riżorsa meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-ipprogrammar tal-kooperazzjoni mal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll mal-proċeduri baġitarji tal-Kosta tal-Avorju.
Artikolu 16
Involviment tal-partijiet ikkonċernati
1. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u t-trade unions fis-settur privat, u l-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali.
2. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-Ftehim isiru b’mod trasparenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
3. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jitqies il-ġeneru, b’mod partikolari li r-rwol tan-nisa u tal-bniet fil-governanza tal-foresti u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jiġi rikonoxxut aħjar.
4. L-Unjoni għandha tikkonsulta regolarment lill-partijiet ikkonċernati tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998.
Artikolu 17
Salvagwardji soċjali
1. Sabiex jiġu minimizzati l-effetti negattivi possibbli fuq il-partijiet ikkonċernati identifikati fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1, b’mod partikolari fuq il-popolazzjonijiet lokali, il-Partijiet jaqblu li jevalwaw l-impatt ta’ dan il-Ftehim fuq l-istil u l-kundizzjonijiet ta’ ħajja tagħhom.
2. Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-effetti ta’ dan il-Ftehim fuq il-partijiet ikkonċernati identifikati fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1, b’mod partikolari l-popolazzjonijiet lokali, u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itaffu l-effetti negattivi tiegħu. Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv possibbli, abbażi ta’ metodu ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi maqbul bejniethom.
Artikolu 18
Miżuri ta’ inċentiv relatati mas-suq
Filwaqt li tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tippromwovi aċċess favorevoli għas-suq tagħha tal-injam u tal-prodotti derivati, b’mod partikolari permezz tat-tħeġġiġ ta’ politiki ta’ xiri pubbliċi u privati li jirrikonoxxu l-isforzi magħmula biex tiġi żgurata provvista ta’ injam u ta’ prodotti derivati prodotti legalment.
Artikolu 19
Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni
1. Sabiex tiġi żgurata l-governanza ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni (KKI). Il-funzjonijiet u l-kompiti speċifiċi tal-KKI għandhom jinkludu l-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet. Dawn il-funzjonijiet u l-kompiti huma deskritti fl-Anness X.
2. Il-KKI għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-għan, kull Parti għandha tagħżel ir-rappreżentanti tagħha għall-KKI. Il-KKI għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ kunsens. Għandu jkun kopresedut minn żewġ uffiċjali għolja maħtura minn kull Parti fil-livell ta’ rappreżentant wieħed għal kull Parti.
3. Il-KKI għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
4. Il-KKI għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena matul l-ewwel sentejn u mill-inqas darba fis-sena minn hemm ’il quddiem, f’data u b’aġenda miftiehma bil-quddiem mill-Partijiet. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali fuq it-talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet.
5. Il-KKI għandu jiżgura li xogħlu jkun trasparenti u li l-informazzjoni dwar xogħlu u d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu disponibbli għall-pubbliku.
6. Il-KKI għandu jippubblika rapport annwali. L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’dan ir-rapport tingħata fl-Anness IX.
Artikolu 20
Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni pubblika
1. Sabiex tittejjeb il-governanza, l-għoti ta’ informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati huwa ċentrali għal dan il-Ftehim. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata regolarment sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, iżżid it-trasparenza u ttejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi u tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll biex tiżgura l-akkontabbiltà tal-Partijiet. Id-dettalji tal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata huma stipulati fl-Anness IX.
2. Kull Parti għandha tistabbilixxi l-aktar mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni xierqa (b’mod partikolari permezz tal-internet u tal-midja, billi tippubblika dokumenti jew rapporti, billi torganizza workshops) biex bihom ixxerred l-informazzjoni lill-pubbliku.
3. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħtu informazzjoni affidabbli, rilevanti u aġġornata lill-partijiet ikkonċernati differenti.
4. F’konformità mal-liġijiet rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu li ma jxerrdux informazzjoni kunfidenzjali skambjata fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. Il-Partijiet jastjenu milli jxerrdu lill-pubbliku informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ dan il-Ftehim li tirrigwarda sigrieti kummerċjali u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet, lill-persunal jew lill-kuntratturi rispettivi tagħhom ixerrdu din l-informazzjoni.
Artikolu 21
Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni
1. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjoni uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:
— |
għall-Unjoni, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju; |
— |
għall-Kosta tal-Avorju, il-Ministru għall-Foresti. |
2. Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’mod f’waqtu.
3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkomunikaw mal-pubbliku b’mod koordinat u mhux kontradittorju dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 22
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma applikati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Kosta tal-Avorju.
Artikolu 23
Konsultazzjonijiet u medjazzjoni
1. F’kull ħin, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jinftiehmu dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew kunflitt, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isibu soluzzjonijiet permezz tal-konsultazzjonijiet u tal-medjazzjoni.
2. Parti li tixtieq tibda konsultazzjoni għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra u lill-KKI dwar it-talba tagħha għall-konsultazzjoni, filwaqt li tispeċifika s-suġġett u tiġbor fil-qosor ir-raġunijiet.
3. Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 40 jum u għandhom jitqiesu li ġew konklużi fi żmien 90 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-konsultazzjoni, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Madankollu, f’każijiet urġenti, kull Parti tista’ titlob li l-konsultazzjonijiet jibdew fi żmien 5 ijiem u jiġu konklużi fi żmien 30 jum mit-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.
4. Jekk il-konsultazzjoni ma twassalx għal riżoluzzjoni maqbula b’mod komuni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jirrikorru għal medjatur. Minkejja din il-possibbiltà, kull Parti tista’ tirreferi l-kwistjoni għall-arbitraġġ b’mod dirett.
5. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar l-għażla ta’ medjatur fi żmien 15-il jum minn meta jintlaħaq ftehim dwar it-talba għall-medjazzjoni. Il-medjatur għandu jirċievi s-sottomissjonijiet mill-Partijiet u jorganizza sessjoni ta’ medjazzjoni. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fi żmien 60 jum mill-għażla tiegħu, il-medjatur għandu jippreżenta liż-żewġ Partijiet opinjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt f’konformità ma’ dan il-Ftehim.
6. L-opinjoni tal-medjatur mhijiex legalment vinkolanti.
Artikolu 24
Arbitraġġ
1. F’każ li l-konsultazzjoni u, fejn applikabbli, il-medjazzjoni ma jkunux wasslu għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil jew tal-kunflitt kif previst fl-Artikolu 23, kwalunkwe tilwima, kunflitt jew ilment li jirriżulta minn dan il-Ftehim jew relatat ma’ dan il-Ftehim, jew mal-eżistenza tiegħu, mal-interpretazzjoni tiegħu, mal-implimentazzjoni tiegħu, man-nuqqas ta’ infurzar tiegħu, mat-terminazzjoni jew mal-invalidità tiegħu, għandu jiġi solvut permezz tal-arbitraġġ f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-arbitraġġ tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012.
a) |
In-numru ta’ arbitri għandu jkun tlieta. |
b) |
Il-post tal-arbitraġġ huwa l-Aja, in-Netherlands. |
c) |
Il-lingwa li għandha tintuża fil-proċedura tal-arbitraġġ hija l-Franċiż. |
2. Kull Parti tista’ titlob l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ billi tinnotifika lill-Parti l-oħra u lill-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012 bit-talba tagħha bil-miktub.
3. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu legalment vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jimplimentawhom in bona fide.
4. Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra u lill-KKI bil-miżuri meħuda biex tiġi implimentata d-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-KKI għandu janalizza l-miżuri meħuda u, jekk ikun meħtieġ, jista’ jirrakkomanda miżuri addizzjonali jew korrettivi biex jiżgura l-konformità mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ. Kull Parti tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ biex jiddeċiedi dwar il-konformità mad-deċiżjoni tal-arbitraġġ oriġinali tiegħu.
5. Il-KKI għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta’ arbitraġġ sa fejn dawn ikunu differenti mir-regoli tal-arbitraġġ tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-2012.
Artikolu 25
Diskontinwità
1. Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, filwaqt li tispeċifika r-raġunijiet. Il-kwistjoni għandha sussegwentement tiġi diskussa mill-Partijiet, filwaqt li jqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
2. Kull Parti tista’ tissospendi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin fejn il-Parti l-oħra:
a) |
ma tissodisfax l-obbligi tagħha fil-qafas ta’ dan il-Ftehim; |
b) |
tonqos mill-obbligu tagħha li żżomm il-miżuri regolatorji u amministrattivi, kif ukoll il-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim; |
c) |
toħloq, permezz tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, riskji sinifikanti għall-ambjent, għas-saħħa jew għas-sikurezza tan-nies tal-Unjoni jew tal-Kosta tal-Avorju. |
3. Il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieqfu japplikaw 30 jum kalendarju wara n-notifika prevista fil-paragrafu 1.
4. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tissokta 30 jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendietha tinforma lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma għadhomx japplikaw.
Artikolu 26
Emendi
1. Parti li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tippreżenta proposta lill-Parti l-oħra mill-inqas 90 jum kalendarju qabel il-laqgħa tal-KKI li jkun imiss. Dan tal-aħħar għandu jeżamina l-proposta u, jekk ikun hemm kunsens, jagħmel rakkomandazzjoni. Kull Parti għandha teżamina r-rakkomandazzjoni u, jekk tkun taqbel, tinforma lill-Parti l-oħra sabiex jiftiehmu dwar data għall-iffirmar tal-emenda. Wara din il-firma, kull Parti għandha tadottaha jew tirratifikaha skont il-proċeduri tagħha stess.
2. Kwalunkwe emenda adottata jew ratifikata b’dan il-mod mill-Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, fuq rakkomandazzjoni mill-KKI u fuq l-approvazzjoni mill-Partijiet, il-KKI jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.
4. In-notifika ta’ kwalunkwe emenda għandha tintbagħat lid-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 27
Żmien ta’ validità
B’effett mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jibqa’ validu għal 10 snin. Għandu jiġi estiż awtomatikament għal perjodi konsekuttivi ta’ 10 snin, sakemm Parti ma ttemmux f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28.
Artikolu 28
Terminazzjoni
Kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta’ din in-notifika.
Artikolu 29
Annessi
L-Annessi ta’ dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 30
Testi Awtentiċi
Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b’dawn it-testi kollha ugwalment awtentiċi. Fil-każ ta’ xi diverġenza, għandu jipprevalixxi t-test Franċiż.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara x-xahar li fih tkun saret l-aħħar notifika bil-miktub mill-Partijiet dwar it-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-għan.
2. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati li jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.
(1) ĠU UE L 347, 30.12.2005, p. 1.
(2) ĠU UE L 269, 10.10.2013, p. 1.
ANNESSI
Anness I: |
Lista ta’ injam u ta’ prodotti derivati soġġetti għal-liċenzja FLEGT |
Anness II: |
Definizzjoni ta’ injam prodott legalment |
Anness III: |
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ verifika tal-legalità |
Anness IV: |
Kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ injam u ta’ prodotti derivati esportati mill-Kosta tal-Avorju u koperti minn liċenzja FLEGT |
Anness V: |
Proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT |
Anness VI: |
Termini ta’ referenza tal-awditur indipendenti |
Anness VII: |
Kriterji għall-evalwazzjoni indipendenti tas-sistema ta’ verifika tal-legalità (SVL) |
Anness VIII: |
Miżuri ta’ sostenn |
Anness IX: |
Informazzjoni ppubblikata |
Anness X: |
Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni |
ANNESS I
LISTA TA’ INJAM U TA’ PRODOTTI DERIVATI SOĠĠETTI GĦAL-LIĊENZJA FLEGT
L-injam u l-prodotti derivati li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal-liċenzja FLEGT jekk ikunu maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Madankollu, meta l-leġiżlazzjoni Ivorjana tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċertu injam u prodotti derivati, dawn ma jkunux eliġibbli għal liċenzja FLEGT.
Kodiċi SA |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
4403 |
Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff |
4406 |
Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. |
4407 |
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf u kemm jekk le, ta' ħxuna iktar minn 6 mm |
4408 |
Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm |
44 09 |
Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le |
|
ex ex. 44 09 21 |
44 10 |
Chipboards, bords tat-tip “oriented strand board” (OSB) u bords simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-raża jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu |
44 12 |
Plajwud, panewijiet miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili |
|
ex ex. 44 12 10 |
44 15 |
Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; rukkelli tal-injam għall-kejbils. Palits, palits bil-kaxxa u twavel oħra tat-tagħbija, tal-injam; pallet collars tal-injam |
44 17 |
Għodod, korpi tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom ta’ bwiez jew żraben, tal-injam |
44 18 |
Xogħol tal-mastrudaxxa u partijiet ta’ strutturi tal-kostruzzjoni, inklużi pannelli ċellulari, pannelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi (“shingles” u “shakes”) tal-injam |
|
ex ex. 44 18 73 |
|
ex ex. 44 18 91 |
44 19 |
Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam |
|
ex ex. 44 19 11 |
|
ex ex. 44 19 12 |
|
ex ex. 44 19 19 |
44 20 |
Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti, kompartimenti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, tal-injam; statwetti u ornamenti oħrajn, tal-injam; oġġetti tal-għamara tal-injam li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu 94 |
44 21 |
Oġġetti oħrajn ta’ injam |
|
ex ex. 44 21 91 |
94 03 30 |
Għamara tal-għuda ta’ tip użat f’uffiċċji |
94 03 40 |
Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina |
94 03 50 |
Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda |
94 03 60 |
Għamara oħra tal-injam |
94 03 91 |
Partijiet tal-injam |
94 06 10 |
Bini prefabbrikat tal-injam |
ANNESS II
DEFINIZZJONI TA’ INJAM PRODOTT LEGALMENT
1.
Il-leġiżlazzjoni Ivorjana li għandha tiġi rrispettata sabiex tinkiseb liċenzja FLEGT jew ċertifikat pubbliku ta’ legalitàIl-liġijiet u t-testi regolamentari li ġejjin iridu jiġu rrispettati sabiex spedizzjoni ta’ injam u ta’ prodotti derivati tkun koperta minn liċenzja FLEGT jew minn ċertifikat ta’ legalità pubbliku:
— |
L-att uniformi tal-OHADA tas-17 ta’ April 1997 dwar id-dritt tal-kumpaniji kummerċjali u tal-gruppi b’interess ekonomiku; |
— |
L-att uniformi tal-OHADA tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar id-drittijiet tas-soċjetajiet kooperattivi; |
— |
L-att uniformi tal-OHADA tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-liġi kummerċjali ġenerali; |
— |
Il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa u t-testi sussegwenti tiegħu; |
— |
Il-Kodiċi Doganali u t-testi sussegwenti tiegħu; |
— |
Il-Kodiċi ta’ Assistenza Soċjali u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu; |
— |
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, Kummerċjali u Amministrattiva; |
— |
Il-Liġi Nru 98-750 tat-23 ta’ Diċembru 1998 dwar l-art rurali u t-testi ta’ implimentazzjoni tagħha; |
— |
Il-Kodiċi tax-Xogħol u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu; |
— |
Il-Kodiċi tal-Foresti u t-testi ta’ implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:
|
2.
