This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0784
Decision of the EEA Joint Committee No 255/2022 of 23 September 2022 amending Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) to the EEA Agreement [2023/784]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 255/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/784]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 255/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/784]
ĠU L 106, 20.4.2023, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5czu |
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 255/2022
tat-23 ta’ Settembru 2022
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/784]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1730 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-użu armonizzat tal-baned ta’ frekwenzi akkoppjati 874,4-880,0 MHz u 919,4-925,0 MHz u l-banda ta’ frekwenzi mhux akkoppjata 1 900-1 910 MHz għar-Radju Mobbli Ferrovjarju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5czt (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1067) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“5czu. |
32021 D 1730: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1730 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-użu armonizzat tal-baned ta’ frekwenzi akkoppjati 874,4-880,0 MHz u 919,4-925,0 MHz u l-banda ta’ frekwenzi mhux akkoppjata 1 900-1 910 MHz għar-Radju Mobbli Ferrovjarju (ĠU L 346, 30.9.2021, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1730 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 346, 30.9.2021, p. 1.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.