Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0798

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 269/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/798]

ĠU L 106, 20.4.2023, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/798/oj

20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 269/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/798]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1967 tal-11 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi repożitorju tad-data obbligatorju u mekkaniżmu obbligatorju għall-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehom dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32ga (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/996) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“32gb.

32021 D 1967: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1967 tal-11 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi repożitorju tad-data obbligatorju u mekkaniżmu obbligatorju għall-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 400, 12.11.2021, p. 160).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1967 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 400, 12.11.2021, p. 160.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top