Riformi legali previsti matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-FtehimMatul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għandhom jiġu previsti riformi regolatorji biex jitlesta l-qafas legali, b’mod partikolari biex:
— |
jiġu definiti l-modalitajiet għat-tqassim tal-profitti li ġejjin mill-ġestjoni tal-foresti; |
— |
jiġu definiti d-dijametri minimi li jistgħu jintużaw tal-ispeċijiet tal-foresti naturali; |
— |
jiġu speċifikati l-modus operandi tal-unitajiet li jipproċessaw l-injam; |
— |
jiġu armonizzati u stabbiliti d-dokumenti għall-ġbir, għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti li ġejjin mill-qtugħ tas-siġar għall-injam; |
— |
jiġu stabbiliti l-korpi ta’ implimentazzjoni għas-SVL; |
— |
jittejjeb il-qafas legali li jirregola s-suq nazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għar-riżorsi, għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni; |
— |
jiġu ċċarati l-mezzi ta’ identifikazzjoni tas-sidien tar-riżorsi tal-foresti u tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-foresti, f’każijiet fejn iċ-ċertifikati jew it-titoli tal-art ma jkunux disponibbli; |
— |
jiġu pprovduti mudelli ta’ ftehim bejn is-sidien tar-riżorsi tal-foresti u l-operaturi tal-foresti; |
— |
jitkomplew il-proċeduri tal-ħolqien u tal-ġestjoni tal-foresti komunitarji; |
— |
tiġi riveduta s-sistema fiskali li tkopri l-qtugħ tas-siġar għall-injam, b’mod partikolari fil-qasam tal-foresti ta’ persuni fiżiċi u ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata; |
— |
jiġu pprovduti inċentivi tul il-katina tal-valur kollha biex jiġu mħeġġa l-protezzjoni tal-foresti u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi tal-foresti, b’mod partikolari qafas legali u fiskali stimulanti u proċeduri simplifikati li jkopru l-forestrija, l-użu, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti, b’mod partikolari dawk ġejjin minn foresti privati; |
— |
tiġi ċċarata l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-qtugħ tas-siġar għall-injam lil hinn mit-tmien parallel. |
3.
Skali ta’ legalitàL-iskali ta’ legalità jidentifikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jservu biex juru l-konformità mal-liġijiet u mat-testi regolamentari msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness. Sabiex dan l-Anness isir operattiv u sabiex jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika, il-Kosta tal-Avorju għandha tfassal manwal ta’ verifika li jidentifika d-dokumenti użati għall-verifika u li jikkorrispondu għall-indikaturi elenkati fl-iskali ta’ legalità (minn hawn ’il quddiem imsejħa “verifikaturi”). Dan il-manwal ġie approvat mill-KKI u ppubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru responsabbli għall-foresti (ara wkoll l-Anness III).
Skala ta’ legalità 1 – Operaturi tal-foresti
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
Skema ta’ legalità 2 – Proċessuri
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
Skema ta’ legalità 3 – Importatur/esportatur/negozjant
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
ANNESS III
DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA TA’ VERIFIKA TAL-LEGALITÀ
WERREJ
1. |
Dispożizzjonijiet Ġenerali |
2. |
Il-komponenti tas-SVL |
3. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL
|
4. |
Il-kontroll u l-verifika
|
5. |
Ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati privati u pubbliċi |
6. |
Is-sistema tal-ġestjoni tad-data |
7. |
It-trattament ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità |
8. |
Il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u taċ-ċertifikati ta’ legalità |
9. |
L-awditu indipendenti |
10. |
L-osservazzjoni indipendenti |
11. |
Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti |
1. Dispożizzjonijiet Ġenerali
Is-sistema ta’ verifika tal-legalità tal-Kosta tal-Avorju għandha l-għan li tiżgura l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati (minn hawn ’il quddiem imsejħin “injam” f’dan l-Anness). Il-kisba ta’ liċenzja FLEGT hija obbligatorja għall-esportazzjoni kollha tal-injam, f’konformità mal-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I, lejn il-pajjiżi tal-Unjoni. Għall-pajjiżi l-oħra, se jinħareġ ċertifikat pubbliku li jattesta l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam f’konformità mar-rekwiżiti tas-SVL.
Is-SVL hija bbażata fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Hija tintegra wkoll is-sistema ta’ kontroll statali f’kull stadju tal-katina tal-provvista, jiġifieri l-għoti tad-drittijiet u tat-titoli, l-użu, it-trasport, l-ipproċessar, l-esportazzjoni u l-importazzjoni kif ukoll il-kummerċ fis-suq nazzjonali.
Is-SVL ġiet żviluppata fil-qafas ta’ proċess b’diversi partijiet li jinvolvi l-amministrazzjonijiet ikkonċernati, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat u tal-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali.
2. Il-komponenti tas-SVL
Is-SVL għandha tinkludi l-komponenti li ġejjin:
a) |
id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment, stabbilita fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, tidentifika r-rekwiżiti legali u regolatorji li għandhom jiġu rispettati sabiex l-injam ikun jista’ jiġi kopert minn liċenzja FLEGT jew minn ċertifikat pubbliku ta’ legalità, fejn applikabbli. L-Anness II jinkludi wkoll skemi ta’ legalità li jidentifikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi għall-verifika tal-konformità mal-qafas legali u regolatorju; |
b) |
l-għanijiet tal-kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà huma, minn naħa waħda, li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tagħhom ikunu legali, u, min-naħa l-oħra, li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mill-post tal-qtugħ sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-esportazzjoni. Din l-attività tkopri l-kontroll imwettaq mill-istrutturi kompetenti tal-Istat, kif previst fil-qafas legali u fid-dokumenti amministrattivi li fihom il-proċeduri dettaljati relatati mal-kontroll statali; |
c) |
il-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà tiżdied mal-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà u tgħin biex tiġi żgurata l-legalità tal-injam kummerċjalizzat u dik tal-injam esportat. Il-verifika timmira mhux biss lejn l-attivitajiet tal-operaturi iżda wkoll lejn dawk tal-istrutturi kompetenti tal-Istat fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll. Dan l-istadju se jiġi żgurat minn aġenzija ta’ verifika privata waħda jew aktar awtorizzati mill-amministrazzjoni tal-foresti; |
d) |
l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT biss għal spedizzjonijiet ta’ injam destinati għas-suq tal-Unjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fl-Anness V u wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness. Il-legalità tal-injam destinat għas-swieq tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni jew għas-suq nazzjonali hija, minn naħa tagħha, evidenzjata minn ċertifikati pubbliċi speċifiċi maħruġa wkoll mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness; |
e) |
l-awditu indipendenti tas-sistema, li t-termini ta’ referenza tagħha huma stabbiliti fl-Anness VI, jivvaluta l-funzjonament, il-kredibbiltà u l-effiċjenza tas-SVL. Dan l-awditu għandu jitwettaq minn struttura indipendenti rreklutata mill-Kosta tal-Avorju b’konsultazzjoni mal-Unjoni; |
f) |
l-osservazzjoni indipendenti hija parti integrali tas-SVL. Hija mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tipprovdi informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti legali u regolatorji bl-għan li tittejjeb il-governanza tas-settur; |
g) |
is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti hija mekkaniżmu li jippermetti li l-ilmenti jew it-talbiet marbutin mal-verifika tal-legalità tal-injam jiġu rreġistrati u li jiġu pproċessati bl-għan li jkun hemm segwitu fiż-żmien stabbilit minn qabel. Permezz tad-djalogu, din is-sistema tippermetti lid-diversi partijiet jew atturi affettwati mis-SVL iressqu lment dwar it-twettiq tal-kontroll u tal-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif ukoll dwar il-mekkaniżmu tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. |
Il-komponenti tas-SVL jistgħu jintwerew kif ġej:
3. Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL
3.1. Sorsi ta’ injam koperti mis-SVL
Is-SVL għandha tkopri l-prodotti kollha msemmijin fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim u li ġejjin minn:
a) |
is-settur tal-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika, li tinkludi: (i) is-settur tal-foresti privat tal-Istat li huwa magħmul minn foresti kklassifikati, agroforesti u foresti akkwistati jew maħluqa mill-Istat fis-settur rurali, u (ii) is-settur tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huwa magħmul minn foresti kklassifikati f’isem l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, foresti mogħtija mill-Istat u foresti akkwistati jew maħluqa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-settur rurali; |
b) |
is-settur tal-foresti ta’ persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata li jikkonsisti f’foresti naturali jew maħluqa minn persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi privata fuq artijiet akkwistati regolarment u f’foresti komunitarji; |
c) |
is-settur tal-foresti ta’ persuni fiżiċi li jinkludi:
|
d) |
siġar naturali u siġar imħawla barra foresta; |
e) |
injam importat. Madankollu, kif previst fil-punt 5 ta’ dan l-Anness, il-legalità tal-injam importat b’liċenzja FLEGT jew b’permess CITES għandha tiġi rikonoxxuta awtomatikament; |
f) |
id-deforestazzjoni u r-reklamazzjoni u r-riżorsi tal-foresti maqbuda. Madankollu, l-injam li ġej mid-deforestazzjoni u mir-reklamazzjoni u l-injam li jkun inqabad jew ġie kkonfiskat se jkun kopert mis-SVL mingħajr ma jkun eliġibbli għall-kisba ta’ liċenzja FLEGT. |
Is-SVL ma tkoprix l-injam fi tranżitu peress li dan l-injam li joriġina minn pajjiż terz jidħol fit-territorju tal-Kosta tal-Avorju taħt il-kontroll doganali u jħallih fl-istess forma filwaqt li jżomm il-pajjiż tal-oriġini tiegħu u mingħajr ma jiġi pproċessat jew kummerċjalizzat. L-injam fi tranżitu għalhekk jibqa’ separat mill-katina tal-provvista koperta mis-SVL, mhuwiex soġġett għall-verifika tal-legalità permezz tas-SVL u mhuwiex kopert mill-iskema ta’ liċenzji FLEGT. Is-SVL lanqas ma tkopri l-prodotti lesti importati fil-Kosta tal-Avorju u esportati mill-ġdid.
3.2. Swieq koperti mis-SVL
Is-SVL tkopri s-swieq li ġejjin:
a) |
is-suq tal-Unjoni: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub biex jintbagħat jew jiġi kkummerċjalizzat lejn is-suq tal-Unjoni jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Din is-sistema tipprevedi proċeduri u kontrolli tal-konformità biex jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista lejn l-UE. Liċenzja FLEGT tinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għas-suq tal-Unjoni; |
b) |
is-swieq barra mill-UE: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub għall-esportazzjoni lejn swieq barra l-Unjoni jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għal swieq barra mill-Unjoni; |
c) |
is-suq nazzjonali: is-SVL tippermetti l-verifika li l-injam maħsub għall-konsum nazzjonali jkun ġie prodott legalment, inkluż l-injam importat. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jista’ jinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali tal-injam destinat għal dan is-suq. |
3.3. Atturi involuti fis-SVL
Is-SVL teħtieġ l-involviment tal-atturi li ġejjin:
a) |
il-KKI huwa l-istruttura ta’ implimentazzjoni stabbilita mill-Partijiet f’dan il-Ftehim kif previst fl-Artikolu 19 u fl-Anness X ta’ dan il-Ftehim; |
b) |
is-sistema ta’ kontroll statali hija żgurata mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-istrutturi taħt il-kustodja tagħhom, mogħtija s-setgħa biex iwettqu operazzjonijiet ta’ kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà u li r-responsabbiltà tagħhom hija li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim (ara l-punt 4.1 ta’ dan l-Anness); |
c) |
mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kosta tal-Avorju għandha twaqqaf Kumitat Nazzjonali għall-Governanza tal-Foresti (CNGF), li s-segretarjat tekniku permanenti tiegħu għandu jiġi żgurat minn servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà. Dan is-servizz huwa maħtur mill-amministrazzjoni tal-foresti li tagħtih il-mezzi operattivi biex jiggarantixxi l-awtonomija tiegħi. Is-CNGF u s-servizz responsabbli mil-legalità tal-foresti u mit-traċċabbiltà li jipprovdi s-segretarjat tiegħu, se joħorġu mill-aġġornament tal-Kumitat Tekniku attwali għan-Negozjar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja FLEGT u tas-segretarjat tiegħu. Minbarra l-kompetenzi previsti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali ta’ Preservazzjoni, ta’ Restawr u ta’ Estensjoni tal-Foresti, is-CNGF jiżgura l-funzjonijiet tal-kumitat ta’ tmexxija tas-SVL u tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti marbuta mas-SVL. Il-Kosta tal-Avorju tiżgura li d-diversi partijiet ikkonċernati fis-settur tal-foresti, b’mod partikolari s-setturi pubbliċi u privati, is-soċjetà ċivili u t-tmexxija tradizzjonali, ikunu parti mis-CNGF u jaqdu b’mod effiċjenti l-funzjonijiet tagħhom fir-rigward tas-SVL. Is-servizz responsabbli mil-legalità tal-foresti u mit-traċċabbiltà huwa struttura permanenti li tassisti lis-CNGF fil-kompiti tiegħu ta’ tmexxija u ta’ trattament tal-ilmenti, tamministra s-sistema tal-ġestjoni tad-data u tiffaċilita d-djalogu bejn id-diversi servizzi amministrattivi kkonċernati mis-SVL, b’mod partikolari permezz ta’ grupp ta’ ħidma li fih huma rrappreżentati; |
d) |
l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija struttura taħt il-kustodja tal-Ministeru responsabbli għall-foresti (ara l-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness u l-Anness V ta’ dan il-Ftehim); |
e) |
l-awditi ta’ verifika għandhom jitwettqu minn aġenzija ta’ verifika waħda jew aktar, li huma entitajiet privati awtorizzati għal dan l-għan mill-amministrazzjoni tal-foresti matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim (ara l-punt 4.2.2. ta’ dan l-Anness); |
f) |
l-operaturi kollha involuti tul il-katina tal-valur tal-injam huma koperti mis-SVL. L-iskemi ta’ legalità stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim huma mibnija abbażi ta’ tliet tipi ta’ operaturi, jiġifieri: (i) l-operaturi tal-foresti huma l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi awtorizzati mill-Ministeru responsabbli għall-foresti biex jiġi żgurat il-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-attivitajiet tal-qtugħ, tal-ipproċessar u tat-trasport tal-injam, kif ukoll kwalunkwe kampjunar ieħor tal-injam għal skopijiet kummerċjali jitqiesu bħala attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam; (ii) il-proċessuri tal-injam jiġbru l-produtturi tal-oġġetti materjali permezz tal-ipproċessar u tal-iżvilupp tal-materja prima tal-injam. Huma responsabbli wkoll għall-attivitajiet ta’ trasport tal-injam bejn l-impjanti tal-ipproċessar; (iii) in-negozjanti tal-injam tas-suq nazzjonali, l-importaturi u l-esportaturi tal-injam jiġbru l-operaturi li jikkummerċjalizzaw, jimportaw jew jesportaw l-injam; |
g) |
is-soċjetà ċivili hija involuta fis-SVL bħala osservatur indipendenti. Hija tinteraġixxi mal-atturi u mal-partijiet l-oħra fis-SVL, tipparteċipa bħala osservatur fl-attivitajiet ta’ verifika u għandha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ din il-funzjoni ta’ osservazzjoni indipendenti (ara l-punt 10 ta’ dan l-Anness); |
h) |
l-awditur indipendenti jivvaluta l-eżekuzzjoni u l-effiċjenza tajbin tas-SVL (ara l-paragrafu 9 ta’ dan l-Anness u l-Anness VI ta’ dan il-Ftehim). L-awditi indipendenti jkopru r-rwol u l-attivitajiet tal-atturi sa fejn dawn jikkonċernaw lis-SAL. Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-awditur indipendenti għandu jawditja l-attivitajiet rilevanti:
|
Id-dijagramma li ġejja turi l-interazzjonijiet bejn dawn l-atturi differenti:
3.4. Attivitajiet koperti mis-SVL
Is-SVL tkopri l-attivitajiet kollha tal-operaturi tal-industrija bbażata fuq il-foresti, mill-għoti tat-titoli, l-użu, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni fis-suq nazzjonali sal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I. Is-SVL tkopri wkoll l-attivitajiet tal-istrutturi kompetenti tal-Istat fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll.
Is-SVL hija bbażata fuq id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment (ara l-Anness II) li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjoni tal-konformità legali tal-attivitajiet kollha marbutin mal-produzzjoni u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-injam.
Is-SVL tinkludi livell ta’ kontroll imsaħħaħ b’livell ta’ verifika biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u tat-traċċabbiltà u biex jintwera kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.
4. Il-kontroll u l-verifika
Is-SVL hija maqsuma f’żewġ stadji. L-ewwel stadju jikkonċerna l-kontroll imwettaq mis-servizzi amministrattivi kompetenti (kontroll statali). It-tieni stadju jikkonċerna l-verifika mwettqa minn aġenzija ta’ verifika privata waħda jew aktar awtorizzati mill-amministrazzjoni tal-foresti u li l-attivitajiet tagħhom huma ssorveljati mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà.
