Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D2346

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2346]

    ĠU L, 2023/2346, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2346/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2346/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2346

    26.10.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 30/2023

    tas-17 ta’ Marzu 2023

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2346]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/925 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 dwar il-mard elenkat tal-annimali akkwatiċi u l-lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1183 tat-8 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar id-detezzjoni ta’ ċertu mard elenkat (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1218 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1188 tat-8 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-Istati Membri jew partijiet minnhom li għalihom huma approvati miżuri nazzjonali għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (6)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandha tiġi emendata kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882):

    “, kif emendat minn:

    32022 R 0925: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/925 tal-14 ta’ Ġunju 2022 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 30).”

    2.

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 13k (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002):

    “, kif emendat minn:

    32022 R 1183: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1183 tat-8 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 184, 11.7.2022, p. 6).”

    3.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13o (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/260):

    “-

    32022 D 1188: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1188 tat-8 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 184, 11.7.2022, p. 59).”

    4.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13r (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620):

    “-

    32022 R 1218: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1218 tal-14 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 65).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/925, (UE) 2022/1183 u (UE) 2022/1218 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1188 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)   ĠU L 160, 15.6.2022, p. 30.

    (2)   ĠU L 184, 11.7.2022, p. 6.

    (3)   ĠU L 188, 15.7.2022, p. 65.

    (4)   ĠU L 184, 11.7.2022, p. 59.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2346/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top