Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D2341

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2341]

    ĠU L, 2023/2341, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2341/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2341/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2341

    26.10.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 39/2023

    tas-17 ta’ Marzu 2023

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2341]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1264 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fludiossonil f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1290 tat-22 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-ametoktradin, il-klormekwat, id-dodina, in-nikotina, il-profenofos u Spodoptera exigua multicapsid nucleopolyhedrovirus (SeMNPV) iżolat BV-0004 f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1321 tal-25 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-jon tal-fluworur, l-ossifluworfen, il-piroksulam, il-kinmerak u l-fluworur tas-sulfuril f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1324 tat-28 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-benżovindiflupir, għall-boskalid, għall-fenażakin, għall-fluważifop-P, għall-flupyradifurone, għall-fluksapiroksad, għall-fosetil-Al, għall-isofetammid, għall-metaflumiżon, għall-pyraclostrobin, għall-ispirotetramat, għat-thiabendazole u għat-tolklofos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1343 tad-29 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-aċekinoċil, għall-klorantraniliprol u għall-emamektin f’ċerti prodotti jew fuqhom (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1346 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-1,4-dimetilnaftalen, għall-8-idrossikinolina, għall-pinoksaden u għall-valifenalat f’ċerti prodotti jew fuqhom (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1363 tat-3 ta’ Awwissu 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2,4-D, għall-azoxystrobin, għaċ-ċjalofopbutil, għaċ-ċimoksanil, għall-feneżammid, għall-flażasulfuron, għall-florasulam, għall-flurossipir, għall-iprovalikarb u għas-siltjofam f’ċerti prodotti jew fuqhom (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (9)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32022 R 1264: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1264 tal-20 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 1),

    32022 R 1290: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1290 tat-22 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 74),

    32022 R 1321: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1321 tal-25 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 1),

    32022 R 1324: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1324 tat-28 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 68),

    32022 R 1343: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1343 tad-29 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 202, 2.8.2022, p. 1),

    32022 R 1346: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1346 tal-1 ta’ Awwissu 2022 (ĠU L 202, 2.8.2022, p. 31),

    32022 R 1363: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1363 tat-3 ta’ Awwissu 2022 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 207), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 17, 19.1.2023, p. 99.”

    Artikolu 2

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32022 R 1264: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1264 tal-20 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 1),

    32022 R 1290: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1290 tat-22 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 74),

    32022 R 1321: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1321 tal-25 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 1),

    32022 R 1324: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1324 tat-28 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 68),

    32022 R 1343: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1343 tad-29 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 202, 2.8.2022, p. 1),

    32022 R 1346: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1346 tal-1 ta’ Awwissu 2022 (ĠU L 202, 2.8.2022, p. 31),

    32022 R 1363: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1363 tas-3 ta’ Awwissu 2022 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 207), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 17, 19.1.2023, p. 99.”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2022/1264, (UE) 2022/1290, (UE) 2022/1321, (UE) 2022/1324, (UE) 2022/1343, (UE) 2022/1346 u (UE) 2022/1363, kif rettifikati permezz tal-ĠU L 17, 19.1.2023, p.99, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)   ĠU L 192, 21.7.2022, p. 1.

    (2)   ĠU L 196, 25.7.2022, p. 74.

    (3)   ĠU L 200, 29.7.2022, p. 1.

    (4)   ĠU L 200, 29.7.2022, p. 68.

    (5)   ĠU L 202, 2.8.2022, p. 1.

    (6)   ĠU L 202, 2.8.2022, p. 31.

    (7)   ĠU L 205, 5.8.2022, p. 207.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2341/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top