4.1. Il-kontroll
L-għan tal-kontroll tal-legalità huwa li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tal-industrija kollha bbażata fuq il-foresti u fuq l-injam ikunu legali.
L-għan tal-kontroll tat-traċċabbiltà huwa li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mis-sit tal-użu jew tal-post tal-fruntiera (mid-dħul tal-injam fil-Kosta tal-Avorju) sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni fis-suq nazzjonali jew tal-esportazzjoni, filwaqt li jiġi ggarantit li l-katina tal-provvista tkun issiġillata.
Dan l-istadju jikkonċerna l-kontrolli tas-soltu mwettqa mill-istrutturi kompetenti tal-Istat u kif previst fil-qafas legali u fil-proċeduri ta’ kontroll. Għalhekk, il-kontrolli huma mmirati lejn l-operaturi kollha tal-industrija: l-operaturi, il-proċessuri, l-esportaturi, l-importaturi u n-negozjanti.
4.1.1. Kontroll tal-legalità
Il-kontroll tal-legalità jkopri l-attivitajiet tas-servizzi amministrattivi awtorizzati li r-responsabbiltà tagħhom hija li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji identifikati fl-Anness II (ara t-tabella intitolata “Strutturi statali ewlenin involuti fil-kontroll tal-legalità skont it-tip ta’ operatur”).
Tabella Strutturi statali ewlenin involuti fil-kontroll tal-legalità skont it-tip ta’ operatur |
|||
|
Skema 1: Operatur tal-Foresti |
Skema 2: Konvertitur |
Skema 3: Esportatur/Importatur (Negozjanti) |
Prinċipju 1: Il-kostituzzjoni legali u l-approvazzjonijiet |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-qrati kompetenti (qorti kummerċjali, qorti tal-ewwel istanza jew taqsima maqtugħa tal-qorti), mill-istruttura responsabbli għas-sigurtà soċjali u mill-amministrazzjonijiet fiskali, kummerċjali u tal-foresti |
Prinċipju 2: Id-drittijiet ta’ aċċess għar-riżorsi tal-foresti |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u tal-art |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Prinċipju 3: Eżerċizzju ta’ attivitajiet f’konformità mar-regolament fis-seħħ |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u fiskali |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u fiskali |
Ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, fiskali u doganali |
Prinċipju 4: Trasport tal-injam |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, doganali |
Prinċipju 5: L-obbligi ambjentali |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u ambjentali |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti u ambjentali |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjonijiet tal-foresti, agrikoli u ambjentali |
Prinċipju 6: L-obbligi soċjali |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg |
ikkontrollat b’mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-foresti, mill-istrutturi responsabbli għas-sigurtà soċjali, għall-iġjene u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-impjieg |
L-attivitajiet ta’ dan l-istadju jkopru b’mod partikolari l-ħruġ tad-dokumenti, il-kontrolli tad-dokumentazzjoni (il-validità u r-regolarità tad-dokument, il-konformità tad-data, eċċ.), il-kontrolli fuq il-post u kwalunkwe attività oħra ta’ kontroll mill-amministrazzjonijiet kompetenti.
Id-dettalji tal-proċeduri u tal-organizzazzjoni tal-kompetenzi għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà qed jevolvu b’mod regolari biex jirriflettu l-prijoritajiet politiċi, l-organizzazzjoni tal-ministeri u bl-għan li l-proċeduri u d-dokumenti ta’ kontroll amministrattiv jiġu dematerjalizzati. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-manwali, il-linji gwida u d-dokumenti amministrattivi l-oħra kollha li jkun fihom il-proċeduri ta’ kontroll imwettqa mid-diversi amministrazzjonijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat għal dan il-Ftehim. Dawn jinkludu, fost oħrajn, f’:
— |
manwali ta’ proċeduri tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL, |
— |
regoli u standards tekniċi definiti mill-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL. |
4.1.2. Kontroll tat-traċċabbiltà
Is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà tippermetti li jiġi traċċat l-injam kollu mis-sit tal-użu jew tal-post tal-fruntiera (mid-dħul tal-injam fil-Kosta tal-Avorju), sal-post tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-esportazzjoni hekk kif ikun għaddej mill-istadji tat-trasport u tat-trasformazzjoni. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà effettiva tal-injam matul il-katina tal-provvista kollha, is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà tippermetti li jiġu żgurati l-validità tad-data ddikjarata f’kull stadju u l-konsistenza ta’ din id-data minn stadju għall-ieħor.
Is-sistema nazzjonali ta’ traċċabbiltà għandha tiġi ffinalizzata mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. It-traċċabbiltà tiġi kkontrollata skont l-istadji ewlenin li ġejjin:
|
Stadju 0: kontroll tal-konfini tal-artijiet forestali |
|
Stadju 1: esplorazzjoni/inventarju |
|
Stadju 2: qtugħ u mmarkar tal-biċċa li tibqa’ fl-art u taz-zokk |
|
Stadju 3: ippakkjar (tqattigħ fiż-żona tal-foresta) |
|
Stadju 4: tagħbija tal-virguni |
|
Stadju 5: trasport taz-zkuk lejn il-maħżen tal-virguni fil-fabbrika |
|
Stadju 6: riċevuta taz-zkuk fil-maħżen tal-virguni fil-fabbrika |
|
Stadju 7: preparazzjoni taz-zokk (wiri-qtugħ) |
|
Stadju 8: dħul fil-katina tal-ipproċessar |
|
Stadju 9: alterazzjonijiet |
|
Stadju 10: monitoraġġ tal-produzzjoni (inkluż l-ippakkjar jekk applikabbli) |
|
Stadju 11: monitoraġġ tal-kummerċjalizzazzjoni |
Manwal ta’ kontroll tat-traċċabbiltà tal-injam jitfassal mill-amministrazzjoni tal-foresti Ivorjana u jiġi ppubblikat fuq is-sit web tagħha.
4.2. Il-verifika
4.2.1. Miri tal-verifika
L-istadju tal-verifika jiżdied mal-istadju tal-kontroll sabiex jiġu garantiti l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam importat, ikkummerċjalizzat jew esportat. Għalhekk, il-verifika hija mmirata mhux biss lejn l-operaturi iżda wkoll lejn l-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll.
Bħala regola ġenerali, il-verifika tal-legalità titwettaq mill-operatur u b’titolu tal-użu għal perjodu ta’ validità fiss u li jiġġedded, filwaqt li t-traċċabbiltà tiġi vverifikata permezz tal-ispedizzjoni. Madankollu, f’każijiet speċifiċi li se jiġu deskritti fil-manwal ta’ verifika msemmi fil-punt 4.2.3., huwa possibbli li l-verifika tal-legalità titwettaq permezz tal-ispedizzjoni jew li l-verifika tat-traċċabbiltà titwettaq permezz tal-operatur.
4.2.2. Aġenziji ta’ verifika
L-awditi ta’ verifika għandhom jitwettqu minn aġenzija ta’ verifika waħda jew aktar awtorizzata mill-amministrazzjoni tal-foresti (minn hawn’ il quddiem imsejħa “aġenzija”). Din l-awtorizzazzjoni tagħti s-setgħa lil aġenzija biex twettaq verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà fil-qafas tas-SVL. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata, wara opinjoni ta’ kumitat konsultattiv b’diversi partijiet ikkonċernati, wara proċess miftuħ u trasparenti għal perjodu fiss u li jista’ jiġġedded.
Sabiex tikseb awtorizzazzjoni, l-Aġenzija trid tkun kapaċi turi l-kwalifiki li ġejjin:
— |
esperjenza ppruvata fl-awditjar u fil-valutazzjoni tal-konformità fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fit-traċċabbiltà tal-injam, fit-trasport, fil-loġistika, fid-dwana u fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-katina tal-provvista; |
— |
għarfien tajjeb tal-kummerċ nazzjonali, subreġjonali (il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, ECOWAS) u internazzjonali tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-settur tal-foresti kummerċjali; |
— |
għarfien tajjeb tal-industrija tal-foresti u l-injam fil-Kosta tal-Avorju; |
— |
kompetenzi eċċellenti ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub bil-Franċiż; |
— |
ħila ppruvata li taħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet involuti. |
Barra minn hekk, l-Aġenzija trid tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
— |
turi l-imparzjalità tagħha u ma jkollhiex la kunflitti ta’ interess u lanqas interessi illegali mal-operaturi tal-foresti u mal-amministrazzjonijiet involuti fis-SVL; |
— |
tuża persunal kwalifikat u esperjenzat għall-awditjar. |
Il-kompiti ewlenin tal-Aġenzija jinkludu:
— |
it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika dokumentarja tal-ewwel livell; |
— |
it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika dokumentarja tat-tieni livell; |
— |
it-twettiq ta’ awditi ta’ verifika fuq il-post; |
— |
l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-ftuħ u tal-għeluq; |
— |
it-tfassil tar-rapporti ta’ verifika u r-reġistrazzjoni ta’ dawn ir-rapporti fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. |
L-Aġenzija hija obbligata:
— |
juri professjonaliżmu u integrità f’kull ħin u fiċ-ċirkostanzi kollha; |
— |
tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq elementi fattwali u fuq evidenza, b’mod partikolari miksuba permezz ta’ investigazzjonijiet fuq il-post u analiżi dokumentarja; |
— |
tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati kollha u b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet attivi fl-osservazzjoni indipendenti tal-foresti; |
— |
tikkonforma mal-proċeduri u mal-prattiki preskritti fil-manwal ta’ verifika (ara l-punt 4.2.3.). |
Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà tal-amministrazzjoni tal-foresti jissorvelja l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ verifika.
4.2.3. Manwal ta’ verifika
Awditu ta’ verifika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “awditu”) jinkludi sett ta’ attivitajiet ta’ verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, soġġetti għal kuntratt tal-awditjar bejn operatur u aġenzija. Sabiex jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika, il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi, fil-qafas ta’ proċess parteċipattiv, manwal ta’ verifika amministrattiv u tekniku (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “manwal ta’ verifika”) li fih huma elenkati l-verifikaturi. Dan il-manwal ta’ verifika jinkludi wkoll termini ta’ referenza, il-protokolli dettaljati u l-għodod ta’ verifika li jkopru l-kompiti differenti ta’ verifika. Dan għandu jiġi approvat mill-KKI u ppubblikat mill-Kosta tal-Avorju.
4.2.4. Kuntratt tal-awditjar
L-operatur jidħol f’kuntratt ma’ aġenzija filwaqt li jiġi speċifikat l-ambitu tal-verifika. Il-verifika tal-legalità tista’ tkopri kemm l-operazzjonijiet kollha tal-operatur kif ukoll parti minnhom identifikati b’mod ċar skont titolu ta’ dritt ta’ aċċess għar-riżorsa (eż. l-operazzjonijiet marbuta ma’ konċessjoni speċifika). Min-naħa tagħha, il-verifika tat-traċċabbiltà tista’ tkopri biss l-ispedizzjonijiet tal-injam li ġejjin minn operaturi, titoli u operazzjonijiet li l-legalità tagħhom hija vverifikata.
Kuntratt tal-awditjar konkluż bejn l-operatur u l-aġenzija, li jiddefinixxi l-ambitu, il-kost u l-kundizzjonijiet tal-verifika, huwa meħtieġ qabel il-bidu tal-attivitajiet ta’ verifika. Kopja tal-kuntratt tal-awditjar issir disponibbli għall-amministrazzjonijiet u għall-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tal-kuntratt fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. L-osservaturi indipendenti jistgħu jikkonsultaw l-kamp ta’ applikazzjoni, il-kost u l-kundizzjonijiet tal-verifika.
4.2.5. Pjan u attivitajiet ta’ verifika
Wara l-iffirmar tal-kuntratt tal-awditjar, l-Aġenzija tħejji pjan ta’ verifika li jinkludi l-ħatra tat-tim, il-programm ta’ verifika u l-iskeda tal-attivitajiet. Dan il-pjan jiġi kkomunikat lill-operatur u d-dati tal-attivitajiet ta’ verifika jiġu miftiehma fil-laqgħa tal-ftuħ imsemmija fil-punt 4.2.6.
4.2.6. Il-laqgħa tal-bidu
Fil-laqgħa tal-ftuħ, l-objettiv tal-awditu, l-ambitu tiegħu, l-iskeda u l-metodoloġija jiġu eżaminati mill-Aġenzija fil-preżenza tal-operatur, sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jistaqsi mistoqsijiet dwar il-metodi u t-tmexxija tal-attivitajiet ta’ verifika. Ir-rendikont tal-laqgħa u l-pjan ta’ verifika għandhom, bi ftehim mal-operatur, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.
4.2.7. Attivitajiet tal-verifika
Sabiex tiġbor evidenza dwar ir-rispett għar-rekwiżiti ta’ legalità identifikati fl-iskali ta’ legalità msemmija fl-Anness II, l-Aġenzija għandha twettaq verifiki f’diversi livelli:
a) |
verifika dokumentarja tal-ewwel livell: din hija l-verifika tal-preżenza u tal-konformità tad-dokumenti kollha identifikati fil-manwal ta’ verifika. Din għandha tinkludi: i) verifika tal-preżenza tad-dokumenti ta’ legalità kollha fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Fil-każ ta’ dokumenti neqsin, l-Aġenzija għandha titlob lill-operatur u, fejn xieraq, lill-amministrazzjoni kkonċernata, biex jimlew l-elementi neqsin; ii) verifika tal-konformità tad-dokumenti, b’mod partikolari l-konformità tat-timbri, tal-firem, tad-dati u ta’ elementi oħra tal-forma u tal-validità tad-data li tinsab f’dawn id-dokumenti, u iii) verifika tas-sistema interna ta’ traċċabbiltà tal-operatur bl-użu tal-funzjonalitajiet tas-sistema tal-ġestjoni tad-data; |
b) |
verifika dokumentarja tat-tieni livell: abbażi ta’ analiżi tar-riskju, l-awditu jinkludi verifika fil-fond tal-awtentiċità, tal-konformità u tal-validità tad-dokumenti. Din il-verifika dokumentarja fil-fond tinkludi: i) verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti mal-amministrazzjonijiet u mal-istrutturi li jkunu ħarġu d-dokumenti kkonċernati; ii) verifika tar-rispett għall-proċedura tal-ħruġ tad-dokumenti, inkluża l-proċedura tal-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni; iii) verifika profonda tad-data inkluża fil-verifikaturi, b’mod partikolari permezz ta’ kontroverifiki ma’ dokumenti oħra u iv) verifika profonda tas-sistema interna ta’ traċċabbiltà tal-operatur; |
c) |
verifika fuq il-post: abbażi ta’ analiżi tar-riskju, kull awditjar jinkludi żjara waħda jew aktar fuq il-post biex jiġi vverifikat jekk il-preżenza u l-konformità tal-verifikaturi fil-fatt jikkorrispondux għar-rispett fuq il-post tal-kundizzjonijiet ta’ legalità identifikati fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment imsemmija fl-Anness II. |
L-analiżijiet tar-riskju msemmija fil-punti b) u c) jitmexxu mill-aġenzija. Huma jqisu r-riżultati tal-verifiki preċedenti (tal-istess awditjar u tal-awditi preċedenti), l-informazzjoni kkomunikata jew ippubblikata fil-qafas tal-osservazzjoni indipendenti, tal-ilmenti riċevuti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti, taċ-ċertifikati privati possibbli u tal-elementi identifikati bħala rilevanti għal dan mill-amministrazzjonijiet, mils-CNGF, mill-KKI jew mill-awditur indipendenti. Dan ifisser li l-attivitajiet u l-iskeda ta’ verifika miftiehma bejn l-operatur u l-Aġenzija fil-laqgħa tal-ftuħ jistgħu jiġu kkompletati minn attivitajiet u missjonijiet addizzjonali bbażati fuq l-elementi skoperti jew ikkomunikati wara dan l-istadju. Il-manwal ta’ verifika jiddeskrivi fid-dettall kif l-aġenzija twettaq dawn l-analiżijiet tar-riskju fl-istadji differenti tal-awditu. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jidentifika, fis-sistema tal-ġestjoni tad-data, id-data li għandha titqies fl-analiżi tar-riskju u jaġġornaha regolarment.
