Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0789

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 260/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/789]

    ĠU L 106, 20.4.2023, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/789/oj

    20.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/61


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 260/2022

    tat-23 ta’ Settembru 2022

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/789]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1903 tad-29 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/764 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 42fa (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “, kif emendat minn:

    32021 R 1903: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1903 tad-29 ta’ Ottubru 2021 (ĠU L 387, 3.11.2021, p. 126).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1903 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON


    (1)  ĠU L 387, 3.11.2021, p. 126.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top