EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D2558

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2023 tat-13 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2558]

ĠU L, 2023/2558, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2558/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2558/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2558

30.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 161/2023

tat-13 ta’ Ġunju 2023

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2558]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/179 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess mingħajr fili inkluż in-networks ta’ żoni lokali bir-radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/513/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2307 tat-23 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/179 fir-rigward tad-deżinjazzjoni u d-disponibbiltà tal-baned tal-frekwenzi 5 150-5 250 MHz, 5 250-5 350 MHz u 5 470-5 725 MHz skont il-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/179 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5cs (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:

32022 D 0179: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/179 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess mingħajr fili inklużi n-networks ta’ żoni lokali bir-radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/513/KE (ĠU L 29, 10/02/2022, p. 10), kif emendata minn.

32022 D 2307: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2307 tat-23 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 305, 25.11.2022, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/179 u (UE) 2022/2307 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 29, 10.2.2022, p. 10.

(2)   ĠU L 305, 25.11.2022, p. 63.

(3)   ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2558/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top