4.2.8. Laqgħa tal-għeluq
Fil-laqgħa tal-għeluq, ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-verifika, b’mod partikolari kwalunkwe problema li setgħet ġiet identifikata, jiġu ppreżentati mill-Aġenzija lill-operatur. F’din l-okkażjoni, l-operatur ikollu l-opportunità li jistaqsi mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u li jipprovdi tweġibiet jew kjarifiki dwar l-elementi ppreżentati mill-Aġenzija. Ir-rendikont tal-laqgħa jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.
4.2.9. Rappurtar tal-awditjar
L-Aġenzija tfassal rapport tal-awditjar skont il-mudell stabbilit fil-manwal ta’ verifika, li jinkludi deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità eventwali u proposta għall-konklużjoni ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità tal-operazzjonijiet u tal-ispedizzjonijiet definiti fil-kuntratt tal-awditjar. Dan ir-rapport tal-awditjar proviżorju jintbagħat lill-operatur, li jista’ jipprovdi xi kjarifiki jew xi tweġibiet.
Wara l-ipproċessar tat-tweġibiet tal-operatur, ir-rapport finali u, fejn applikabbli, il-kummenti riċevuti mill-operatur jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjonijiet, tal-osservaturi indipendenti u tal-awditur indipendenti permezz tar-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-ġestjoni tad-data.
4.2.10. Teħid ta’ deċiżjoni dwar il-legalità
Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jippermettu lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu deċiżjoni dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità billi jawtorizza jew le, skont il-każ, lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika mwettqa (ara l-punt 4.2.4.).
Jistgħu jitqajmu żewġ każijiet:
— |
Jekk l-operatur ma jikkontestax il-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapport tal-awditjar, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu deċiżjoni fi żmien li ma jaqbiżx is-sebat ijiem kalendarji. F’każ li s-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jiddeċiedi li ma jagħtix awtorizzazzjoni (nuqqas ta’ konformità), l-Aġenzija u l-operatur jiġu informati bl-argumenti li jappoġġaw din id-deċiżjoni fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. |
— |
Jekk l-operatur jikkontesta l-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapport tal-awditjar, jew għal kwalunkwe raġuni oħra meqjusa rilevanti mis-servizz responsabbli għal-legalità u għat-traċċabbiltà tal-foresti, dan tal-aħħar jista’ jipprevedi li jtawwal iż-żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jikkomunika dan iż-żmien estiż lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data jew bil-miktub fi żmien li ma jaqbiżx is-sebat ijiem kalendarji. |
Id-deċiżjoni tas-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà tista’ tiġi appellata bl-użu tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ilmenti deskritta fil-punt 11 (appell intern lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà, segwit, jekk meħtieġ, minn appell lis-CNGF).
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità (nuqqas ta’ awtorizzazzjoni) u ladarba l-problema tan-nuqqas ta’ konformità tkun ġiet solvuta, l-operatur jista’ jerġa’ jidħol f’kuntratt ma’ aġenzija għal awditjar ta’ verifika speċjali biex jikkonferma r-riżoluzzjoni tal-każ tan-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, jekk il-konferma tar-riżoluzzjoni tal-każ tan-nuqqas ta’ konformità ma teħtieġx verifika ġdida fuq il-post, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jikkonfermaha mingħajr ma l-operatur ikollu rikors għal awditjar speċjali.
Il-konformità (awtorizzazzjoni) hija valida għal perjodu ta’ sena li wara t-tmiem tagħha l-operatur ikollu jidħol f’kuntratt ta’ awditjar ġdid li se jqis ir-riżultati tal-awditu preċedenti.
Matul il-perjodu ta’ validità tagħha, il-konformità tista’ tiġi sospiża jew annullata mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà, jekk ikun meħtieġ b’deċiżjoni tas-CNGF wara l-ipproċessar ta’ każ ta’ lment. Is-sospensjoni jew l-annullament tiġi deċiża abbażi ta’ informazzjoni ġdida, ilmenti, awditi speċjali (ara l-punt 4.2.12.) jew elementi rilevanti oħra. Ir-raġunijiet jiġu kkomunikati lill-operatur fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Jekk is-sistema tal-ġestjoni tad-data ma tkunx operattiva, din il-komunikazzjoni tiġi trażmessa bil-miktub lill-operatur.
4.2.11. Teħid ta’ deċiżjoni dwar it-traċċabbiltà
Peress li l-Aġenzija tista’ tivverifika t-traċċabbiltà tal-ispedizzjonijiet tal-injam fi stadji differenti tal-katina tal-provvista biss fil-mument tal-awditu, ir-rapport jinkludi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar it-traċċabbiltà ġenerali tal-operazzjonijiet validi fil-mument tal-awditu.
Wara l-wasla tal-applikazzjoni għal liċenzja FLEGT, is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jivverifika t-traċċabbiltà għall-ispedizzjoni koperta mill-applikazzjoni bl-użu tas-sistema tal-ġestjoni tad-data u filwaqt li jqis ir-rapport tal-Aġenzija.
Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali lill-operatur jew jeħtieġ awditjar speċjali jew addizzjonali kif previst fil-punt 4.2.12.
4.2.12. Awditi speċjali jew addizzjonali
Matul il-perjodu li għalih tkun ġiet ivverifikata l-legalità, l-operaturi kkonċernati huma obbligati jinformaw lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà b’kull modifika sinifikanti fis-sjieda, fl-istrutturi, fil-ġestjoni jew fl-operazzjonijiet ikkonċernati. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jista’ jitlob li l-operatur iwettaq awditjar speċjali jew addizzjonali abbażi ta’ din l-informazzjoni kif ukoll abbażi ta’ kwalunkwe element ieħor meqjus rilevanti.
Awditu addizzjonali jikkorrispondi għal awditjar ġdid kif deskritt fil-punti 4.2.4. sa 4.2.11. li jqis ir-riżultati rilevanti tal-awditu preċedenti. Awditu speċjali jippermetti l-verifika ta’ punti speċifiċi biex jikkompletaw ir-riżultati ta’ awditjar preċedenti (jiġifieri mwettaq inqas minn 12-il xahar qabel dan l-awditu speċjali). Awditu speċjali jippermetti wkoll il-konferma tar-riżoluzzjoni tal-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità identifikati waqt awditjar preċedenti. Għalhekk, ir-riżultati ta’ awditjar speċjali huma validi biss għaż-żmien li jifdal tal-awditu inizjali li hu jikkompleta. Il-manwal ta’ verifika jinkludi l-arranġamenti dettaljati għal dawn l-awditi addizzjonali u speċjali.
5. Ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati privati u pubbliċi
Sabiex jiġu rikonoxxuti l-prattiki tajbin fis-settur tal-foresti, sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati li jinkludu verifika tar-rispett lejn il-leġiżlazzjoni applikabbli jistgħu jintużaw fil-qafas tal-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju.
Għal dan l-għan, il-Kosta tal-Avorju tevalwa r-reġimi ta’ ċertifikazzjoni privati f’konformità mar-rekwiżiti tas-SVL u tistabbilixxi lista ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati rikonoxxuti għall-konsiderazzjoni tagħhom fl-analiżi tar-riskju. Din il-lista tiġi kkomunikata lill-KKI u ppubblikata fuq is-sit web tal-Ministeru responsabbli għall-foresti. Il-lista tar-reġimi rikonoxxuti hija vvalutata mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, aġġornata fuq bażi regolari.
Il-Kosta tal-Avorju tista’ tiżviluppa proċeduri li jippermettu li awditjar ta’ ċertifikazzjoni privat rikonoxxut kif previst fit-tieni subparagrafu jservi wkoll bħala awditjar ta’ verifika. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu dettaljati fil-manwal ta’ verifika.
Il-legalità tal-injam importat b’liċenzja FLEGT u/jew b’permess CITES hija rikonoxxuta awtomatikament. Sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati u pubbliċi jistgħu jintużaw ukoll biex jagħtu prova tal-oriġini legali tal-injam importat.
6. Is-sistema tal-ġestjoni tad-data
Il-Kosta tal-Avorju stabbilixxiet sistema nazzjonali ċentralizzata għad-dokumentazzjoni, għall-kontroll u għall-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà.
Is-sistema tal-ġestjoni tad-data hija amministrata mis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà. L-operaturi u l-amministrazzjonijiet awtorizzati jaċċessaw is-sistema biex jirreġistraw fiha d-data u d-dokumenti użati biex tiġi vverifikata l-legalità. L-amministrazzjonijiet għandhom ukoll is-setgħa li jivvalidaw id-data fis-sistema. F’każijiet speċifiċi, id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati jew jintbagħtu lill-amministrazzjoni bil-miktub. Jekk is-sistema tal-ġestjoni tad-data ma tkunx operattiva, il-kopji tad-dokumenti li jridu jiġu rreġistrati fiha għandhom jiġu trażmessi lill-amministrazzjoni bil-miktub u jsiru aċċessibbli għall-osservazzjoni indipendenti u għall-awditjar indipendenti. Ladarba s-sistema terġa’ tkun operattiva, id-dokumenti kkonċernati għandhom jiġu rreġistrati kif previst fil-manwal ta’ verifika.
L-aġenziji ta’ verifika jistgħu jaċċessaw is-sistema tal-ġestjoni tad-data mingħajr id-dritt ta’ modifika sabiex iwettqu l-verifiki dokumentarji li huma parti mill-kompiti tagħhom. L-aġenziji jistgħu jirreġistraw ukoll id-diversi dokumenti li joħorġu mill-verifika kif previst fil-punt 4.2.
L-awditur indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fl-osservazzjoni indipendenti għandhom aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data mingħajr id-dritt ta’ modifika biex jikkonsultaw l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data importanti jew rilevanti kollha biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL.
Il-Kosta tal-Avorju tfassal u tippubblika l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-kisba tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data u tidentifika d-data li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.
7. It-trattament ta’ każijiet tan-nuqqas ta’ konformità
Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jiġu identifikati u indirizzati fi stadji differenti tal-verifika. Kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat matul il-verifika jiġi kkomunikat lill-operatur u, fejn xieraq, lis-servizz tal-amministrazzjoni kkonċernata sabiex ikunu jistgħu jinġiebu elementi addizzjonali u jittieħdu azzjonijiet korrettivi għat-trattament tiegħu.
Fir-rigward tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll, dawn għandhom jiġu kkomunikati mill-aġenzija ta’ verifika lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà u lis-servizz amministrattiv ikkonċernat fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Grupp ta’ ħidma li fih huma rrappreżentati s-servizzi differenti tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL jgħin biex jittratta u jsolvi każijiet tan-nuqqas ta’ konformità u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet għal dak l-għan lis-servizzi kkonċernati. Is-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jipprovdi s-segretarjat għal dan il-grupp ta’ ħidma.
8. Il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT u ċertifikati tal-legalità pubbliċi
Il-liċenzja FLEGT hija l-mezz biex jiġi ċċertifikat li l-injam huwa prodott legalment u li ġie traċċat. Din jinħareġ wara verifika tal-konformità legali u tat-traċċabbiltà tal-injam li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni.
Il-kisba ta’ liċenzja FLEGT hija obbligatorja għall-esportazzjonijiet kollha tal-injam, skont il-lista ta’ injam u prodotti stabbilita fl-Anness I, lejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Din tinħareġ minn awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji, maħtura jew stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-foresti u mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu.
Il-proċedura tal-ħruġ u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzji FLEGT huma msemmija fl-Anness V.
Il-legalità tal-injam maħsub għas-swieq tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni hija, min-naħa tagħha, attestata minn ċertifikati pubbliċi ta’ legalità maħruġa mill-Kosta tal-Avorju wara verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif deskritt f’dan l-Anness. Ċertifikat ta’ legalità pubbliku jista’ jinħareġ għall-injam maħsub għall-konsum nazzjonali wara verifika fis-SVL li dan l-injam ġie prodott legalment.
9. L-awditu indipendenti
L-awditu indipendenti jivvaluta l-eżekuzzjoni kif suppost u l-effiċjenza tas-SVL. Dan jippermetti wkoll l-identifikazzjoni tal-lakuni u tad-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-SVL u li jiġu ssuġġeriti rakkomandazzjonijiet lill-KKI.
Fejn xieraq, il-lakuni u d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-SVL identifikati mill-awditur indipendenti jitqiesu matul il-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżijiet tar-riskju li jgħinu biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet għal verifika tat-tieni livell u għal verifika fuq il-post.
It-termini ta’ referenza għall-awditu indipendenti jidhru fl-Anness VI.
10. L-osservazzjoni indipendenti
Is-SVL tintegra l-osservazzjoni indipendenti mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-osservazzjoni indipendenti hija missjoni mhux statali biex jiġu osservati l-attivitajiet tal-forestrija u tal-agroforestrija previsti mil-leġiżlazzjoni Ivorjana u mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bl-għan li tinġabar u tinqasam informazzjoni kredibbli u verifikabbli dwar il-ġestjoni tal-foresti għat-titjib tal-governanza tal-foresti. Għalhekk, din hija attività mwettqa fuq bażi permanenti jew matul mandat. L-osservazzjoni indipendenti tista’ għalhekk tkun esterna jew awtorizzata.
Fil-qafas tas-SVL, l-osservazzjoni indipendenti tikkonċerna b’mod partikolari l-attivitajiet li ġejjin:
— |
l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet awtonomi ta’ osservazzjoni indipendenti, |
— |
il-parteċipazzjoni bħala osservatur fil-missjonijiet ta’ kontroll u fl-awditi ta’ verifika fuq il-post, |
— |
l-identifikazzjoni tal-malfunzjonijiet, tal-indizji, tal-każijiet ta’ ksur tar-regolamenti applikabbli għall-attivitajiet tal-forestrija u l-produzzjoni ta’ rapporti ta’ osservazzjoni indipendenti, |
— |
it-twissija lill-partijiet ikkonċernati dwar l-attivitajiet illegali osservati. |
L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti għandhom aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data.
Ir-rapporti tal-osservazzjoni indipendenti huma rreġistrati fis-sistema tal-ġestjoni tad-data u jitqiesu fil-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżijiet tar-riskji li jgħinu biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-verifika tat-tieni livell u tal-verifika fuq il-post kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ awditi speċjali jew addizzjonali.
L-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti jistgħu jakkumpanjaw il-missjonijiet tal-awditjar mill-fondi tagħhom stess filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali.
Il-missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti huma mmirati lejn l-operaturi u l-attivitajiet tagħhom, iżda wkoll lejn il-funzjonament tal-istrutturi kompetenti tal-Istat, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tal-kontroll u l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ verifika.
11. Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti
Is-SVL tipprevedi l-possibbiltà għad-diversi atturi involuti biex iressqu lmenti dwar il-kontrolli u l-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, kif ukoll dwar il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.
Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti tas-SVL hija mekkaniżmu għall-prevenzjoni u għas-soluzzjoni tal-kunflitti u tat-tilwim relatati mal-verifika tal-legalità tal-injam, permezz tad-djalogu. B’hekk tippermetti lill-partijiet ikkonċernati tas-SVL jesprimu l-ilmenti, it-talbiet, l-oġġezzjonijiet jew kwalunkwe forma oħra ta’ pretensjoni tagħhom lill-istrutturi kompetenti.
L-istrutturi tal-ġestjoni tal-ilmenti huma d-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà u s-CNGF.
