This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0280
Decision of the EEA Joint Committee No 2/2020 of 7 February 2020 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2023/280]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/280]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/280]
ĠU L 49, 16.2.2023, p. 2–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Sostituzzjoni | kapitolu I paragrafu 4B Test | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Tħassir | kapitolu I paragrafu 5 Test | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 1.1 punt 11be | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 1.1 punt 11bf | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 1.1 punt 11bg | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 1.1 punt 11bh | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Tħassir | kapitolu I parti 1.2 punt 111 Test | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Tħassir | kapitolu I parti 1.2 punt 21 Test | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Tħassir | kapitolu I parti 1.2 punt 39 Test | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 31qe | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 31qf | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 31qg | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 31qh | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 164e | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 164f | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 164g | 07/03/2020 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 164h | 07/03/2020 |
16.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 2/2020
tas-7 ta’ Frar 2020
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/280]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar annimali ħajjin, minbarra ħut u annimali tal-akkwakultura. Id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jirrevoka, b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-Deċiżjonijiet 2001/812/KE (5) u 2009/821/KE (6), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(9) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1081 jirrevoka, b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-Deċiżjoni 93/352/KEE (7), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(10) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jintroduċi proċeduri ġodda li għandhom japplikaw għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera skont il-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim. Konsegwentement, il-paragrafu 4B tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għandu jiġi emendat skont dan u l-paragrafu 5 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għandu jitħassar. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li, l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-paragrafu 4B tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I jinbidel b’dan li ġej: “Kontroll tal-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera
|
2. |
It-test tal-paragrafu 5 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I jitħassar. |
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 11bd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:
|
4. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31qd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) tal-Kapitolu II:
|
5. |
It-test tal-punt 21 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE), tal-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) u tal-punt 111 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I jitħassar. |
Artikolu 2
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 164d (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“164e. |
32019 R 1012: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4). |
164f. |
32019 R 1013: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1013 tas-16 ta’ April 2019 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8). |
164g. |
32019 R 1014: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10). |
164h. |
32019 R 1081: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta' kontroll fil-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/1012 u (UE) 2019/1081 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1013 u 2019/1014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 (8), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4.
(2) ĠU L 165, 21.6.2019, p. 8.
(3) ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10.
(4) ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1.
(5) ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.
(6) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
(7) ĠU L 144, 16.6.1993, p. 25.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.