Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0768

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 239/2022 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/768]

    ĠU L 106, 20.4.2023, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/768/oj

    20.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 239/2022

    tat-23 ta’ Settembru 2022

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/768]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/510 tad-29 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b’effett mill-1 ta’ April 2022 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 15h (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32022 R 0510: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/510 tad-29 ta’ Marzu 2022 (ĠU L 103, 31.3.2022, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (UE) Nru 2022/510 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kristján Andri STEFÁNSSON


    (1)  ĠU L 103, 31.3.2022, p. 3.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top