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilmenti, il-mandat tad-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà huwa kif ġej:
— |
li jirċievi u jirreġistra l-ilmenti u s-sottomissjonijiet bil-fomm u bil-miktub fir-reġistru tal-ilmenti tas-sistema tal-ġestjoni tad-data; |
— |
li jittratta l-appell intern jekk l-ilment jikkonċerna waħda mid-deċiżjonijiet tiegħu stess; |
— |
li jwettaq kwalunkwe riċerka, ġbir ta’ informazzjoni jew konsultazzjoni meħtieġa; |
— |
li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-CNGF; |
— |
li jħejji u jittrażmetti rapporti perjodiċi dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-ilmenti lis-CNGF; |
— |
li jiżgura l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet misjuba għall-ilmenti skont il-limiti taż-żmien stabbiliti. |
Dwar it-trattament tal-ilmenti, il-mandat tas-CNGF huwa kif ġej:
— |
li jipprovdi l-gwidi u d-direttivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti, |
— |
li jiżgura s-segwitu u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti, |
— |
li jittratta l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mid-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà wara appell intern mingħajr suċċess, |
— |
li jħejji u jittrażmetti rapporti perjodiċi dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-ilmenti lill-KKI. |
Sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà wiesgħa għas-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti, huma possibbli li jiġu sottomessi lmenti anonimi. Huwa wkoll possibbli li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-tmexxija u l-awtoritajiet tradizzjonali u t-trade unions tal-ħaddiema jressqu lment f’isem il-komunitajiet lokali jew il-ħaddiema rispettivament.
Il-proċedura tal-ġestjoni tal-ilmenti, inklużi l-limiti ta’ żmien għall-appelli, hija speċifikata fil-manwal tal-verifika.
ANNESS IV
KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IR-RILAXX GĦAĊ-ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FL-UNJONI TAL-INJAM U TA’ PRODOTTI DERIVATI ESPORTATI MILL-KOSTA TAL-AVORJU U KOPERTI MINN LIĊENZJA FLEGT
1. Qafas ġenerali
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u fuq ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 1024/2008 tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (1), li jirregolaw il-kundizzjonijiet għad-dħul fis-suq tal-Unjoni tal-injam u tal-prodotti derivati koperti b’liċenzja FLEGT minn pajjiż sieħeb.
2. Proċessar tal-liċenzji FLEGT
Il-liċenzja FLEGT hija ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-ispedizzjoni koperta minn dik il-liċenzja hija ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew permezz ta’ mezzi veloċi oħra.
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jinfurmaw, skont il-proċeduri nazzjonali fis-seħħ, lill-awtoritajiet doganali b’dan minnufih meta l-liċenzja tiġi aċċettata.
3. Kontroll tad-dokumentazzjoni tal-liċenzji FLEGT
Il-liċenzji FLEGT fuq karta huma konformi mal-mudell deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness V. Kwalunkwe liċenzja FLEGT li ma tissodisfax ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V mhijiex valida.
Liċenzja FLEGT titqies bħala invalida jekk tiġi kkomunikata wara d-data ta’ skadenza speċifikata fiha.
Il-liċenzja FLEGT ma jista’ jkun fiha l-ebda tħassir jew tibdil.
L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja FLEGT ma għandhiex tkun aċċettata sakemm l-estensjoni ma tkunx ġiet vvalidata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
L-ebda liċenzja FLEGT idduplikata jew dokument ta’ sostituzzjoni mhuma aċċettati jekk ma jkunux inħarġu jew ġew approvati mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
4. Talbiet għal informazzjoni supplimentari
F’każ ta’ dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja FLEGT, ta’ liċenzja dduplikata jew ta’ dokument ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Din it-talba tista’ tkun akkumpanjata minn kopja tal-liċenzja FLEGT, mil-liċenzja dduplikata jew mid-dokument ta’ sostituzzjoni tal-liċenzja FLEGT inkwistjoni.
5. Verifika tal-konformità tal-liċenzja FLEGT mal-ispedizzjoni
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun meħtieġ li jwettqu verifiki addizzjonali tal-ispedizzjoni qabel ma jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew le liċenzja FLEGT, jistgħu jitwettqu kontrolli biex jiġi ddeterminat jekk l-ispedizzjoni inkwistjoni tikkonformax mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT u fl-arkivji relatati mal-liċenzja FLEGT ikkonċernata miżmuma mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Jekk il-volum jew il-piż tal-injam u tal-prodotti derivati li jinsabu fl-ispedizzjoni ppreżentata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ma jvarjax b’aktar minn 10 % mill-volum jew mill-piż indikat fil-liċenzja FLEGT korrispondenti, l-ispedizzjoni titqies li tikkonforma mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja FLEGT f’termini ta’ volum jew piż.
Fil-każ ta’ dubju dwar jekk l-ispedizzjoni tikkonformax mal-liċenzja FLEGT, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ titlob li jingħataw kjarifiki mingħand l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħatilha kopja tal-liċenzja FLEGT jew tad-dokument ta’ sostituzzjoni kkonċernat.
Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ verżjoni kkoreġuta skont il-miżuri previsti fl-Anness V.
Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċevix tweġiba fi żmien 21 jum kalendarju mit-talba għall-kjarifiki, l-awtorità kompetenti ma taċċettax il-liċenzja FLEGT u taġixxi f’konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-proċeduri fis-seħħ.
Liċenzja FLEGT ma tistax tiġi aċċettata jekk ikun ġie stabbilit, skont il-ħtieġa, wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba f’konformità mal-punt 4 jew wara kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri mwettqa f’konformità ma’ dan il-punt, li l-liċenzja FLEGT ma tikkorrispondix mal-ispedizzjoni.
6. Verifika qabel il-wasla tal-ispedizzjoni
Il-liċenzja FLEGT tista’ tiġi ppreżentata qabel il-wasla tal-ispedizzjoni li tkopri.
Il-liċenzja FLEGT tiġi aċċettata jekk tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness V u jekk ma jitqiesx neċessarju li jitwettqu verifiki addizzjonali skont il-punti 4 u 5 ta’ dan l-Anness.
7. Kwistjonijiet oħra
L-ispejjeż li ġejjin mill-verifika jitħallsu mill-importatur sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni u fil-proċeduri tal-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat.
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil jew ta’ diffikultajiet persistenti relatati mal-verifika tal-liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-KKI u l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi informata b’dan.
8. Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Fil-kaxxa 44 tad-dokument amministrattiv uniku li fih tidher id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, hemm referenza għan-numru tal-liċenzja FLEGT li jakkumpanja l-injam u l-prodotti derivati soġġetti għal din id-dikjarazzjoni.
Jekk id-dikjarazzjoni doganali ssir bl-użu ta’ proċess kompjuterizzat, ir-referenza tiġi indikata fil-kaxxa prevista għal dan l-għan.
L-injam u l-prodotti derivati jistgħu jinħelsu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss wara li tkun tlestiet il-proċedura deskritta f’dan l-Anness.
ANNESS V
PROĊEDURA GĦALL-ĦRUĠ U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-LIĊENZJI FLEGT
1. Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-liċenzji FLEGT
F’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, il-liċenzja FLEGT hija l-mezz li jiċċertifika li l-injam u l-prodotti derivati huma prodotti legalment u ġew traċċati skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness III.
Hija meħtieġa liċenzja FLEGT għall-esportazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, elenkati fil-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I. Għall-pajjiżi l-oħra, se jinħareġ ċertifikat pubbliku li jattesta l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam skont ir-rekwiżiti tas-SVL.
Liċenzja FLEGT tinħareġ għal spedizzjoni waħda ta’ esportatur wieħed lejn l-Unjoni.
Ir-rekwiżiti u l-proċeduri dettaljati għall-ħruġ, għat-tiġdid jew għall-estensjoni tal-validità, tal-irtirar, tas-sostituzzjoni u tal-ġestjoni tal-liċenzji FLEGT huma stabbiliti fil-manwal ta’ verifika msemmi fil-punt 4.2.3. tal-Anness III.
2. Awtorità li toħroġ il-liċenzji
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija struttura taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru responsabbli għall-foresti.
Il-kompożizzjoni, is-setgħat u l-funzjonament tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji huma definiti minn test regolatorju.
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija l-istruttura kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kosta tal-Avorju u l-awtoritajiet kompetenti dwar il-kwistjonijiet relatati mal-liċenzji FLEGT.
3. Proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT
Il-liċenzja FLEGT tinħareġ wara l-verifika tal-konformità legali u tat-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati li għandhom jiġu esportati, kif previst fl-Anness III.
Il-liċenzja FLEGT tinkiseb malli titlesta l-proċedura li ġejja:
— |
Stadju 1 – riċevuta tal-applikazzjoni: L-esportatur jimla u jippreżenta applikazzjoni għal liċenzja FLEGT skont formola definita mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji; |
— |
Stadju 2 – eżami tal-applikazzjoni: L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tiżgura li l-konformità tal-prodotti tal-injam li għandhom jiġu esportati tkun ġiet ivverifikata skont l-Anness III; |
— |
Stadju 3 – deċiżjoni għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni:
|
L-applikazzjonijiet għal-liċenzja FLEGT jiġu ppreżentati u pproċessati b’mod elettroniku bl-użu tas-sistema tal-ġestjoni tad-data. Madankollu, huma jistgħu jiġu sottomessi u pproċessati manwalment fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-ġestjoni tad-data. Fil-każ ta’ applikazzjoni manwali għal liċenzja FLEGT, din għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ legalità u ta’ traċċabbiltà maħruġ mid-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà skont il-proċeduri deskritti fl-Anness III.
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ tirtira kwalunkwe liċenzja FLEGT li jkun fiha żball u toħroġ liċenzja kkoreġuta bl-isem ta’ “Liċenzja Kkoreġuta” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT huwa soġġett għall-pagament ta’ tariffa, li l-ammont tagħha u l-mod kif titħallas huma stabbiliti f’test regolatorju.
4. Karatteristiċi ġenerali tal-liċenzji FLEGT
Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ fuq karta jew b’mod elettroniku.
Il-liċenzja FLEGT jkollha l-informazzjoni li tidher fl-Appendiċi 1, f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni tal-Appendiċi 2.
Għal spedizzjonijiet kumplessi li għalihom ma jkunx possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-ewwel mudell stabbilit fl-Appendiċi 1, għandu jiżdied dokument mehmuż intitolat “Deskrizzjoni addizzjonali tal-merkanzija mehmuża mal-liċenzja FLEGT”. Dan id-dokument mehmuż jinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar id-deskrizzjoni tal-ispedizzjoni, kif speċifikat fl-Appendiċi 1. F’dan il-każ, il-kaxxi korrispondenti tal-liċenzja FLEGT ma jkunx fihom informazzjoni dwar l-ispedizzjoni, iżda referenza għad-dokument mehmuż.
Il-liċenzja FLEGT issir valida mill-istess ġurnata tal-ħruġ tagħha.
It-tul ta’ validità tal-liċenzja FLEGT hija ta’ 6 xhur, bil-possibbiltà ta’ tiġdid jew ta’ estensjoni għal perjodu li ma jistax jaqbeż it-3 xhur. Id-data tal-iskadenza hija indikata fuq il-liċenzja FLEGT.
Wara l-iskadenza tagħha, il-liċenzja FLEGT ma tibqax titqies valida.
F’każ li jinqerdu l-injam u l-prodotti derivati kkonċernati, il-liċenzja FLEGT ma tibqax valida u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji b’dan.
5. Karatteristiċi tal-liċenzji FLEGT fuq karta
Il-liċenzji FLEGT fuq karta għandhom ikunu konformi mal-format deskritt fl-Appendiċi 1.
Il-liċenzja FLEGT tinħareġ f’format A4.
Il-liċenzja FLEGT tinħareġ f’sitt kopji identifikati bil-mod li ġej:
— |
kopja li fiha il-kelma “ ORIĠINALI” maħsuba għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-ispedizzjoni kopert mil-liċenzja tiġi ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, |
— |
kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA ” hija maħsuba għall-awtorità doganali tal-Unjoni, |
— |
kopja li fiha l-kelma “ ESPORTATUR ” hija maħsuba għall-applikant tal-liċenzja FLEGT, |
— |
kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ DOGANALI TAL-KOSTA TAL-AVORJU” hija maħsuba għall-awtorità doganali tal-Kosta tal-Avorju, |
— |
kopja li fiha l-kliem “ AWTORITÀ GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI FLEGT ” tinżamm mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji, |
— |
kopja li fiha l-kelma “ARCHIVES” hija maħsuba għall-arkivji miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti tal-Kosta tal-Avorju. |
Il-liċenzji FLEGT jimtlew bl-użu ta’ typewriters jew kompjuters. Jistgħu jimtlew bl-idejn, jekk ikun meħtieġ. Il-kwantitajiet jissemmew mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji b’tali mod li jkun impossibbli li jiddaħħlu ċifri jew referenzi addizzjonali.
Il-viża tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija indikata fuq kull kopja tal-liċenzja permezz ta’ firma fiżika u t-timbru tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji mmarkat permezz ta’ timbru xott.
Il-liċenzja FLEGT għandha numru ta’ referenza u barcode. Il-formola ma jistax ikun fiha la tħassir u lanqas tibdil.
Il-liċenzji FLEGT huma stampati u mimlija bil-Franċiż.
Bl-eċċezzjoni tal-kopji maħsuba għall-arkivji miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti u għall-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji, il-kopji l-oħra kollha jerġgħu jingħataw lill-applikant li jżomm il-kopja tiegħu u jibgħat l-oħrajn lir-riċevituri tagħhom.
6. Liċenzja FLEGT mitlufa jew meqruda
Fil-każ ta’ telf jew ta’ qerda ta’ waħda mill-kopji elenkati fit-tielet subparagrafu tal-punt 5, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jista’ jitlob lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji biex toħroġlu liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni. Id-detentur tal-liċenzja FLEGT jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu dikjarazzjoni ta’ telf tal-kopja inkwistjoni maħruġa mill-pulizija nazzjonali jew mill-ġendarmerija nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju.
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT toħroġ il-liċenzja/i FLEGT ta’ sostituzzjoni fi żmien 48 siegħa minn meta tirċievi t-talba tal-esportatur.
Il-liċenzji FLEGT ta’ sostituzzjoni fihom l-informazzjoni u l-indikazzjonijiet li jidhru fil-liċenzja FLEGT li jissostitwixxu, inkluż in-numru tal-liċenzja.
Il-liċenzji FLEGT ta’ sostituzzjoni għandu l-kliem “ Liċenzja ta’ sostituzzjoni” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni jannulla l-validità tal-liċenzja oriġinali. Jekk id-dokument mitluf jew misruq jinstab, dan għandu jinqered jew jintbagħat lura lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
7. Dubji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT
F’każ ta’ dubju dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT jew dwar il-liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu verifiki addizzjonali mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jibagħtulha kopja tal-liċenzja FLEGT jew tal-liċenzja FLEGT ta’ sostituzzjoni inkwistjoni.
Jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tirtira l-liċenzja FLEGT u toħroġ kopja kkoreġuta bil-kliem “Liċenzja kkoreġuta” awtentikata bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji li għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti.
Jekk il-validità tal-liċenzja FLEGT tiġi kkonfermata, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji tinforma, preferibbilment b’mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u tibgħat lura l-kopji tal-liċenzja FLEGT. Il-kopji hekk irritornati għandu jkollhom il-kliem “Ivvalidati fi…” awtentikati bit-timbru u bil-firma tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji.
Jekk il-liċenzja FLEGT inkwistjoni ma tkunx valida, l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji għandha tinforma, preferibbilment b’mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.
8. Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ Liċenzja FLEGT Kompjuterizzata
Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tintuża permezz ta’ sistemi kompjuterizzati.
Liċenzja fuq il-karta tingħata lill-Istati Membri tal-Unjoni li mhumiex marbuta mas-sistema tal-IT.
