EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024A00409

Protokoll għall-ftehim Ewro-Mediterranju li Jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-komunitajiet ewropej u l-istati membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-repubblika għarbija tal-eġittu, mill-parti l-oħra, dwar ftehim qafas bejn l-unjoni ewropea u r-repubblika għarbija tal-eġittu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-repubblika għarbija tal-eġittu fi programmi tal-unjoni

ST/15086/2023/INIT

ĠU L, 2024/409, 30.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/409/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/409/oj

Related Council decision
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/409

30.1.2024

PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU LI JISTABBILIXXI ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MILL-PARTI L-WAĦDA, U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU, MILL-PARTI L-OĦRA, DWAR FTEHIM QAFAS BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU DWAR IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU FI PROGRAMMI TAL-UNJONI

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

mill-parti ’l waħda,

u

IR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Eġittu”,

mill-parti ’l oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Partijiet”,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti ’l oħra (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ b’mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2004.

(3)

F’ħafna okkażjonijiet oħrajn, il-Kunsill approva dik il-politika fil-konklużjonijiet tiegħu.

(4)

Fil-5 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Diċembru 2006 sabiex il-pajjiżi sħab tal-PEV jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi Komunitarji bil-merti tagħhom u meta l-bażijiet ġuridiċi jippermettu li jsir dan.

(5)

L-Eġittu esprima x-xewqa tiegħu li jipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni.

(6)

Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Eġittu f’kull programm tal-Unjoni partikolari, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Eġittu kif ukoll il-proċeduri ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, jiġu determinati bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Eġittu għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi attwali u futuri kollha tal-Unjoni miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jadottaw dawk il-programmi.

Artikolu 2

L-Eġittu għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-programmi li jipparteċipa fihom u għall-ispejjeż relatati ta’ ġestjoni, eżekuzzjoni u operazzjoni taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Eġittu għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kumitati li jikkontrollaw l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni fi programmi li għalihom l-Eġittu jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji, mingħajr drittijiet tal-vot u għal punti li jikkonċernaw lill-Eġittu.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Eġittu jkunu soġġetti, sa fejn ikun possibbli, għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-programmi konċernati, bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Eġittu f’kull programm partikolari tal-Unjoni, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, għandhom jiġu determinati bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati.

2.   Fil-każ li l-Eġittu japplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex jipparteċipa fi programm tal-Unjoni partikolari abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprevedi l-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Eġittu li jista' jiġi adottat fil-futur, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Eġittu tal-assistenza esterna tal-Unjoni għandhom jiġu determinati fi ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 6

1.   Kull ftehim konkluż skont l-Artikolu 5 għandu jistipula, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li l-kontrolli jew l-awditi finanzjarji jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi, għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mill-Qorti tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.

2.   Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontrolli u l-awditjar finanzjarju, il-miżuri amministrattivi, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, il-penali u l-irkupru, li jippermettu li l-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-Uffiċċju ta-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri jingħataw setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li matulu jkun fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra.

4.   Dan il-Protokoll għandu jintemm sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.

5.   It-terminazzjoni tal-Protokoll wara d-denunzja minn xi waħda mill-Partijiet ma għandhiex taffettwa l-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Eġittu fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika, minn naħa, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Eġittu.

Artikolu 10

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu. In-notifika għandha tintbagħat, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u, fil-każ tal-Eġittu, lill-Missjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għall-Unjoni Ewropea.

2.   Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll proviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti ’l oħra.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Żvediża, u Ungeriża, kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и трети януари две хиляди двадесет и четвърта година.

Hecho en Bruselas, el veintitrés de enero de dos mil veinticuatro.

V Bruselu dne dvacátého třetího ledna dva tisíce dvacet čtyři.

Udfærdiget i Bruxelles den treogtyvende januar to tusind og fireogtyve.

Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Januar zweitausendvierundzwanzig.

Kahe tuhande kahekümne neljanda aasta jaanuarikuu kahekümne kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Ιανουαρίου δύο χιλιάδες είκοσι τέσσερα.

Done at Brussels on the twenty-third day of January in the year two thousand and twenty four.

Fait à Bruxelles, le vingt-trois janvier deux mille vingt-quatre.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an tríú lá is fiche d'Eanáir sa bhliain dhá mhíle fiche a ceathair.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset trećeg siječnja godine dvije tisuće dvadeset četvrte.

Fatto a Bruxelles, addì ventitré gennaio duemilaventiquattro.

Briselē, divi tūkstoši divdesmit ceturtā gada divdesmit trešajā janvārī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimt ketvirtų metų sausio dvidešimt trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonnegyedik év január havának huszonharmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Jannar fis-sena elfejn u erbgħa u għoxrin.

Gedaan te Brussel, drieëntwintig januari tweeduizend vierentwintig.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego trzeciego stycznia roku dwa tysiące dwudziestego czwartego.

Feito em Bruxelas, em vinte e três de janeiro de dois mil e vinte e quatro.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și trei ianuarie două mii douăzeci și patru.

V Bruseli dvadsiateho tretieho januára dvetisícdvadsaťštyri.

V Bruslju, triindvajsetega januarja dva tisoč štiriindvajset.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä tammikuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäneljä.

Som skedde i Bryssel den tjugotredje januari år tjugohundratjugofyra.

Image 1


(1)   ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/409/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top