This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22022D2171
Decision of the EEA Joint Committee No 179/2019 of 14 June 2019 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement [2022/2171]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2171]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2171]
ĠU L 291, 10.11.2022, p. 70–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 19s inċiż |
10.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 179/2019
tal-14 ta' Ġunju 2019
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2171]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/505 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-livelli ta' tqassim ġeografiku (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“- |
32019 R 0505: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/505 tad-19 ta' Diċembru 2018 (ĠU L 85, 27.3.2019, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/505 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.