9. Terminoloġija
It-termini użati fl-Appendiċi huma deskritti kif ġej għall-kuntest Avorjan:
a) |
“Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti derivati”: deskrizzjoni tan-natura tal-prodotti; |
b) |
“Mezz ta’ trasport”: mod ta’ trasport mill-punt tal-esportazzjoni: “marittimu”/“bl-ajru”/“fuq l-art”; |
c) |
“Ismijiet komuni jew xjentifiċi”: l-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew l-ismijiet xjentifiċi tal-kategoriji tal-injam użati fil-prodott. Mhuwiex rakkomandabbli li jintuża l-isem vernakulari jekk dan normalment ma jkunx rikonoxxut fil-kummerċ internazzjonali; |
d) |
“Pajjiż tal-ġbir”: il-pajjiż tat-teħid tal-injam u ta’ prodotti derivati kkonċernati. |
Appendiċijiet
1. |
Mudell għal-liċenzja FLEGT u mudell tad-deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuż mal-liċenzja FLEGT |
2. |
Noti ta’ spjegazzjoni |
Appendiċi 1
Mudell għal-liċenzja FLEGT
L-emblemi u l-logos tal-Kosta tal-Avorju
L-Unjoni Ewropea |
|
FLEGT |
|||||||||||
1 |
|
|
|||||||||||
ORIĠINAL |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
1 |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
Mudell tad-deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuż mal-liċenzja FLEGT
Deskrizzjoni komplementari tal-merkanziji mehmuża mal-liċenzja FLEGT |
||||||||
Numru tal-liċenzja FLEGT: |
||||||||
Nru Prodott |
Deskrizzjoni kummerċjali tal-injam jew tal-prodotti derivati |
Kodiċi NM |
Ismijiet komuni jew xjentifiċi |
Pajjiż tal-ħsad |
Kodiċi ISO tal-pajjiż tal-ħsad |
Volum (m3) |
Piż nett (kg) |
Għadd ta’ unitajiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Firma u timbru tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT Post: Data: |
Appendiċi 2
Noti ta’ spjegazzjoni
Kummenti ġenerali
— |
Għandha timtela b’ittri kapitali, |
— |
Meta msemmija, il-kodiċijiet ISO jirreferu għall-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, skont l-istandard internazzjonali, |
— |
It-termini “Unjoni Ewropea” u “FLEGT” jindikaw li l-liċenzja tkopri spedizzjoni destinata lejn l-Unjoni, |
— |
Il-kelma “ORIĠINALI” tinbidel b’waħda mill-kliem li ġejjin korrispondenti għad-destinatarju tal-kopja: “AWTORITÀ DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA”, “ESPORTATUR”, “AWTORITÀ DOGANALI TAL-KOSTA TAL-AVORJU”, “AWTORITÀ GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI FLEGT” jew “AKRIVJI”. |
Kaxxa 1 |
Awtorità li toħroġ il-liċenzja |
Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzja. |
Kaxxa 2 |
Importatur |
Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur. |
Kaxxa 3 |
Numru tal-liċenzja FLEGT |
Indika n-numru tal-liċenzja. |
Kaxxa 4 |
Data ta' skadenza |
Indika d-data tal-iskadenza tal-liċenzja. |
Kaxxa 5 |
Pajjiż tal-esportazzjoni |
Indika l-pajjiż sieħeb li minnu ġew esportati l-injam u l-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni. |
Kaxxa 6 |
Kodiċi ISO |
Indika l-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż sieħeb imsemmi fil-Kaxxa 5. |
Kaxxa 7 |
Mezzi tat-trasport |
Indika l-mezz ta’ trasport mill-punt tal-esportazzjoni |
Kaxxa 8 |
Detentur tal-awtorizzazzjoni FLEGT |
Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur. |
Kaxxa 9 |
Deskrizzjoni kummerċjali |
Indika n-natura tal-prodott |
Kaxxa 10 |
Pożizzjoni u deskrizzjoni SA |
Daħħal il-kodiċi tal-prodotti b’erba’ jew b’sitt ċifri stabbilit f’konformità mas-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u kodifikazzjoni tal-oġġetti. |
Kaxxa 11 |
Ismijiet komuni jew xjentifiċi |
Indika l-ismijiet komuni jew xjentifiċi tal-kategorija tal-injam użata fil-prodott. Jekk jidħlu bosta kategoriji fil-kompożizzjoni ta’ prodott, uża linja separata għal kull kategorija. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju). |
Kaxxa 12 |
Pajjiż tal-ħsad |
Indika l-pajjiżi fejn inħasdu l-kategoriji tal-injam imsemmija fil-kaxxa 10. Jekk bosta kategoriji jidħlu fil-kompożizzjoni tal-prodott, indika l-pajjiż tal-ġbir ta’ kull kategorija ta’ injam użata. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju). |
Kaxxa 13 |
Kodiċijiet ISO |
Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi (kodiċi tal-pajjiżi) msemmijin fil-kaxxa 12. Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti komposti jew komponenti li jkun fihom bosta kategoriji li ma jistgħux jiġu identifikati (particleboard, pereżempju). |
Kaxxa 14 |
Volum (m3) |
Indika l-volum globali f’m3. Mhux obbligatorju, ħlief jekk l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15 tħalliet barra. |
Kaxxa 15 |
Piż Nett (kg) |
Indika l-piż totali f’kg, jiġifieri l-massa netta tal-injam jew tal-prodotti derivati mingħajr kontenituri immedjati u lanqas ippakkjar, ħlief bearers, spacers, tikketti, eċċ. Mhux obbligatorju, ħlief jekk l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 14 tħalliet barra. |
Kaxxa 16 |
Għadd ta’ unitajiet |
Indika l-għadd ta’ unitajiet, meta prodott manifatturat ikun ikkwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Mhux obbligatorja. |
Kaxxa 17 |
Marki ta’ distinzjoni |
Indika, fejn ikun il-każ, kull marka distintiva, bħal mhuwa n-numru tal-lott jew n-numru tal-polza tat-tagħbija. Mhux obbligatorja. |
Kaxxa 18 |
Firma u timbru tal-awtorità tal-ħruġ |
Il-kaxxa għandu jkollha l-firma tal-uffiċjal awtorizzat u t-timbru uffiċjali tal-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji, bl-indikazzjoni tal-post u tad-data. |
ANNESS VI
TERMINI TA’ REFERENZA TAL-AWDITUR INDIPENDENTI
1. Prinċipji
L-awditjar indipendenti jitwettaq skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim. L-awditjar indipendenti jittratta s-SVL li tiżgura li l-prodotti elenkati fl-Anness I maħsuda, trasportati, ipproċessati, esportati, importati jew mibjugħa jikkonformaw mal-kriterji tal-legalità u tat-traċċabbiltà. Is-SVL tiżgura wkoll li l-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji toħroġ il-liċenzji biss għall-ispedizzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha.
It-termini ta’ referenza, li huma s-suġġett ta’ dan l-Anness, jiddeskrivu l-għanijiet, il-kompiti u l-metodoloġija tal-awditu indipendenti, kif ukoll l-metodi għat-tfassil tar-rapporti tal-awditur indipendenti. Dan l-Anness jipprovdi wkoll is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni u jimpenja lill-Partijiet biex jappoġġaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-awditur indipendenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni. It-termini ta’ referenza jiddeskrivu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa u jiffurmaw il-bażi għat-tħejjija ta’ dokumenti tal-offerti aktar dettaljati meta jiġi reklutat l-awditur indipendenti.
2. Għanijiet
L-għan tal-awditu indipendenti huwa li jivvaluta l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL.
3. Kompiti
Il-kompiti tal-awditur indipendenti għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-elementi li ġejjin:
a) |
l-iżvilupp ta’ manwal tal-awditjar li jagħti dettalji dwar l-operazzjonijiet kollha tal-awditjar, inklużi metodi u għodod għall-ġbir ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tad-data rilevanti u l-produzzjoni tar-rapporti. Dan il-manwal tal-awditjar jindika wkoll il-mod kif l-ilmenti jiġu ttrattati u l-proċeduri li jippermettu l-iżgurar tal-indipendenza u tal-kunfidenzjalità tax-xogħol tal-awdituri; |
b) |
l-awditjar tas-SVL: l-awditur indipendenti jiżgura li s-SVL topera b’mod effettiv u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim. B’mod aktar speċifiku, l-awditu jkopri l-komponenti li ġejjin:
|
c) |
l-identifikazzjoni tal-lakuni u tad-dgħufijiet fl-implimentazzjoni (1) u matul il-fażi operazzjonali (2) tas-SVL u s-suġġeriment tar-rakkomandazzjonijiet lill-KKI; |
d) |
il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi deċiżi mill-KKI biex jegħleb in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati fir-rapporti ta’ kontroll u ta’ verifika; |
e) |
it-tfassil ta’ rapport dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet lill-KKI, li jippubblika regolarment is-sommarju ta’ dawn ir-rapporti; |
f) |
it-twettiq ta’ kwalunkwe stħarriġ, analiżi jew studju ieħor mitlub mill-KKI biex jissostanzja b’mod ulterjuri l-awditu indipendenti. |
4. Metodoloġija
L-awditur indipendenti huwa obbligat li:
— |
juri professjonaliżmu u integrità f’kull ħin u fiċ-ċirkostanzi kollha; |
— |
jikkonforma mal-aħjar prattiki nazzjonali u internazzjonali billi jsegwi r-referenzi tal-istandards ISO 19011 (3) u 17021 (4) jew standards ekwivalenti; |
— |
jibbaża s-sejbiet tiegħu fuq elementi fattwali u fuq evidenza, b’mod partikolari miksuba minn stħarriġiet fuq il-post u minn awditi dokumentarji; |
— |
jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati kollha u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet attivi fl-osservazzjoni indipendenti tal-attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. |
Il-manwal tal-awditjar imsemmi fil-punt 3 propost mill-awditur indipendenti jiġi eżaminat u approvat mill-KKI qabel ma l-awditur indipendenti jkun jista’ jibda l-attivitajiet tal-awditjar f’konformità mal-manwal approvat.
4.1. Skeda tax-xogħol
Matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tas-SVL, l-awditur indipendenti jħejji u jissottometti l-manwal tal-awditjar kif ukoll pjan tal-awditjar lill-KKI u jwettaq awditjar inizjali. Matul dan l-awditu inizjali, l-awditur indipendenti huwa obbligat li jorganizza laqgħa ta’ ftuħ li matulha jiżgura fehim komuni tal-mandat tiegħu fost il-gruppi differenti ta’ atturi (is-soċjetà ċivili, it-tmexxija tradizzjonali, is-settur privat, il-ministeri u strutturi oħra tal-gvern). Din il-laqgħa hija wkoll l-opportunità biex jinġabru l-aspettattivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-parteċipanti fir-rigward ta’ dan l-eżerċizzju tal-awditjar. Fis-snin sussegwenti, l-awditur indipendenti għandu jwettaq awditi annwali għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin. Minn hemm’ il quddiem, din il-frekwenza għandha tiġi riveduta mill-KKI. L-awditur indipendenti jista’ jwettaq ukoll awditi mhux imħabbra u immedjati, fuq talba tal-Partijiet u wara l-approvazzjoni mill-KKI.
Fl-aħħar ta’ kull awditu, tiġi organizzata laqgħa mill-awditur indipendenti biex jiġu rrapportati r-riżultati lid-diversi atturi. Din il-laqgħa hija l-opportunità biex jiġi ppreżentat ir-rapport sommarju approvat mill-KKI.
4.2. Ambitu tax-xogħol
L-attivitajiet tal-awditur indipendenti jkopru l-kompiti kollha elenkati fil-punt 3 f’konformità mal-manwal tal-awditjar.
Matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u qabel ma s-SVL tkun kompletament operattiva, l-awditu indipendenti jista’ jkopri partijiet minnu identifikati mill-KKI.
Fil-fażi operazzjonali, l-awditu indipendenti jkopri l-attivitajiet kollha relatati mal-verifika: is-sistema ta’ verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà, is-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, is-sistema tal-ġestjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qafas tas-SVL u l-attivitajiet tal-korpi responsabbli għall-verifika u għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.
Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-awditur indipendenti jawditja wkoll l-attivitajiet rilevanti:
— |
l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni, |
— |
l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà, |
— |
l-operaturi, il-proċessuri, l-importaturi, l-esportaturi u n-negozjanti. |
L-awditur indipendenti jagħżel l-attivitajiet rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskji u, fejn xieraq, billi jqis il-prijoritajiet identifikati mill-KKI.
4.3. Akkwist u Mmaniġġjar tad-Data
Il-manwal tal-awditjar għandu jiddeskrivi l-proċeduri u l-prattiki tal-ġbir tal-evidenza, inklużi l-awditi fuq il-post, l-istħarriġ, l-intervisti u l-eżami tad-dokumentazzjoni. Għandu jiddeskrivi wkoll kif l-awditur indipendenti jwieġeb għall-ilmenti dwar ix-xogħol tiegħu stess. Id-data miġbura hija pproċessata b’mod oġġettiv (abbażi ta’ analiżi legali, ta’ kontroll tas-sistema tal-ġestjoni tad-data, f’konformità mar-regoli etiċi applikabbli għall-ġestjoni ta’ din id-data, eċċ.).
4.4. Sistemi ta’ verifika
Abbażi ta’ sejbiet u ta’ evidenzi tal-awditu dokumentati u arkivjati li kienu nkisbu permezz ta’ rieżami tad-dokumenti, intervisti, żjarat fuq il-post u ġbir ta’ data, l-awditur indipendenti jidentifika:
— |
Il-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-verifika tal-legalità u tat-traċċabbiltà u l-miżuri korrettivi li għandhom l-għan li jindirizza dawn il-każijiet tan-nuqqas ta’ konformità, |
— |
il-punti b’saħħithom kif ukoll dawk dgħajfa tas-SVL (li għandhom jitqiesu bħala opportunitajiet għal titjib) li se jagħmluha possibbli li jiġu mmirati l-azzjonijiet biex itejbu l-funzjonament u l-effettività tas-SVL. |
4.5. Riżorsi u awtorizzazzjonijiet adegwati
L-awditur indipendenti għandu biżżejjed riżorsi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex iwettaq xogħlu.
4.6. Sistema ta’ ġestjoni dokumentata
L-awditur indipendenti għandu sistema ta’ ġestjoni dokumentata adegwata biex jiżgura li l-persunal tiegħu jkollu l-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq awditjar effettiv u biex japplika l-kontroll u s-superviżjoni interni meħtieġa.
5. Rapporti u tixrid
L-awditur indipendenti għandu jaderixxi mal-istruttura u mal-approċċ stabbiliti fil-manwal tal-awditjar għat-tħejjija tar-rapporti tiegħu, kif miftiehem mal-KKI. L-awditur indipendenti għandu:
— |
jirrapporta dwar l-attivitajiet f’konformità mal-ippjanar miftiehem mal-KKI; |
— |
iħejji u jissottometti manwal tal-awditjar u pjan tal-awditjar li għandhom jiġu approvati mill-KKI qabel it-twettiq tal-awditu; |
— |
iħejji r-rapporti tiegħu f’konformità mal-prinċipji tal-awditi rikonoxxuti internazzjonalment u kif speċifikati fil-manwal tal-verifika; |
— |
jippreżenta rapport preliminari lill-KKI għall-kummenti; |
— |
jippreżenta rapport finali lill-KKI (abbażi tal-osservazzjonijiet riċevuti dwar ir-rapport preliminari u dwar l-evidenza miġbura), li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-programm tal-awditjar u l-funzjonament tas-SVL; |
— |
iħejji rapport sommarju, li l-KKI għandu jivvalida għat-tixrid mal-pubbliku ġenerali. Ir-rapport sommarju huwa bbażat fuq ir-rapport sħiħ u jiġbor fil-qosor ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu, inklużi dwar id-dgħufijiet u l-punti b’saħħithom identifikati tas-SVL. |
6. Mezzi u sorsi ta’ informazzjoni
Il-mezzi ewlenin ta’ aċċess għall-informazzjoni jinkludu:
— |
l-eżami tad-dokumenti u tar-reġistrazzjonijiet (rapporti, pjanijiet, reġistri, formoli, folders, skedi, siti web, bażijiet ta’ data u oħrajn); |
— |
iż-żjarat fuq il-post; |
— |
l-intervisti mal-persuni involuti fis-SVL u ma’ persuni oħra b’għarfien espert fil-kwistjoni; |
— |
il-konsultazzjonijiet u l-laqgħat mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
Rigward iż-żjarat fuq il-post, l-awditur indipendenti għandu jkollu aċċess għaż-żoni fejn ir-riżorsi tal-foresti jiġu użati, trasportati, ipproċessati u mibjugħa, kif ukoll għall-punti ta’ importazzjoni u esportazzjoni.
Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li l-awditur indipendenti jkollu aċċess sħiħ għall-informazzjoni, għad-dokumenti u għall-bażijiet ta’ data kollha li huma importanti jew rilevanti biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tajba u l-effettività tas-SVL. F’każ ta’ dubju dwar l-importanza, ir-rilevanza jew il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni għall-awditu indipendenti, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-KKI. L-aċċess għall-informazzjoni jinkludi l-informazzjoni miżmuma mill-Ministeru responsabbli għall-foresti u informazzjoni miżmuma minn ministeri u aġenziji governattivi oħra involuti fis-SVL. B’mod partikolari, l-awditur indipendenti għandu aċċess għall-informazzjoni mis-SVL u mill-komponenti tagħha u minn sorsi oħra, bħall-awditi ppubblikati minn pajjiżi oħra li stabbilixxew skema għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.
Il-partijiet involuti li jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti huma:
a) |
L-atturi statali:
|
b) |
L-atturi mhux statali:
|
7. Kwalifiki meħtieġa
a) |
L-awditur indipendenti jrid ikun kapaċi juri l-kwalifiki li ġejjin:
|
b) |
L-awditur indipendenti jrid jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
c) |
Barra minn hekk, l-awditur indipendenti għandu jkun jista’:
|
8. Proċess ta’ għażla u arranġamenti istituzzjonali
Il-proċess tas-sejħa għall-offerti huwa miftuħ għall-istituzzjonijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet rilevanti, inklużi l-korpi mingħajr skop ta’ qligħ, l-istituzzjonijiet akkademiċi u ċ-ċentri ta’ riċerka.
L-evalwazzjoni tal-offerti għandha tkun trasparenti u l-kriterji applikati għandhom isiru pubbliċi. Il-proċess tal-għażla tal-awditur indipendenti għandu jinkludi d-diliġenza dovuta lejn l-entitajiet li jikkompetu, skont l-istandards stabbiliti mill-KKI. Ir-rapport tal-evalwazzjoni tal-offerti għandu jsir pubbliku.
Id-dokumenti tal-offerti aktar dettaljati mħejjija abbażi ta’ dan l-Anness meta jiġi reklutat l-awditur indipendenti huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-KKI. Il-Kosta tal-Avorju tiffinalizza r-reklutaġġ tal-awditur indipendenti wara notifika ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-KKI.
9. Finanzjament tal-awditu indipendenti
Il-Partijiet għandhom sussegwentement jaqblu dwar il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-awditu indipendenti filwaqt li jiżguraw l-indipendenza tiegħu.
(1) It-terminu “implimentazzjoni” hawnhekk huwa mifhum bħala l-fażi tal-bini tas-SVL.
(2) It-terminu “fażi operazzjonali” hawnhekk huwa mifhum bħala l-fażi ta’ wara l-validazzjoni tas-SVL.
(3) Linji gwida għall-awditjar tas-sistemi ta’ ġestjoni
(4) Rekwiżiti applikabbli għall-korpi li jwettqu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni
(5) Sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.
ANNESS VII
KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI INDIPENDENTI TAS-SISTEMA TA’ VERIFIKA TAL-LEGALITÀ (SVL)
1. Dispożizzjonijiet Ġenerali
Is-SVL tal-Kosta tal-Avorju għandha l-għan li tiżgura l-legalità tal-injam u tal-prodotti derivati. Is-SVL għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni indipendenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti derivati tal-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni. Dan l-Anness jispeċifika l-kriterji għall-evalwazzjoni indipendenti ta’ din is-sistema, f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim. L-għan tiegħu huwa li jiddetermina l-funzjonament tajjeb u l-kredibbiltà tas-SVL sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-bidu tal-fażi operattiva tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT. L-evalwazzjoni indipendenti hija għalhekk differenti mill-awditu indipendenti. Filwaqt li dan tal-aħħar jirrappreżenta funzjoni permanenti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-evalwazzjoni indipendenti għandha ssir biss qabel il-bidu tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT.
2. Għan tal-evalwazzjoni
Biex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjoni mill-Partijiet dwar il-bidu tal-fażi operazzjonali tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, l-evalwazzjoni għandha tivvaluta:
— |
il-funzjonament, il-kredibbiltà u l-effettività tas-SVL; |
— |
ir-reviżjonijiet possibbli tas-SVL li jsiru wara l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim, |
— |
il-kapaċità tal-atturi involuti fis-SVL biex jaqdu r-rwol tagħhom, kull wieħed f’dak li jirrigwardah, kif previst f’dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu. |
3. Metodu tal-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni
L-evalwazzjoni tas-SVL titwettaq skont approċċ gradwali. In-nuqqasijiet u d-dgħufijiet tas-sistema, identifikati matul l-evalwazzjoni huma indirizzati progressivament permezz tal-implimentazzjoni ppjanata tal-miżuri korrettivi, kif miftiehem mill-Partijiet f’laqgħa tal-KKI, sa ma jintlaħaq livell meqjus sodisfaċenti mill-Partijiet.
L-evalwazzjoni tas-SAL għandha tqis l-awditi indipendenti preċedenti mwettqa fuq partijiet tas-SAL identifikati mill-KKI, kif stabbilit fl-Anness VI.
Il-mandat u t-termini ta’ referenza tal-evalwazzjoni indipendenti huma s-suġġett ta’ ftehim bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni waqt laqgħa tal-KKI. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti f’dan l-Anness jiffurmaw il-bażi ta’ dan il-mandat u tat-termini ta’ referenza.
4. Kriterji ta’ valutazzjoni
4.1. Definizzjoni ta’ injam prodott legalment
L-injam prodott legalment huwa definit fl-Artikoli 1 u 7 u fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim u din id-definizzjoni hija kkompletata mill-manwal ta’ verifika li jidentifika l-verifikaturi. Id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment għandha tkun ċara, oġġettivament verifikabbli u operazzjonalment applikabbli, u għandha tirreferi mill-inqas għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-oqsma li ġejjin:
— |
id-drittijiet tal-ġbir: l-allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tal-foresti u drittijiet oħra ta’ aċċess għall-ġbir tal-injam fil-limiti definiti legalment; |
— |
l-operazzjonijiet forestali: il-konformità mar-rekwiżiti legali u tekniċi għall-ġestjoni tal-foresti u għat-twettiq tal-operazzjonijiet forestali, b’mod partikolari l-konformità mal-leġiżlazzjonijiet soċjali u ambjentali applikabbli; |
— |
id-dazji u t-taxxi: il-konformità mar-rekwiżiti legali dwar it-taxxi, it-tariffi u kwalunkwe sistema oħra ta’ dħul relatati direttament mal-ġbir tal-injam u mad-drittijiet tal-ġbir; |
— |
l-utenti l-oħra: il-konformità, fejn xieraq, mal-liġijiet tal-art jew mal-liġijiet tal-użu relatati mal-artijiet u mar-riżorsi ta’ partijiet oħra, li jistgħu jiġu affettwati mil-liġijiet tal-ġbir tal-injam; |
— |
il-kummerċ u d-dwana: il-konformità mar-rekwiżiti legali għal proċeduri kummerċjali u doganali. |
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
Id-dispożizzjonijiet legali huma identifikati b’mod ċar fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment? |
— |
Jista’ jiġi identifikat b’mod ċar liema strument legali huwa l-bażi ta’ kull element tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment? |
— |
Il-prinċipji, il-kriterji u l-indikaturi li jippermettu l-kejl tal-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment huma speċifikati? |
— |
Il-verifikaturi li jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji, mal-kriterji u mal-indikaturi tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment jistrieħu fuq referenzi legali dokumentati? |
— |
Il-verifikaturi huma ċari, oġġettivi u applikabbli fuq il-pjan operattiv? Huma xierqa u adegwati biex jikkonfermaw il-konformità mal-indikatur? |
— |
Id-definizzjoni ta’ injam prodott legalment tkopri l-kundizzjonijiet legali ewlenin tal-liġijiet u tar-regolamenti fis-seħħ fl-oqsma identifikati fl-ewwel subparagrafu? |
Fil-każ ta’ modifika fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-mistoqsijiet ewlenin komplementari huma dawn li ġejjin:
— |
Il-partijiet ikkonċernati rilevanti ġew ikkonsultati dwar il-modifiki li saru u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom tqiesu? |
— |
Il-liġijiet u r-regolamenti speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal kull element ġdid tad-definizzjoni ta’ injam prodott legalment huma identifikati b’mod ċar? |
— |
Il-verifikaturi li jikkorrispondu għal aġġustamenti possibbli fid-definizzjoni ta’ injam prodott legalment kienu identifikati b’mod ċar? |
— |
Il-modifiki saru f’konformità ma’ dan il-Ftehim? |
4.2. Kamp ta’ applikazzjoni tas-SVL
Is-SVL tkopri l-prodotti identifikati fl-Anness I u s-sorsi tal-injam deskritti fil-punt 3.1 tal-Anness III. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet tal-injam mill-Kosta tal-Avorju lejn l-Unjoni, is-SVL tal-inqas tagħmilha possibbli li jiġi vverifikat li l-injam u l-prodotti derivati maħsuba biex jintbagħtu jew jiġu kkummerċjalizzati lejn is-suq tal-Unjoni jkunu ġew prodotti legalment.
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
Il-prodotti li huma parti mill-kamp ta’ applikazzjoni elenkati fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim huma kollha koperti mis-SVL? |
— |
Is-sorsi differenti tal-injam imsemmija fil-punt 3.1 tal-Anness III ta’ dan il-Ftehim huma koperti mis-SVL? |
— |
L-injam mid-deforestazzjoni u mir-reklamazzjoni u l-injam maqbud huma identifikati matul il-katina tal-provvista, koperti mis-SVL u esklużi milli jiksbu liċenzja FLEGT? |
— |
L-injam fi tranżitu u l-prodotti tal-injam lesti importati huma separati mill-katina tal-provvista u esklużi milli jiksbu liċenzja FLEGT? |
— |
L-atturi involuti fis-SVL huma kapaċi jaqdu r-rwol tagħhom, kif previst f’dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu? |
4.3. Kontroll
L-għan tal-kontrolli tal-legalità huwa li jiġi żgurat li l-operaturi jkunu kostitwiti u awtorizzati legalment u li l-attivitajiet tal-industrija kollha bbażata fuq il-foresti jkunu legali. L-għan tal-kontrolli tat-traċċabbiltà huwa li tiġi traċċata r-rotta tal-injam mill-post tal-qtugħ sal-punt tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew tal-esportazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-katina tal-provvista tkun issiġillata.
Dan il-livell ikopri l-kontrolli tas-soltu mwettqa mill-istrutturi kompetenti tal-Istat, kif previst fil-qafas legali u fil-manwali tal-proċeduri. Dawn il-kontrolli huma mmirati lejn l-operaturi kollha fis-settur: l-operaturi, il-proċessuri, l-esportaturi, l-importaturi u n-negozjanti.
Għalhekk, l-evalwazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà, kif imwettqa, ikunu bbażati fuq proċeduri ċari, dettaljati u aċċessibbli u li jitwettqu b’mod li jippermetti l-verifika tal-legalità u t-traċċabbiltà. Sabiex jiġi ddeterminat jekk każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-kontroll u fuq il-post humiex fil-fatt identifikati matul il-verifika, l-evalwazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet rilevanti:
— |
l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tat-titoli tal-użu, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni, |
— |
l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-legalità u tat-traċċabbiltà, |
— |
l-operaturi, il-proċessuri, l-importaturi, l-esportaturi u n-negozjanti. |
L-evalwatur għandu jagħżel l-attivitajiet rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskji u, fejn xieraq, billi jqis il-prijoritajiet identifikati mill-KKI.
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
Il-proċeduri tal-kontroll tal-legalità u tat-traċċabbiltà huma definiti b’mod ċar mill-amministrazzjonijiet kompetenti? |
— |
Il-verifikaturi jinħarġu b’mod regolari? |
— |
Il-verifikaturi jiġu arkivjati mill-atturi konċernati jew kompetenti kollha fil-ħin u f’format li jippermetti l-verifika tagħhom? |
— |
Il-punti kritiċi ta’ kontroll fil-katina tal-provvista huma identifikati u deskritti b’mod li jippermetti li t-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati tiġi vverifikata? |
— |
Id-data kwantitattiva tiġi rreġistrata b’mod li tista’ tiġi rikonċiljata f’ħin opportun mal-punti kritiċi ta’ kontroll preċedenti u sussegwenti fil-katina tal-provvista? |
— |
Il-manwali, il-linji gwida u dokumenti amministrattivi oħra kollha li fihom il-proċeduri ta’ kontroll imwettqa mid-diversi amministrazzjonijiet huma disponibbli pubblikament? |
4.4. Verifika
L-istadju tal-verifika jiżdied mal-istadju tal-kontroll, sabiex jiġu ggarantiti l-legalità u t-traċċabbiltà tal-injam u tal-prodotti derivati. Għalhekk, il-verifika hija mmirata mhux biss lejn l-operaturi iżda wkoll lejn l-istrutturi kompetenti tal-Istat għall-ħruġ taċ-ċertifikati u għall-kontroll.
L-evalwazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-verifiki tal-legalità u tat-traċċabbiltà kif imwettqa jkunu rigorużi u effettivi biżżejjed biex jinkixef kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-SVL u biex jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista jew jiġi esportat lejn l-Unjoni.
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
Is-CNGF huwa stabbilit u kapaċi jiżgura t-tmexxija tal-implimentazzjoni tas-SVL u jiżgura l-funzjonijiet tiegħu fis-sistema tal-ġestjoni tal-ilmenti marbutin mas-SVL? |
— |
Id-dipartiment responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà huwa maħtur mill-amministrazzjoni tal-foresti, huwa kapaċi jassisti lis-CNGF u jiżgura l-funzjonijiet assenjati lilu f’dan il-Ftehim? |
— |
L-amministrazzjoni tal-foresti approvat aġenzija waħda jew aktar biex twettaq attivitajiet ta’ verifika fi proċess miftuħ, trasparenti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III? |
— |
Il-manwal ta’ verifika ġie żviluppat fil-qafas ta’ proċess parteċipattiv, approvat mill-KKI u ppubblikat mill-Kosta tal-Avorju? Huwa jagħmilha possibbli li jiġu żgurati rekwiżiti omoġenji ta’ verifika kif previst fl-Anness III? |
— |
Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-entitajiet ta’ verifika kollha huma identifikati b’mod ċar għal kull indikatur u verifikatur? |
— |
L-aġenziji ta’ verifika huma kapaċi jwettqu l-awditi ta’ verifika kif previst mill-Anness III u mill-manwal ta’ verifika? |
— |
L-analiżi tar-riskji li abbażi tagħha l-aġenziji tal-verifika jiddeterminaw il-ħtiġijiet għal verifika tat-tieni livell u għal verifiki fuq il-post huma definiti fil-manwal ta’ verifika skont proċeduri komprensivi u prattiċi? |
— |
Ir-rapporti tal-awditi tal-aġenziji ta’ verifika kkompletati permezz ta’ data oħra fis-sistema tal-ġestjoni tad-data jippermettu lis-servizz responsabbli għal-legalità tal-foresti u għat-traċċabbiltà jieħu d-deċiżjonijiet ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità dwar il-legalità u t-traċċabbiltà? |
— |
Fil-każ li kienu ġew stabbiliti proċeduri għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati privati, dawn huma operattivi u inklużi fil-manwal ta’ verifika? |
— |
Is-sistema tal-ġestjoni tad-data hija stabbilita, operattiva u konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III? |
— |
Ġew żviluppati u ppubblikati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-kisba tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema tal-ġestjoni tad-data u għall-identifikazzjoni tad-data disponibbli għall-pubbliku? L-atturi involuti fis-SVL għandhom id-drittijiet ta’ aċċess u ta’ modifika xierqa fis-sistema tal-ġestjoni tad-data? |
— |
Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-verifika huma rrapportati sabiex ikunu jistgħu jinġiebu elementi addizzjonali u azzjonijiet korrettivi għat-trattament tagħhom? |
— |
Il-grupp ta’ ħidma li fih id-diversi dipartimenti tal-amministrazzjonijiet ikkonċernati mis-SVL huma rrappreżentati u li l-kompitu tiegħu huwa li jgħin fit-trattament u fir-riżoluzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal dan l-għan lid-dipartimenti kkonċernati, huwa maħluq u kapaċi jiżgura l-funzjonijiet assenjati lilu fl-Anness III? |
— |
Is-sistema tal-ġestjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tippermetti li jiġi żgurat li l-ebda injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħol fil-katina tal-provvista jew jiġi esportat lejn l-Unjoni? |
4.5. Ħruġ tal-liċenzji u taċ-ċertifikati
Il-Kosta tal-Avorju fdat ir-responsabbiltajiet relatati mal-liċenzji FLEGT u maċ-ċertifikati ta’ legalità pubbliċi lill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji. Liċenzja FLEGT tinħareġ għal kull spedizzjoni esportata lejn l-Unjoni, filwaqt li jinħareġ ċertifikat ta’ legalità pubbliku għal kull spedizzjoni destinata għal swieq tal-esportazzjoni għajr dawk tal-Unjoni.
