This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0288
Decision of the EEA Joint Committee No 10/2020 of 7 February 2020 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2023/288]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/288]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/288]
ĠU L 49, 16.2.2023, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 12zza inċiż |
16.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 10/2020
tas-7 ta’ Frar 2020
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/288]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/1390 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jemenda, bil-għan li jiġi adattat għall-progress tekniku, l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32019 R 1390: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1390 tal-31 ta’ Lulju 2019 (ĠU L 247, 26.9.2019, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) Nru 2019/1390 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 247, 26.9.2019, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.