Il-mistoqsijiet ewlenin li jridu jiġu indirizzati mill-evalwazzjoni f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji hija maħtura jew maħluqa mill-Ministru responsabbli għall-Foresti? |
— |
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji stabbilixxiet proċeduri għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT? Dawn il-proċeduri, inklużi t-tariffi applikabbli, huma disponibbli għall-pubbliku? |
— |
L-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji toħroġ liċenzji FLEGT biss għall-injam u għall-prodotti derivati li jkunu ġew ivverifikati u meqjusa legali kif previst f’dan il-Ftehim? |
— |
Ir-reġistri kompluti tal-liċenzji FLEGT u taċ-ċertifikati pubbliċi tal-legalità li ġew mogħtija u rrifjutati jinżammu? |
— |
Ir-rekwiżiti għal-liċenzji FLEGT huma definiti b’mod ċar u nnotifikati lill-esportaturi, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati? |
— |
Il-proċeduri stabbiliti għall-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu kjarifiki dwar il-liċenzji FLEGT maħruġa fil-Kosta tal-Avorju? |
4.6. Osservazzjoni indipendenti u trasparenza
Is-SVL tintegra l-osservazzjoni indipendenti mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tinġabar u tiġi kondiviża informazzjoni kredibbli u verifikabbli dwar il-ġestjoni tal-foresti għat-titjib tal-governanza tal-foresti u għall-funzjonament tas-SVL.
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu l-osservazzjoni indipendenti huma kapaċi jiżguraw din il-funzjoni kif previst f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-Anness III? |
— |
Ir-rapporti tal-osservazzjoni indipendenti jiġu rreġistrati fis-sistema tal-ġestjoni tad-data u jitqiesu fil-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari għall-analiżi tar-riskji? |
— |
L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ osservazzjoni indipendenti huma awtorizzati jakkumpanjaw il-missjonijiet tal-awditi ta’ verifika mwettqa mill-aġenziji ta’ verifika, filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali? |
— |
L-aċċess għad-dokumenti previst f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari fl-Anness IX, huwa garantit? |
4.7. Mekkaniżmu biex ikunu ttrattati lmenti
Hemm mekkaniżmu adegwat biex jiġu ġestiti l-ilmenti u t-tilwim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tas-SVL. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li jiġi ttrattat kwalunkwe lment relatat mas-SVL.
Il-mistoqsijiet ewlenin li l-evalwazzjoni tindirizza f’dan il-qasam huma li ġejjin:
— |
Il-mekkaniżmu tal-ġestjoni tal-ilmenti huwa deskritt, stabbilit u magħruf mill-partijiet ikkonċernati kollha? |
— |
Il-mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti jippermetti lid-diversi atturi involuti fis-SVL jissottomettu lmenti dwar il-kontrolli, il-verifika tal-legalità, it-traċċabbiltà kif ukoll dwar il-ħruġ tal-liċenzji FLEGT? |
— |
Il-mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti huwa operattiv u kredibbli? |
5. Ħatra, profil u kompiti tal-evalwatur indipendenti
L-evalwazzjoni indipendenti ssir minn korp indipendenti maħtur mill-Kosta tal-Avorju abbażi ta’ proċedura ta’ għażla trasparenti u kompetittiva, wara notifika ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-KKI.
L-evalwatur indipendenti għandu jkun kapaċi juri l-kwalifiki li ġejjin:
— |
esperjenza ppruvata fil-valutazzjoni tal-konformità fil-ġestjoni tal-foresti, fl-ipproċessar tal-injam, fit-traċċabbiltà tal-injam, fid-dwana u fis-sistemi tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista; |
— |
għarfien tajjeb tal-industrija bbażata fuq il-foresti fil-Kosta tal-Avorju; |
— |
għarfien tajjeb tal-pjan ta’ azzjoni FLEGT u tal-proċessi ta’ negozjar u ta’ implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja; |
— |
ħila ppruvata li jaħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet involuti; |
— |
għarfien tajjeb tal-istandards ISO 19011 u 17021 jew ta’ standards ekwivalenti. |
L-għażla tal-evalwatur indipendenti hija ddeterminata skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
— |
l-evalwatur għandu jinħatar permezz ta’ proċedura trasparenti; |
— |
ir-regoli għall-ħatra tal-evalwatur iridu jkunu ċari u aċċessibbli għall-pubbliku; |
— |
l-evalwatur irid ikun indipendenti u newtrali; |
— |
l-evalwatur ma għandux jippreżenta kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn relazzjoni organizzattiva jew kummerċjali kif meħtieġ mill-ISO 19011 u 17021 jew minn standards ekwivalenti; |
— |
l-evalwatur ma għandux ikollu interessi diretti fil-qtugħ tas-siġar għall-injam, fl-ipproċessar tal-injam, fil-kummerċ tal-injam jew fl-amministrazzjoni tal-foresti, kif ukoll f’setturi oħra ta’ attivitajiet koperti mis-SVL; |
— |
l-evalwatur indipendenti ma għandux ikun parti mill-awtorità għall-ħruġ tal-liċenzji jew minn strutturi ta’ kontroll; |
— |
l-evalwatur indipendenti għandu jkollu sistema ta’ kontroll tal-kwalità għax-xogħlijiet tiegħu u juri esperjenza rilevanti fit-twettiq ta’ xogħlijiet simili. |
Il-kompiti ewlenin tal-evalwatur indipendenti huma li:
— |
juża persunal kwalifikat u esperjenzat fl-awditi b’ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub bil-Franċiż; |
— |
jiżviluppa manwal ta’ proċeduri li jagħti dettalji dwar l-istadji kollha tal-evalwazzjoni, inklużi l-metodi u l-għodod għall-ġbir tal-informazzjoni, tal-evalwazzjoni tad-data rilevanti u tal-produzzjoni tar-rapporti. Il-manwal tal-proċeduri jindika wkoll kif l-ilmenti se jiġu riċevuti u ġestiti, kif ukoll il-proċeduri li se jiżguraw l-indipendenza u l-kunfidenzjalità tax-xogħol tal-persunal tiegħu; |
— |
jissottometti l-manwal tal-proċeduri kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għall-attivitajiet tiegħu għall-approvazzjoni mill-KKI qabel ma jibda l-evalwazzjoni nnifisha; |
— |
iwettaq il-valutazzjoni skont il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness; |
— |
jiddetermina jekk is-SVL li fuqha hija bbażata l-iskema ta’ liċenzji FLEGT tissodisfax b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha. |
Il-Partijiet għandhom sussegwentement jaqblu dwar il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-evalwazzjoni indipendenti filwaqt li jiżguraw l-indipendenza tagħha.
ANNESS VIII
MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT
L-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim fil-Kosta tal-Avorju teħtieġ miżuri ta’ akkumpanjament għall-istituzzjonijiet u għall-atturi kkonċernati.
Il-provvista tar-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim hija soġġetta għall-proċeduri tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-ipprogrammar tal-kooperazzjoni mal-Kosta tal-Avorju kif ukoll għall-proċeduri baġitarji tal-Kosta tal-Avorju stess.
Il-miżuri ta’ akkumpanjament jirriżultaw mill-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet minn testijiet fuq il-post, kif ukoll mir-rakkomandazzjonijiet minn diversi proġetti u studji dwar is-settur tal-foresti fil-Kosta tal-Avorju.
Il-Partijiet għandhom jidentifikaw il-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ akkumpanjament tinkludi:
— |
it-tħejjija tal-baġits għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, li jispeċifikaw l-appoġġ mogħti mir-riżorsi tal-Kosta tal-Avorju u l-appoġġ mogħti mill-Unjoni u minn sħab oħra għall-iżvilupp, |
— |
rakkomandazzjoni dwar il-ħtieġa għal arranġament komuni li permezz tiegħu jiġu kkoordinati l-finanzjament u l-kontribuzzjonijiet tekniċi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri tal-Unjoni. |
Il-miżuri ta’ akkumpanjament għandhom jiġu integrati fl-iskeda tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u fil-qafas tas-segwitu u tal-evalwazzjoni tal-progress mill-KKI. Il-miżuri ta’ akkumpanjament ikopru mill-inqas il-kategoriji u l-azzjonijiet strateġiċi li ġejjin:
a) |
l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza u tal-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-atturi kkonċernati l-oħra; |
b) |
l-iżvilupp tas-SVL; |
c) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:
|
d) |
l-appoġġ għall-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-governanza tal-foresti u għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; |
e) |
ir-restawr tal-kopertura tal-foresti, inkluż it-tiġdid tal-istokk tal-injam li jista’ jintuża, b’mod partikolari:
|
f) |
it-tkomplija tar-riformi u tat-tisħiħ tal-qafas regolatorju u legali; |
g) |
appoġġ għal:
|
h) |
il-kunsiderazzjoni tal-ġeneru fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u fil-governanza tal-foresti; |
i) |
it-tkomplija tar-riformi relatati, b’mod partikolari:
|
j) |
trasparenza u komunikazzjoni. |
ANNESS IX
INFORMAZZJONI PPUBBLIKATA
1. Għanijiet, prinċipji u bażijiet legali
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim teħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni relatati mal-ġestjoni tal-foresti u mal-implimentazzjoni tar-regolamenti applikabbli għas-settur tal-foresti. Il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni dwar il-foresti għandha l-għan li tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT u li tippromwovi l-governanza tajba fis-settur tal-foresti.
L-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi għandhom obbligu li jinfurmaw lill-pubbliku. Id-dritt għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku huwa rikonoxxut mil-leġiżlazzjoni Ivorjana fis-seħħ (1). Barra minn hekk, dan l-obbligu huwa bbażat fuq il-prinċipji li ġejjin: (i) li l-informazzjoni tkun aċċessibbli mingħajr ħlas jew għal prezz raġonevoli; (ii) li lista ta’ dokumenti pubbliċi u aċċessibbli ssir disponibbli għall-pubbliku; (iii) li l-informazzjoni tkun preċiża u aġġornata perjodikament; (iv) li l-informazzjoni tkun disponibbli b’mod permanenti jew f’waqtha; (v) li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’formati xierqa għall-pubblikazzjoni; (vi) li l-whistleblowers, ix-xhieda, l-esperti, il-vittmi u l-qraba tagħhom, l-informaturi u l-membri tal-Awtorità Għolja għall-governanza tajba jgawdu minn protezzjoni speċjali mill-Istat kontra atti possibbli ta’ ritaljazzjoni jew intimidazzjoni.
L-informazzjoni li l-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippubblikaw ġiet identifikata wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha u nġabret f’lista ta’ 10 kategoriji ta’ informazzjoni ppreżentata fil-punt 2. L-informazzjoni msemmija fil-punt 2(a) għandha tiġi pubblikata mill-KKI. L-informazzjoni msemmija fil-punt 2(b) sa (i) għandha tiġi ppubblikata mill-Kosta tal-Avorju. Il-punt 2(j) fih il-lista ta’ informazzjoni ppubblikata mill-Unjoni.
2. Informazzjoni u dokumenti ppubblikati
a) |
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim:
|
b) |
informazzjoni legali:
|
c) |
informazzjoni dwar l-allokazzjoni tat-titoli:
|
d) |
informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-foresti:
|
e) |
informazzjoni dwar il-qtugħ tas-siġar għall-injam:
|
f) |
informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-injam:
|
g) |
informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-injam:
|
h) |
informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni fiskali tas-settur tal-foresti:
|
i) |
informazzjoni dwar is-SVL u l-ħruġ tal-liċenzji FLEGT:
|
j) |
informazzjoni ppubblikata mill-Unjoni:
|
3. Aċċess, pubblikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni u dokumenti
L-amministrazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-foresti hija responsabbli għall-aċċess għall-informazzjoni dwar il-foresti ta’ interess pubbliku.
Ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti pubbliċi huma definiti mil-leġiżlazzjoni Ivorjana fis-seħħ (3), madankollu, l-aċċess għall-informazzjoni elenkata f’dan l-Anness huwa bla ħlas u sempliċi. Fil-fatt, din l-informazzjoni hija disponibbli u aċċessibbli fuq is-sit web iddedikat għal dan il-Ftehim.
Id-diversi mezzi stabbiliti fil-qafas tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-Kosta tal-Avorju jintużaw għat-tixrid tal-informazzjoni.
Il-Ministru responsabbli għall-foresti għandu jaħtar persuna responsabbli għall-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti ta’ interess pubbliku.
4. Mekkaniżmu ta’ rimedju u ġestjoni tal-ilmenti
Ir-rimedji previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku huma: l-appell quddiem awtorità amministrattiva, l-appell quddiem il-Kummissjoni għall-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku u għad-dokumenti pubbliċi (CAIDP) u r-rimedju ġudizzjarju. Madankollu, ir-rimedju ġudizzjarju huwa disponibbli għar-rikorrent biss wara li jkun eżawrixxa r-rimedju quddiem is-CAIDP. Dan għandu jiġi eżerċitat fil-limiti ta’ żmien previsti fit-testi fis-seħħ u għandu jitressaq quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti.
Fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-Foresti, jiġi stabbilit Kumitat għall-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku (CAIIP) biex jirċievi u jirreġistra l-ilmenti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-foresti qabel l-appell quddiem is-CAIDP. Ordni tal-Ministru responsabbli għall-foresti tispeċifika l-missjonijiet, il-kompożizzjoni u l-metodu ta’ funzjonament ta’ dan il-kumitat li fih jipparteċipaw ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat.
(1) Il-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku; L-ordni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-reati relatati; Il-liġi dwar il-kodiċi tal-ambjent.
(2) ĠU UE L 295, 12.11.2010, p. 23.
(3) Il-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni ta’ interess pubbliku.
ANNESS X
KUMITAT KONĠUNT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Skont l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu struttura responsabbli għall-governanza ta’ dan il-Ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni” (KKI). Il-KKI huwa responsabbli għall-ġestjoni, għas-segwitu u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-KKI għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti maħtura mill-Partijiet. Il-Kosta tal-Avorju tiżgura li jiġu inklużi d-diversi partijiet interessati tas-settur tal-foresti, b’mod partikolari s-setturi pubbliċi u privati, is-soċjetà ċivili u l-popolazzjonijiet lokali permezz tat-tmexxija tradizzjonali, jagħmlu parti minnu. Il-KKI jiffavorixxi d-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, il-KKI għandu:
a) |
fir-rigward tal-ġestjoni ta’ dan il-Ftehim:
|
b) |
fir-rigward tas-segwitu u tal-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim:
|
c) |
fir-rigward tal-awditu indipendenti ta’ dan il-Ftehim:
|
d) |
fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ dan il-Ftehim:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1414/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)